Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex ma jibqax jintefa' żibel u skart ieħor fil-kantuniera bejn Jockey's Lane u Serkin Road il-Marsa?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-jeddijiet għal-kumpens li ngħataw lis-sidien ta' artijiet in kontro kambju għall-proprjeta' espropriata taħt l-Att (illum revokat) Nru 1 ta' l-1983, humiex ukoll se jiġu likwidati u mħallsin skond il-formoli proposti fl-Abbozz Nru 58 ta' l-2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proposti fl-Abbozz Nru. 58 ta' l-2005 qegħdin isiru għall-proprjeta' esproprjata taħt l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' l-Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi (Kapitolu 88) u ma jinkludux il-proprjetajiet li kienu ġew esproprjati taħt l-Att Nru. 1 ta' l-1983 (Att dwar Arei għall-Iżvilupp tal-Bini).
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna taħt l-eta` ta’16 –il sena nstabu f’xi postijiet ta’divertiment, inkluż parties organizzati mill-privat matul Diċembru u fl-ewwel ġimgħa ta’Jannar 2006? X’passi ttieħdu? F’liema lokalitajiet instabu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Diċembru 2005 u t-8 ta' Jannar 2006 kien hemm żewġ persuni taħt is-sittax-il sena li nstabu mill-Pulizija ġewwa postijiet ta' divertiment, wieħed ġewwa Paċeville u l-ieħor fil-Marsa. Dwar dan il-pulizija ser tieħu passi quddiem il-Qorti kontra il-persuni responsabbli minn dawn il-postijiet.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid minn meta daħlet il-liġi li tiprojbixxi tipjip f’bars u stabbilimenti oħra, kemm tressqu persuni l-qorti xahar b’xahar talli nqabdu jpejpu fejn mhux suppost? Jista’ jgħid ukoll jekk ittieħdux passi kontra s-sidien ta’ dawn l-istabbilimenti? Jista’ jgħid x’inhu jsir fil-preżent sabiex ma jsirux abbużi u ksur tal-liġi billi jsir tipjip fejn mhux suppost u dan anke fid-dawl ta’ numru ta’ ilmenti li wasluli li qed isir tipjip fejn mhux suppost, speċjalment f’bars ġewwa Paceville?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn meta ġew fis-seħħ ir-Regolamenti ta’ l-2004 dwar it-Tipjip f’Postijiet Miftuħin għall-Pubbliku sa l-aħħar tas-sena 2005, il-Pulizija sabet u ħadet passi quddiem il-Qorti kontra 249 persuna talli pejpu ġewwa postijiet fejn it-tipjip huwa pprojbit, kif jidher hawn taħt:-
2004Ottubru9
Novembru9
Diċembru1
2005Jannar11
Frar10
Marzu29
April37
Mejju24
Ġunju11
Lulju13
Awissu5
Settembru19
Ottubru26
Novembru23
Diċembru22
Infurmat ukoll illi l-Pulizija qed tagħmel u ser tkompli tagħmel spezzjonijiet.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Espproprjazzjoni ta' art
Question
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallas kumpens lis-sidien ta' artijiet mill-Gvern għall-esproprjazzjoni ta' arthom fl-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' kumpens li tħallas mill-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin għal artijiet esproprijati kien kif ġej:
Sena Ammont
2001 Lm3,952,966
2002 Lm2,256,296
2003 Lm2,305,807
2004 Lm5,173,804
2005* Lm5,801,704
*sal-31 ta' Ottubru.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' multi mhux imħalsa fid-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza, maqsuma skond is-sena li ġew deċiżi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi permezz ta' Task Force imwaqqfa apposta biex il-multi pendenti jiddaħħlu fis-sistema kompjuterizzata ta' Legal Case Management System (LECAM) s'issa daħlu l-multi inflitti mill-1996 'l hawn u l-ammonti dovuti sena b'sena qed jiġu murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li abbażi ta' din il-ħidma, fis-sena 2004 inġabru l-ammonti ta' Lm454,413 u fis-sena 2005 Lm446,511 li jaqbżu dak li kien qiegħed jinġabar qabel. Irid jingħad ukoll li parti sostanzjali mill-multi hawn indikati qed jitħallsu ratealment u hemm uħud minnhom li ġew kontestati b'kawża kostituzzjonali li għadhom ma ġewx deċiżi.
Qed inpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' multi mhux imħallsa fil-Qrati u Tribunali ta' Malta, kif ukoll tabella li turi informazzjoni dwar il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex).
Pulizija — persuni li nqabdu jsuqu mingħajr liċenzja
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jsuqu bla liċenzja u/jew bla insurance coverage matul din is-sena? X'weħlu dawk misjuba ħatja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005, kien hemm 35 persuna li ġew akkużati quddiem il-Qorti fuq sewqan ta' vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan, filwaqt li 155 persuna oħra kienu akkużati talli saqu vettura mingħajr ma kienu koperti b'polza ta' assigurazzjoni. Minn dawk li kellhom il-każ tagħhom deċiż u li ġew misjuba ħatja, dawn weħlu pieni stabbiliti skond il-liġi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' stabbilimenti tad-divertiment li ngħalqu mill-pulizija minħabba xi ksur tal-liġi din is-sena, għal kemm ingħalqu u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 kien hemm żewġ stabbilimenti li ġew ordnati jagħlqu minħabba xi ksur tar-regolamenti. Wieħed kien ġie hekk ordnat mill-Qorti wara li l-persuna responsabbli mill-istabbiliment kien instab ħati li ħalla jidħlu persuni taħt is-sittax-il sena u l-ieħor kien ġie ordnat jagħlaq mill-Pulizija għal perijodu ta' ħmistax-il ġurnata fuq ksur ta' bon ordni, wara liema perijodu, il-persuna responsabbli kien għażel li jżomm il-ħanut magħluq.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn stabbilimenti tad-divertiment li għandhom permess biex ikollhom żeffiena professjonali fil-post? X'tip ta' żfin hu permess u x'mhuwiex?
Response (BORG, TONIO)
Nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jiġu regolati aħjar it-trakkijiet kbar li qed jiġu jħottu l-apparat fit-teatru ta' Dar il-Mediterran kull meta jkun hemm xi attivita', għaliex qed jikkawżaw tkissir tal-culverts ta' l-ilma li ġew irranġati riċentement; tkissir tal-bankini tal-madwar; blukkar ta' l-aċċess għall-pubbliku tant li lanqas omm bil-puschair ma tkun tista' tgħaddi; u kaos fit-traffiku fl-inħawi, u dan anke jekk ikun hemm bżonn ta' emerġenza fil-każ li tissejjaħ ambulanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda rapport kif indikat mill-Onorevoli Interpellant iżda l-Pulizija xorta għamlet spezzjoni fl-inħawi imsemmija u ma ġietx osservata xi ħsara fil-culverts u lanqas xi ostaklu fit-toroq. Għalkemm l-ilment imressaq mill-Onorevoli Interpellant ġie debitament innotat, ikun ferm apprezzat jekk fil-futur isir rapport lill-Pulizija immedjatament li tkun osservata xi irregolarita' kif imsemmija sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni fil-pront.
Stabbilimenti ta' divertiment — Bejgħ ta' xorb lil żgħażagħ taħt l-eta'
Question
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sidien ta' bars tressqu l-Qorti din is-sena talli servew xorb lil minorenni? Fejn kienu dawn il-bars in kwestjoni?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-lands department għat-talba ta' San Gwann football club, REF: 3225/2005, ACK 15/11/05
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-15 ta' Novembru 2005 it-Taqsima Proprjeta tal-Gvern irċeviet talba mis-San Ġwann Football Club għall-estensjoni tal-ground tal-football. Ninsab infurmat li dan il-klabb kien talab li jingħata ċens fuq l-istess ground u anke kienet għaddiet riżoluzzjoni tal-Parlament f'dan is-sens iżda mbagħad il-Klabb naqas li jersaq għall-iffirmar tal-kuntratt. Dwar l-estensjoni mitluba wieħed irid jgħid li l-art in kwistjoni tifforma parti minn art akbar mikrija lil terzi.
Irrid inżid ngħid illi r-responsabbilita' dwar talbiet għal proprjeta' tal-Gvern minn għaqdiet sportivi hija tal-Kunsill Malti għall-Isport li imbagħad jikkonsulta mat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern. Ninsab infurmat li s-San Ġwann Football Club huwa avżat b'dan kollu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu ċċelebrati żweġijiet, sena b'sena mill-2000 s'issa? Kemm minnhom kienu reliġjużi u kemm kienu ċivili? Fil-każ ta' dawk li żżewġu biċ-ċivil, kemm kienu ż-żweġijiet ta' Maltin ma' Maltin, ta' Maltin ma' barranin u ta' barranin ma' barranin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar żweġijiet bejn is-sena 2000 u s-sena 2005 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu ppreżentati kawżi għal separazzjoni miż-żwieġ, sena b'sena mill-2000 s'issa? Kemm minnhom kienu deċiżi u x'kienet id-deċiżjoni ? Kien hemm minnhom li waslu għal separazzjoni bonarja ? Kien hemm minnhom li wara medjazzjoni u xi ħaġa oħra waslu biex irtiraw il-kawża?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' kawżi ta' separazzjoni li ġew ippreżentati fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili f'Malta u li ġew deċiżi jew ġew ċeduti għas-sena 2000 - 2005 huma kif indikat hawn taħt.
a) Kawżi ta' separazzjoni ppreżentati:
SENA
NUMRU
2000
130
2001
110
2002
188
2003
163
2004
154
2005
(sat-13 ta' Diċembru)
142
b) Mill-kawżi ta' separazzjoni ppreżentati bejn l-1 ta' Jannar 2000 u t-13 ta' Diċembru 2005 ġew deċiżi 142.
c) Mill-kawżi ta' separazzjoni ppreżentati bejn l-1 ta' Jannar 2000 sat-13 ta' Diċembru 2005 ġew ċeduti 193.
Ninsab infurmat ukoll illi l-informazzjoni dwar il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) hija s-segwenti:-
Sena
Numru ta' kawżi għal separazzjoni personali
Numru ta' kawżi li ġew deċiżi
Numru ta' kawżi li ġew ċeduti (inklużi dawk deżerti u kanċellati)
2000
10
1
4
2001
9
1
5
2002
8
1
6
2003
4
4
4
2004
7
3
7
2005
8
4
5
B'riferenza għall-inċident awtomobolistiku ta' l-1 ta' Jannar 2006 ġewwa San Ġiljan (Paceville) li fih persuna ta' nazzjonalita' barranija mhux liċenzjata u assigurata skond il-liġi, saqet vettura għal fuq membri tal-korp tal-pulizija, uħud mil-liema membri sofrew ġrieħi ta' natura gravi u sofrewhom għaliex b'ħila u f'sens ta' qadi ta' dmirijiethom intervenjew biex iwaqqfu lil din il-persuna milli jkompli jsuq b'mod doluż, ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li dawn il-membri tal-korp tal-pulizija għandhom mhux biss jiġu onorati iżda jiġu kkumpensati għall-ġrieħi li sofrew?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bħala regola il-Korp tal-Pulizija jirrikonoxxi s-sens ta' dover muri minn membri tal-Korp f'każi eċċezzjonali, billi jingħata midalja jew ċertifikat ta' mertu skond in-natura tal-każ. Dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija li jweġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiet tagħhom huma ntitolati għall-benefiċċji kollha ta' korriment fil-kors tax-xogħol skond il-provvedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Novembru 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Novembru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Novembru 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 52 każ ta’ serq.
Hold up13
Pick Pocketing51
Snatch & grab9
Serq minn dgħajjes2
Serq ta’ dgħajjes5
Serq ta’ karozzi53
Serq minn karozzi228
Serq minn residenzi74
Serq minn barijiet / lukandi28
Serq minn fabbriki9
Serq minn ħwienet29
Serq ieħor268
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Novembru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Novembru 2005 ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 30 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Arson
8
Attempted offences
101
Bodily harm
70
Damage
278
Drugs
8
Forgery
2
Fraud
8
Illegal immigration
15
Pretended right
2
Prostitution
6
Sexual offences
3
Theft
769
Threats and private violence
5
Violation of places of confinement
1
Violence against public officers
4
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Diċembru 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Diċembru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Diċembru 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 32 każ ta’ serq.
Hold up10
Pick Pocketing122
Snatch & grab17
Serq minn dgħajjes4
Serq ta’ dgħajjes2
Serq ta’ karozzi63
Serq minn karozzi193
Serq minn residenzi91
Serq minn barijiet / lukandi24
Serq minn fabbriki5
Serq minn ħwienet49
Serq ieħor276
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Diċembru 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Diċembru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Diċembru 2005 ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 22 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family1
Arson6
Attempted offences99
Bodily harm84
Damage282
Drugs9
Forgery3
Fraud6
Illegal immigration9
Pretended right1
Prostitution3
Sexual offences6
Theft856
Threats and private violence5
Trafficking of persons1
Violation of places of confinement1
Violence against public officers7
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati inkjesti fis-sena 2005, u dan b'mod individwali, quddiem kull maġistrat? Kemm minnhom ġew magħluqa u mibgħuta lill-AG?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li tidher hawn taħt.
MaġistratInkjesti Reġistrati fl-2005Inkjesti minn ta’ l-2005 magħluqa u mibgħuta
lill-AG
M. Mallia1046
A. Mizzi12574
J. Padovani9915
S. Meli9333
J. Apap Bologna12040
J. Grixti9333
C. Scerri Herrera243179
A. Lofaro123103
D. Montebello959
M. Hayman11339
J. Cassar10823
L. Quintano14079
A. Vella8642
P. Coppini3212
A. Micallef Trigona74