Legislature:
Category:
Reset
Active:

Joint Office — Ċens

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li s-sidien ta' propjeta', li l-istess sidien ma humiex abitanti fiha, u li din il-propjeta' kienet b'ċnus għand il-knisja u li issa qiegħda għand il-Joint Office jistgħux jifdu ċ-ċens ta' din il-propjeta' għand il-Joint Office?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat

Dipartiment tal-Housing — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sar il-kuntratt għad-Dipartiment tal-Housing tal-fond bl-indirizz li qed jintbagħat separatament, biex ġiet allokata f'dan il-flat? Meta ingħataw lilhom iċ-ċwievet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika l-isem tal-persuna li qed tirreferi għaliha u ġġib il-kunsens tal-persuna biex tingħata l-informazzjoni

NGO — Statistiċi

Question

B'referenza għall-statistika ppubblikata mill-uffiċju nazzjonali ta' l-Istatistika dwar l-NGO's, jista' l-Ministru jgħid għas-sena 2000 iċ-ċifra msemmijja bħala nefqa ta' Lm512,301 kinux għotjiet lil dawn l-għaqdiet? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta' dawk l-għaqdiet li ħadu f' għajnuna u kemm ġew mogħtija kull wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qieghda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Relief — Investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi investigat il-każ ta' koppja b'żewġt itfal li nqatgħalhom ir-relief ta' Lm3.00 fil-ġimgħa, peress li jider li l-karti li għaddew lid-dipartiment huma ġustifikati? Jekk jogħġbok tinforma lil din il-familja bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tirċievi regolarmant l-għajnuna soċjali dovuta.

Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament bid-dettalji kollha mhux qiegħed jiġi allokat akkomodazzjoni soċjali xierqa minkejja diversi tentattivi min naħa tiegħu u minkejja li bħalissa huwa u l-familja tiegħu qegħdin jgħixu f'kamra waħda fid-dar tal-kunjata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-każ indikat mill-Onor. Interpellant qed jingħata l-konsiderazzjoni li jistħoqqlu flimkien ma' każijiet oħra simili.

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kundizzjoni Kronika ta' Ulcerative Colitis

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk persuna li tbati minn kundizzjoni kronika ta' ulcerative colitis u li qiegħda fuq dieta partikolari (li tinkludi tip ta' ħalib partikolari) tingħatax xi għajnuna mid-diviżjoni tas-saħħa billi dawn il-prodotti tad-dieta huma ħafna għolja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kundizzjoni ndikata mill-Onor. Interpellant hi koperta sew fl-Ewwel kif ukoll fit-Tieni Parti tal-Ħames Skeda annessa ma' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Għaldaqstant persuna li ssofri minn dik il-kundizzjoni hi ntitolata għal assistenza finanzjarja jekk tissodisfa t-test tal-meżżi, u għal għajnuna medika (mediċini b'xejn) mingħajr il-ħtieġa li tissodisfa xi test tal-meżżi. Dwar għajnuna mid-diviżjoni tas-saħħa nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Djar — Kunsilli Lokali

Question

Jistax l-Ministru jinforma l-kamra b'referenza għad-domanda numru 11598 jekk huwiex possibli li l-istess servizz li kien qiegħed jingħata mill-Awtorita tad-Djar jibqa jingħata lir-residenti tal-qiegħed jingħata mill-Awtorita tad-Djar jibqa jingħata lir-residenti tal-Kottonera kif kien qabel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar qed tikkunsidra li s-servizz indikat mill-Onor. Interpellant jistax jerġa jibda jingħata.

Senglea — Proġett tal-Bini

Question

Jistax l-Viċi Prim Ministru jinforma l-kamra b'referenza għad-domandi numru 4902 u 11849 f'liema stadju wasal l-proġett tal-bini f'Triq San Flippu Senglea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tħejjiet is-sejħa għall-offerti u din mistennija toħroġ sa' Jannar li ġej.

B'Kara/Lija — Liftijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jiġu nstallati liftijiet fl-appartamenti tal-gvern f'B'Kara u f'Ħal Lija? Jekk fl-affermattiv f'liema appartamenti u meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar irċievet żewġ applikazzjonijiet għall-installar ta' lifts fil-lokalitajiet ta' Birkirkara u Ħal Lija. L-Awtorita' tad-Djar irċievet l-applikazzjoni minn Blokk C3 Ta' Paris Birkirkara nhar it-Tlieta 4 ta' Diċembru 2001. L-Awtorita' tad-Djar bdiet l-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni. Fil-każ ta' Blokk A Triq Sir Ugo Mifsud Ħal Lija beda xi xogħol fuq il-post. Il-lift ser jiġi nstallat fuq barra u għalhekk ser jibda l-bini tax-xaft. Huwa previst li sa l-aħħar ta' Marzu l-installar ta' lift ikun lest.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'rati ta' abbużi jirriżultaw min dawk li kienu jieħdu benefiċċji soċjali li mhumiex intitolati għalihom? Jista' jagħti r-rati benefiċċju, benefiċċju, minn dak li rriżulta minn investigazzjonijiet tul is-sena 2000 u 2001 s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Single Mother

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-każ ġenwin tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħat separatament li hija single mother tgħix u trabbi waħidha, tiġi mogħtija l-għajnuna soċjali mistħoqqa lilha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ.

Benefiċċji Soċjali ta' l-SKA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tilfu l-benefiċċji soċjali ta' l-SKA matul l-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' persuni li għal xi raġuni jew oħra twaqqfitilhom l-Għajnuna għall-Mard kien hekk: a) 1997 - 930 b) 1998 - 1033 c) 1999 - 1068 d) 2000 - 1600 e) 2001 - 1205 (bejn Jannar u Ottubru)

Housing

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-familja residenti fl-indirizz li qed jintbgħat separatament qed tiġi infurmata li mhux possibli li tixtri l-appartament tagħha minħabba problemi fuq it-titolu ta' l-art, imbagħad fl-istess block hemm familja li xtrat l-appartment li d-dettalji qed jintbagħtu separatament b'arranġamenti ma l-Awtorita' tad-Djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qabel ma tbiegħ xi proprjeta' tal-Gvern lill-inkwilini rikonoxxuti, l-Awtorita' tad-Djar titlob il-permess meħtieġ mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Ninsab infurmat li fil-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant fejn sar il-bejgħ, f'Diċembru 1992, l-imsemmi Dipartiment kien informa lill-Awtorita' li setgħet tmexxi bil-bejgħ ta' l-appartament. Sussegwentement ġie ppubblikat l-Avviż Legali li juri l l-appartament ġie trasferit lill-Awtorita". Fil-każ l-ieħor fejn ma sarx il-bejgħ, id-Dipartiment ta' l-Artijiet informa lill-Awtorita' li l-appartament in kwistjoni kien mibni fuq art li tappartjenti lil fondazzjoni reliġjuża u għalhekk, sakemm jiġi stabbilit jekk il-Gvern hux is-sid jew hux biss amministratur ta' dik l-art, ma kienx rakkomandat li bini fuq dik l-art jinbiegħ. Għaldaqstant il-bejgħ ta' dan l-appartament ma setgħax isir.

Allowance

Question

Jista' l-Ministru jara li persuna li tieħu ħsieb żewġt anzjani toħriġilha l-allowance tal-istess? Il-partikularijiet jinsabu separatament min din il-mistoqsija. Tista' is-sinjura tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nnforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tiġi avviċinata personalment dwar il-każ tagħha.