Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5540 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Għasafar — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati għasafar, tjur, żwiemel u live stock ieħor is-sena l-oħra? X'kien il-valur tal-ħlejjaq importati f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru u l-valur rispettivi ta` l-Importazzjonijiet ta` għasafar, tjur, żwiemel u five stock ieħor li kienu importati matul is-sena 1998 kienu hekk: LM Żwiemel 519 176,166 Baqar 39 21,289 Tjur 65,559 53,526 Fniek 1,590 13,967 Ħamiem 2,737 8,564 Għasafar 722,024 121,679
Leg 9 PQ #5614 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Impjegati b'degree

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu fir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #3617 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Dipartiment Numru u Ditta Meta Nxtraw Kemm Swew Lm Ministeru 7 Mita 1994, 95, 96, 98 9,831 Dwana 7 Sanyo 1992, 93, 94 4,770 8 Canon 1992, 93, 94 3,805 9 Olivetti 1995, 96, 97 6,707 6 Ricoh 1997 2,355 4 Mita 1998 2,100 1 Xerox 1998 1,400 1 Toshiba 1994 750 1 Konika 1994 460 Teżor 1 Mita 1994 1,695 Kuntratti 1 Canon 1994 390 1 Xerox 1986 1,236.25 1 Xerox 1996 mikrija Lm71.30 fix-xahar Taxxi Interni 4 Triumph Adler 1996 2,124 9 Xerox 1996, 97, 98 7,050 2 Konika 1994, 95 1,250 3 Canon 1996 3,825 3 Xerox a. 1990 a. mikrija Lm76 fix-xahar b. 1995 b. mikrija Lm76 fix-xahar c. 1992 c. mikrija Lm45 fix-xahar VAT 1 Konika 1992 890 7 Xerox 1995, 96 8,590.5 2 Ricoh 1995, 98 1,245 Lottu Pubbliku 3 (Olivetti, Konika, Xerox) 1993 - 98 1,998
Leg 9 PQ #5134 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

GDP — Deficit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħa l-gvern tiegħu fl-aħħar sitt xhur biex jassigura li l-pajjiż jibda lejn it-triq li għandha twassal għal deficit ta' 3% tal-GDP?

Response (DALLI, JOHN)

Il-passi li ttieħdu huma konformi ma` dawk imħabbra fil-Budget f`Novembru li għadda.
Leg 9 PQ #5389 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Task Force tal-Gvern — Terms of reference

Question

Jista' l-Ministru jippublika it-terms of reference speċifiċi li ngħataw il-membri tal-privatisation task force tal-Gvern? X'remunerazzjoni se jkollhom dawn il-persuni? Għall kemm żmien tgħodd il-ħatra tagħhom/ Wara r-reazzjoni negattiva li kien hemm mill-GWU, mill-oppożizzjoni u minn diversi setturi ta' l-opinjoni pubblika u ta' l-istampa lokali (mhux Laburista) dwar dan, iħossx l-Ministru li jista' jkun hemm konflitt ta' interess f'dan kollu?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra t-terms of reference tal-`Privatisation Unit`. Il-membri ta` din it-task force huma maħtura għal sena u ma jirċievu ebda remunerazzjoni. L-issue tal-`conflict of interest` ġiet diskussa ma` kull membru tal-Bord li ġej mis-settur privat qabel ma ġew appuntati. B`riżultat ta` dawn id-diskussjonijiet wieħed mill-persuni li kienu nvitati biex joqgħod fuq il-Bord m`aċċettax minħabba possibbilta` ta` konflitt ta` interess.
Leg 9 PQ #5409 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

BICAL

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dettaljat lill-Kamra dwar il-pożizzjoni ta' l-assi ta' l-ex-BICAL u fiex waslet il-pożizzjoni ta' dawk li għandhom l-interess fil-flus li kienu ddepożitaw? Meta se jsir xi pagament lid-depożitanti?

Response (DALLI, JOHN)

Peres li għad hemm ħafna pendenzi, f`kawżi li għad iridu jiġu deċiżi mill-Qorti, mhux possibli li għal issa jingħataw dettalji dwar il-pożizzjoni ta` l-assi tal-BICAL. Qegħdin isiru arranġamenti biex jingħata pagament lid-depożitanti matul din is-sena.
Leg 9 PQ #5508 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Servizz Ċivili — Pensjoni

Question

Peress li impjegati mal-gvern li huma intitolati għall-pensjoni tat-Teżor malli jagħlqu l-61 sena qed ikollhom jistennew ix-xhur qabel ma tingħatalhom, jista' l-Ministru jindaga x'inhi l-kawża ta' dan id-dewmien? Jista' l-Ministru jara li ma jkunx hemm iżjed dewmien fl-għoti ta' din il-pensjoni biex b'hekk tiġi evitata tbatija żejda lil dawn il-pensjonanti?

Response (DALLI, JOHN)

Huwa minnu li bħalissa hemm xi xogħol lura fit-Taqsima tal-Pensjonijiet tad-Dipartiment tat-Teżor. Ir-raġuni hija kemm mard fit-tul kif ukoll minħabba nuqqas ta` uffiċjali fit-Taqsima, u minħabba irtirar bil-pensjoni. Qed isir sforz biex, kemm jista` jkun malajr, ix-xogħol pendenti jitlesta u l-pensjonanti jibdew jirċievu l-pensjoni fi żmien raġjonevoli.
Leg 9 PQ #5655 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxa — Evażjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex il-problema ta' l-evażjoni tat-taxxa tiġi miġġielda?

Response (DALLI, JOHN)

Issa li ġiet imħaddma l-VAT raġa` ġie stabbilit audit trail aħjar milli kien hemm qabel. Qegħdin jiġu mhejjija tibdil fil-proċessar tat-taxxa tad-Dħul li nisperaw ikunu jistgħu jiġu fis-seħħ min din is-sena. Fl-istess ħin qed isir pjan ta` re-engineering tad-dipartiment tat-taxxi interni li għandu jimmodernizza din il-funzjoni u jagħtiha aktar kredibilita.
Leg 9 PQ #5658 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru tal-Finanzi

Għawdex — Ġbir ta' taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jinġabru taxxi mill-gżira ta' Għawdex u kif jikkompara ma' l-ispiża kapitali għall-istess gżira?

Response (DALLI, JOHN)

Fil-ġbir ta` taxxa (eżempju, Dazji, Liċenzji u taxxi oħra) ma tinżamx statistika jew elenku ta` taxxi miġbura minn Malta separata minn taxxa miġbura minn Għawdex. Għaldaqstant id-dħul ma jistax jiġi kkomparat man-nefqa kapitali fil-kuntest ta` Għawdex biss.
Leg 9 PQ #3608 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Linji diretti tat-telephones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Ministeru - 21 linja Dwana - 14-il linja Teżor - 3 linji Kuntratti - 6 linji Taxxi Interni - 2 linji VAT - 4 linji Lottu pubbliku - 3 linji
Leg 9 PQ #5131 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-infiq li sar ma' kull radju/televiżjoni/ġurnal tul Jannar u Frar 1999 in konnessjoni ma' l-introduzzjoni tal-VAT? Jista' l-Ministru jgħid liema aġenzija ta' reklamar intużat u fuq liema bażi intgħażlet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas li sar ma` kull radju, televiżjoni u ġurnal tul Jannar u Frar in konnessjoni ma` l-introduzzjoni tal-VAT huwa kif ġej: Radju Ammont Lm Super 1 163.21 Radio 101 80.50 Radio Malta 124.20 RTK 131.10 Bay Radio 85.63 Smash Radio 4.60 Total 589.24 Gazzetti Ammont Lm The Times 385.50 L-Oriżżont 310.50 In-Nazzjon 376.88 Sunday Times 127.65 Il-Mument 127.65 It-Torċa 238.65 Il-Kulħadd 258.00 Total 1,824.83 Televiżjoni Xejn L-aġenzija ta` reklamar li ntużat hija l-MPS Ltd. Din intgħażlet wara sejħa għall-offerti skond il-proċeduri stabbiliti tad-Dipartiment tal-Kuntratti u għax kienet l-aktar waħda vantaġġjuża.
Leg 9 PQ #5132 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Negozji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-informazzjoni li għandu l-gvern tikkonfermax rapporti fil-media li Jannar ta' din is-sena kien l-agħar xahar għan-negozju fl-aħħar snin?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #4894 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Taxxa tas-suċċessjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx studju fis-sezzjoni tat-Taxxi Interni li tieħu ħsieb il-ġbir tat-taxxa fis-suċċessjoni sabiex jiġi permess li armla tħallas bin-nifs l-ispejjeż tal-boll tal-kuntratt pubbliku, li huwa neċessarju, billi dan f'ċerti ċirkostanzi qiegħed ikun kaġun ta' tbatija żejda?

Response (DALLI, JOHN)

L-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, 1993 tipprovdi li t-taxxa dovuta fuq kull trasferiment causa mortis għandha titħallas fi żmien ħmistax-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni causa mortis. Jekk it-taxxa dovuta mill-benefiċjarji fuq id-dikjarazzjoni causa mortis tkun anqas minn elf lira u l-istess d-dikjarazzjoni tkun saret fi żmien sitt xhur mid-data tal-mewt tal-persuna li minnha joriġina t-trasferiment causa mortis ikun hemm rebate ta` Lm100. Meta d-dikjarazzjoni causa mortis ssir wara sena mid-data tal-mewt jibda jitħallas imgħax ta` 8% fil-mija fuq l-ammont ta` taxxa dovuta għal kull sena jew parti minnha li tiskadi bejn l-ewwel anniversarju tad-data tal-mewt u d-data ta` l-għemil tad-dikjarazzjoni.
Leg 9 PQ #5021 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm individwi/ditti ingħataw refunds fuq il-VAT mill-1/1/99 sal-lum? Kemm jammontaw fi flus? Huwa minnu li refunds t'anqas minn Lm100 ingħatat direttiva biex jiġu mħallsin? Jekk fl-affermattiv, min ta din id-direttiva u kemm-il persuna/azjenda bbenefikat minnha?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta` Jannar 1999 sal-lum kien hemm 366 persuni reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT li b`kollox ngħataw Lm808,902.59 f`refużjonijiet tal-VAT. Skond l-Att tal-1994 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud, ħlas lura ta` kreditu eċċessiv li jsir dovut għandu jsir mhux aktar tard minn tletin jum mill-aħħar jum meta għandha tintbagħat id-denunzja tat-taxxa għall-perjodu ta` taxxa li jiġi wara, jkun kemm ikun l-ammont.
Leg 9 PQ #5123 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; (vii) ingħataw extensions?

Response (DALLI, JOHN)

Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, minn meta fetaħ dan il-Parlament f`Ottubru li għadda b`risposta għall-diversi domandi fir-rigward ta` din il-mistoqsija, diġa` tajt informazzjoni dettaljata, li f`kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida `l għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.
Leg 9 PQ #5333 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Kunsill ta' l-Ewropa — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew mibgħuta uffiċjali mill-Fond Soċjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa mill-5 ta' Settembru, 1999 sal-lum? Meta ġew? X'deċiżjonijiet ittieħdu, jekk kien hemm, fuq il-proġetti li għaddejjin u li hemm ftehim finanzjarju fuqhom ma' l-istess fond?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-5 ta` Settembru 1998 `l hawn kellna żjara waħda minn żewġ uffiċjali tal-Fond Soċjali għall-Iżvilupp tal-Kunsill ta` l-Ewropa. Dawn kienu Malta bejn l-14 u s-16 ta` Frar li għadda biex jevalwaw il-progress u xi tibdil li seta` sar jew hu ppjanat għall-Isptar l-ġdid tal-Qroqq. S`issa ma ttieħdu l-ebda deċiżjonijiet. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Leg 9 PQ #4890 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Qrati — Ħlas bi credit cards

Question

In vista għar-risposta għad-domanda parlamentari numru 2346 mogħtija mill-Prim Ministru, jista' l-Ministru jinforma lill-kamra jekk kemm-il darba jistax jiġi ffurmat kumitat sabiex jinvestiga u jara huwiex possibbli li l-pubbliku jkun jista' jagħmel pagamenti lill-gvern permezz ta' l-użu tal-credit cards?

Response (DALLI, JOHN)

Qed isiru arranġamenti biex il-pubbliku jkun jista` jagħmel pagamenti lill-Gvern permezz tal-Credit Cards. Meta dawn l-arranġamenti jidħlu fis-seħħ, il-pubbliku jkollu mezz ieħor effiċjenti kif jagħmel dan. Ir-riċevuta mid-Department tibqa tinħareġ bħas-soltu.
Leg 9 PQ #3595 Sitting 71 1999-03-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħtu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub huwakif ġej: Dipartiment Numru u Ditta Meta Nxtraw Kemm Swew Lm Ministeru 2 Acer 4 IBM 1995 1998 24,380 2 Escom 4 Compaq 7 Falcon 11 Horizon 4 Confident 1 Gem 4 Protek 1 Fujitsu 8 Matrix 3 Mitac 2 Hyundai Lottu Pubbliku 52 Horion, DMAC, Mitac, 1993 - 1998 31,522 NCR, Tech 2000, Digital, Epson, Elite, Matrix VAT 46 Acer 2 Matrix 1994 - 1998 madwar 61,370 33 Horizon 1 Compro 28 Falcon 1 Compaq 3 Fujitsu 1 Dell Teżor 2 Acer 5 Fortune 1994 - 1998 madwar 25,300 Acros Gem 7 Amstrad, 4 Horizon CAF 4 Confident 5 Hyundai 2 Dmac 2 Matrix, Mitac 4 Escom 5 NCR, Sampo 3 Tech 2000 3 Sicam Dwana 2 Acer 46 Horizon 1992 - 1998 madwar 74,250 4 Acer mate 1 Hyundai 7 Bios 2 IBM 6 Caf 11 Matrix 1 Compaq 2 Mitac 1Compro 4 NCR 5 Confident 2 Olivetti 5 Cybertech 7 Tech 2000 16 DMAC 2 Teleboss 4 Fortune 1 Toshiba 2 Fujitsu 1 Zino 1 Galileo 2 Unbranded Kuntratti 11 Horizon 1992 - 1998 madwar 11,682 3 IBM Aptiva 1 Matrix 2 Dual 1 Mitac 1 KT Technology 1 Compro Taxxi Interni 349 Fortune, Horizon, 1992 - 1998 madwar 165,775 Matrix, Mitac, Protek, Acer, Confident, Fujitsu, IBM, Amstrad, CAF, Compro, Deca Sys, Escom, Falcon, Hundai, NCR, Tandon, Televideo, Mtek, President, Proview, Shamrock, Comdell, New, Sampo
Leg 9 PQ #4436 Sitting 71 1999-03-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet ta' uffiċjali pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet dwar il-pensjonijiet ta' uffiċjali pubbliċi li qalbu minn dipartmenti tal-gvern għal ma' entita' pubblika? Ma' min qed isiru l-konsultazzjonijiet u kemm saru laqgħat s'issa? Hemm xi data meta l-konsultazzjonijiet huma maħsuba li jintemmu u jittieħdu d-deċiżjonijiet finali?

Response (DALLI, JOHN)

Id-diskussjonijiet li kienu tħallew fi stat ta` konklużjoni fl-1996 u li baqgħu ma ġewx konklużi fil-kważi sentejn ta` Gvern Laburista, għadhom għaddejjin.
Leg 9 PQ #4656 Sitting 71 1999-03-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Ħwienet li jbiegħu vated items

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif id-Dipartiment tal-VAT qed jassigura li ma jsirux abbużi fir-rigward ta' ħwienet li jbiegħu items li huma vated iżda jirreġistrawhom fuq il-cash register bħala exempt?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bil-liġi tal-VAT, tal-Ħwienet huma obbligati li ma` kull bejgħ li jagħmlu jagħtu rċevuti fiskali li turi xi jkunu l-oġġetti jew servizzi mibjugħa kif ukoll jekk kull oġġett jew servizz ikunx taxxabbli jew le. B`hekk l-ispetturi tad-Dipartiment tal-VAT ikunu jistgħu, waqt l-ispezzjonijiet li jagħmlu, jivverifikaw jekk irċevuta fiskali tkunx reġistrata korrettament fil-cash register jew le, u anke jekk ikun hemm bżonn billi jiċċekkjaw il-prodotti mixtrija ma` l-irċevuta.