Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17856 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-viża li se jibda jkollhom bżonn l-Għarab biex jidħlu Malta?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema visa u għal liema Għarab qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet stop u/jew enforcement orders il-Planning Authority, sena b'sena mill-1996 'l hawn? Kemm hemm minnhom li ħarġu fuq l-Imsida, Gżira, Ta' Xbiex u San Ġwann? Kemm minnhom ġew fil-fatt inforzati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru totali t`avviżi t`infurzar skond l-Att Nru. 1 ta` l-1992 dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp li nħarġu mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar mill-1996 `l hawn, hu ta` 6,362. Dawn inħarġu sena b`sena kif ġej : -
1996 - 1,699
1997 - 1,413
1998 - 1,420
1999 - 1,115
2000* - 715
* Sat-30 ta` Ġunju
L-avviżi maħruġa fil-lokalitajiet indikati fl-Interpellanza huma kif ġej :
Gżira - 64
Msida - 84
San Ġwann - 96
Ta` Xbiex - 15
Dawn l-avviżi kollha ġew infurzati immedjatament, ċioe` hekk kif appena s-sidien involuti kienu notifikati skond il-liġi u ġew mitluba li jwaqqfu l-iżvilupp illegali, u ngħataw żmien stipulat sabiex irreġgħu s-sit lura għall-istat oriġinali. B`konsegwenza ta` din l-azzjoni, diversi każi fil-lokalitajiet imsemmija hawn fuq ġew solvuti billi s-sidien applikaw għall-permess u fejn kien aċċettabli inħarġu l-permessi relattivi, jew l-illegalita` tneħħiet mill-iżviluppatur innifsu jew inkella mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Xi każi oħra għadhom pendenti u azzjoni relattiva tittieħed appena jiġu eżawriti l-proċeduri kollha skond il-liġi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17841, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-professional fee tal-periti għax-xogħol li wettqu s'issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ebda professional fee ma tħallset s`issa lid-ditta tal-Periti li wettqet ix-xogħol biex it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern setgħet tissottometti applikazzjoni Outline għall-iżvilupp ta` Moynihan House.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-renumerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-konsulenti kienu mpjegati mal-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Id-dettalji mitluba ser jingħataw f`xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'time frames għandu l-Ministeru għat-tlestija ta' l-economic impact assessment studies marbutin ma' l-applikazzjoni pendenti Maltija għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' abbuż fuq it-tfal din is-sena? X'tip kienu u kemm ittellgħu persuni fuq dawn il-każi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-10 ta` Lulju 2000, il-Pulizija kellha 14-il rapport ta` abbużi sesswali fuq persuni ta` taħt it-tmintax-il sena, li dwarhom tressqu quddiem il-Qorti 8 persuni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni li karozzi mingħajr liċenzja mħallsa biex tidħol il-Belt ma jistgħux aktar jgħaddu mid-dawra tal-Belt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma kienx hemm tibdil minn naħa tal-Pulizija li vetturi mhux liċenzjati sabiex jidħlu l-Belt ma jistgħux jgħaddu mid-dawra tal-Belt.
Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum kemm inbiegħet proprjeta' lill-barranin? X'kien il-valur tal-bejgħ xahar b'xahar u kemm inbiegħet proprjeta'?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum fejn u meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar infurzat deċiżjonijiet tagħha li tneħħi strutturi llegali? Fiex f'kull każ kienu jikkonsistu dawn l-istrutturi llegali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni ġewwa l-Gżira u Ta' Xbiex din is-sena? Jista' jgħid meta nqabdu, wieħed wieħed, u kemm saru patrols mill-pulizija ġo dawn l-inħawi din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u l-10 ta` Lulju 2000, kien hemm 131 darba fejn persuna ġiet imwaqqfa mill-Pulizija fuq suspett ta` tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Mit-tagħrif disponibbli dawn ġew imwaqqfa fil-ġranet kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll illi kemm il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll ta` l-Iskwadra ta` kontra l-Vizzji, regolarment jagħmlu ronda kontra dan l-abbuż f`inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Billi f'risposta oħra fuq kemm inqabdu persuni jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni din is-sena l-Ministru qal li kollha kienu repeated offenders, jista' jgħid kemm-il darba nqabdu wieħed wieħed u kemm-il darba nstabu ħatja mill-qorti kull wieħed, kif ukoll x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bil-frażi repeated offenders għandu jiftiehem li dawn kienu kollha magħrufa mal-pulizija . Ninsab infurmat ukoll illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni Maltin il-ħabs illum fuq sentenza mogħtija mill-qorti u kemm hemm minnhom li weħlu piena ta' ħabs darba oħra? Jekk hemm, kemm-il darba oħra weħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` priġunieri li preżentament qegħdin jiskontaw sentenza mogħtija mill-Qorti huwa ta` 132.
Dawn weħlu sentenzi kif ġej : -
l-ewwel 54 id-disa 3 is-sbatax 1
it-tieni 19 l-għaxar 2 il-wieħed u 1
għoxrin
it-tielet 15 il-ħdax 2 it-tnejn u 1
għoxrin
ir-raba 9 it-tnax 1 il-ħamsa u 1
għoxrin
il-ħames 9 it-tlettax 3
is-sitt 3
is-seba 6 il-ħmistax 1
it-tmien 1
Jista' l-Ministru jara illi persuni li jkollhom l-arma tal-kaċċa konfiskata mill-pulizija u li sussegwentement tingħatalhom lura mill-qorti jiġbruhom mid-depot u mhux mill-qorti, dan għaliex minħabba s-sistema ta' parking ħafna persuni qed ikollhom jimxu sal-Furjana bl-arma f'idejhom minn ġo nofs il-Belt u dan qed jesponihom għar-redikolu?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar erba' snin kemm saru u waslu rapporti lill-pulizija ta' klieb il-baħar (sharks) u ħut kbir ieħor fl-ibħra Maltin? Jista' jagħti dawn id-dettalji sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Jista' l-Ministru jikkonferma li riċentement ġie aggredit u msawwat pulizija li kien stazzjonat fl-għassa ta' Sannat, Għawdex?
Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi kriminali kontra din il-persuna li ssawwat lil dan il-pulizija?
U jekk il-pulizija kkonċernat minbarra is-swat li qala' ġiex fil-fatt trasferit u tneħħa mill-għassa ta' Sannat, Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-inċident li seħħ fejn l-iskola primarja ta` Sannat, nhar l-10 ta` Mejju 2000, ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha rapporti konflinenti fis-sens illi kemm il-kuntistabbli kif ukoll il-persuna nvoluta allegaw li kienet il-parti l-oħra li aggrediet. Għalhekk ser jittieħdu proċeduri fil-Qorti kontra ż-żewġ partijiet. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-kuntistabbli nvolut baqa` stazzjonat fejn kien sa mill-1993, jiġifieri fid-Distrett t`Għawdex. Pero` dan ma baqax ikun assenjat xogħol fir-raħal ta` Sannat sabiex ikunu evitati inċidenti.
Jista' l-Ministru jinformana jekk l-iżvilupp li qiegħed isir fuq is-sit aċċessibbli minn Sqaq it-Torri, fiż-Żurrieq, kontrada ta' Bubaqra, huwiex kopert bil-permessi kollha rikjesti mil-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-iżvilupp li qed isir fil-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant hu kopert bil-permessi numri PA 6155/98 u PA 3544/99.
Jista' l-Ministru jara li s-sidien tal-għalqa "Ta' Sqajfa" fil-limiti ta' Ħal Far fi Triq il-Miżieb, (magħruf ukoll bħala limiti taż-Żurrieq), li kopja tal-pjanta qed tintbagħat separatament, jingħataw il-kumpens dovut lilhom mill-gvern talli ttieħed lilhom parti minn din l-għalqa li kellha s-siġar tad-dwieli biex titwessa' t-triq? Fiex waslu l-proċeduri peress li hemm xi nies oħra fl-inħawi li kienu diġa' ġew kompensati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-files L375/88 u L375/88/30 jirriżulta li fis-26 ta` Ġunju 1989, id-Dipartiment ta` l-Artijiet għamel talba lid-Dipartiment ta` l-Agrikoltura biex jissottometti stimi għal kumpens ta` uċuħ u benefikati oħra tar-raba` in kwestjoni li ġiet esproprijata mill-Gvern. Sal-ġurnata tal-lum id-Dipartiment ta` l-Artijiet irċieva diversi 'Vouchers' għal tali ħlasijiet dwar plots fil-viċinanzi, pero` għar-rigward il-Plot No. 30, dan l-Uffiċċju m`għandu ebda pendenzi ta` pagament.
Hu d-Dipartiment ta` l-Agrikoltura li jrid jara jekk hemmx xi kumpens dovut, u jekk ikun il-każ, dan jgħaddieh lil dan l-Uffiċċju għal pagament relattiv.
Rigward il-ħlas ta` l-art esproprijata dan l-Uffiċċju qed jistenna lis-sid/sidien biex jissottomettu l-provinjenza ta` l-istess art sabiex isir l-att finali ta` ħlas għall-istess art.