Legislature:
Category:
Reset
Active:

Institute of Health Care — Nurses

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm iggradwaw nurses mill-Institute of Health Care tul is-sena 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005, sa l-1 ta' Novembru? Jista' jgħid f'liema kategorija iggradwaw (diploma, BSc, etc.)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' nurses li ggradwaw mis-sena 2000 sa llum huwa kif ġej: Kors Sena 2000 2001 2002 2003 2004 2005 Diploma in Nursing Studies 24 29 24 45 72 66 B Sc (Hons) Nursing 10 10 12 22 35 38

Masters fin-Nursing — Scholarships

Question

B'riferenza għad-diskors tal-budget mill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi (taħt it-titlu Edukazzjoni, paġna 58, l-ewwel paragrafu) fejn intqal li "l-Gvern se jalloka Lm200,000 biex jintroduċi skema ta' "scholarshipstal-Gvern Malti" għal studju, taħriġ u riċerka fil-livell ta' Master u Ph.D's", jista' il-Ministru jgħid jekk dawn l-ischolarships hux se jingħataw ukoll għall-Masters jew Ph.D. fin-Nursing?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-qasam tan-nursing imsemmi mill-Onor. Ħabib tiegħi hu wieħed mill-oqsma li l-Gvern jikkonsidra f'din l-iskema ta' scholarships.

ETC — Courses ta' taħriġ

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' parteċipanti tal-courses ta' taħrig li l-ETC qed torganizza u toffri fil-preżent?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul l-ewwel ħdax-il xahar tas-sena finanzjarja (Ottubru 04 - Awissu 05), in-numru ta' parteċipanti fi programmi/skemi ta' taħrig organizzati mill-Korporazzjoni laħaq is-7502.

Universita' ta' Malta

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex diversi partijiet ta' l-universita`, bħalma huma l-MUS, il-canteen u l-arkitettura, qed ikunu ta’spiss bla ilma kif ġara fl-ewwel jiem ta’ Novembru? Jaf il-Ministru li anke toilets pubbliċi wżati mill-istudenti qed jibqgħu maħmuġin għal jiem sħaħ minħabba dan il-qtugħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għal PQ numru 15642.

Universita' — Plumbing/elettriku

Question

Jista’ il-Ministru jgħid minn kemm–il persuna hija magħmula t-taqsima tal-plumbing u l-elettriku ta' l-universita`? Jista’ jgħid kemm–il darba kien hemm nuqqas ta’ ilma f’xi taqsima ta' l-universita` mill-1 ta’ Jannar s’issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-dipartiment tal-manutenzjoni hemm 2 Electricians, Electrician Mate, helper fuq xogħol tal-plumbing u Plumber student ta' l-ESTS. Dawn iridu jlaħħqu ma' l-Universita', l-Junior College, l-Institute ta' l-Enerġija Marsaxlokk u l-Universita' l-qadima fil-Belt Valletta. Informat ukoll li problemi bl-ilma mill-ewwel ta' Jannar 2005 s'issa kien hemm xi ħames każi minħabba pressjoni baxxa li ma damietx iktar minn jumejn. Din ġrat minħabba ħsarat minn kuntratturi fuq il-mains, jew meta issir il-manutenzjoni fuq ir-Reverse Osmosis.

Impjiegi — Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fuq il-post tax-xogħol rapportati l-Occupational Health and Safety Authority bejn is-snin 2000 u 2005 sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza? Kem minnhom spiċċaw f'imwiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond paragrafu 51 ta' l-Att Legali 52 ta' l-1986, huwa obbligu ta' min iħaddem li jinnotifika inċidenti li jirriżultaw f'mewt jew f'korriment skond kif stabbilit fl-istess paragrafu. Jeżistu obbligi oħra ta' notifika skond l-Att Legali 37 ta' l-2003 iżda dan jirrigwarda inċidenti partikolari f'numru limitat ta' stallazzjonijiet jew impjanti speċifiċi - kien irraportat inċident wieħed skond dan l-Att Legali. Sa minn mindu bdiet topera l-Awtorita' għas-Saħħa u għas-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol, jiġifieri f'Jannar tas-sena 2002, saru s-segwenti notifiċi skond l-Att Legali 52 ta' l-1986: 2002 - 52 każ (4 inċidenti fatali) 2003 - 70 każ (12 inċident fatali) 2004 - 94 każ (12 inċident fatali) 2005 - 37 każ ( 6 inċidenti fatali) Stampa aktar eżatta tan-numru ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol toħroġ minn talbiet li jsiru għall-ħlas ta' xi benefiċċju soċjali. Statistika aġġornata tinkiseb mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Qed isiru diskussjonijiet mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex l-Awtorita' jkollha aċċess għad-dettalji li jirrigwardaw dawn in-notifiċi biex ikunu investigati skond l-Att XXVII ta' l-2000.

Council Directive 2004/114/EC

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk hemmx ħsieb li Council directive 2004/114/EC tkun liġi? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti data?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Ħabib tiegħi jirreferi l-Mistoqsija lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern li hu responsabbli għal din il-materja.

Studenti barranin

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm-il student ġdid ta' nazzjonalita' Ċiniża ġew aċċettati din is-sena, cioe' Ottubru 2005, mill-Universita' ta' Malta? X'kienet in-nazzjonalita' ta' l-istudenti ġodda ġejjin mill-pajjiżi ġodda ta' l-Unjoni Ewropea u pajjiżi mhux fl-Unjoni li daħlu l-universita', l-ITS u l-MCAST għall-ewwel darba din is-sena akkademika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-nazzjonalita' ta' l-istudenti ġodda mill-pajjiżi ġodda ta' l-Unjoni Ewropea u pajjiżi mhux fl-Unjoni li daħlu l-MCAST għall-ewwel darba din is-sena akkademika huma mill-Awstralja, l-Istati Uniti, l-Litwanja, il-Belġju u l-Ingilterra. Informat ukoll li għal din is-sena akkademika fl-ITS daħlu 2 mill-Albania, 2 mill-Awstralia, 1 mill-Bulgaria, 12 miċ-Ċina, 1 mir-Russja, 1 mis-South Korea, 1 mit-Turkija u 1 mill-Istati Uniti. Informat li 37 student ta' nazzjonalita' Ċiniża bdew jattendu l-Universita' f'Ottubru 2005. In-numru ta' studenti li ġejjin minn fost id-disa pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea (Malta eskluża) u in-numru ta' studenti li ġejjin minn pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropea huma skond il-lista li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni — Vetturi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm vetturi wżati mill-Ministeru u mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni separatament? Kemm minnhom huma mikrija? Kemm huwa l-ħlas globalment kull xahar? Kemm tħallas b’kollox din is-sena? Kemm intnefaq fuq petrol/diesel fl-ewwel għaxar xhur ta’din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hawn 57 vettura. 21 minn dawn huma mikrija. Globalment, il-ħlas kull xahar huwa ta' Lm3,084.300. Din is-sena tħallset is-somma ta' Lm30,842.960. L-ispiża fuq fuel, fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena kienet ta' Lm29,825.690. Informat ukoll li fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni hawn 14-il vettura. 10 minn dawn huma mikrija. Globalment, il-ħlas kull xahar huwa ta' Lm2,217.550. Din is-sena tħallset is-somma ta' Lm22,175.480. L-ispiża fuq fuel, fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena kienet ta' Lm8,730.110.

ETC — Vetturi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm vetturi wżati mill-ETC? Kemm minnhom huma mikrija u kemm jitħallas globalment fix-xahar? Kemm tħallas b’kollox din is-sena? Kemm intnefaq s’issa f’din is-sena fuq petrol/diesel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ETC tuża 18-il karozza. 11 minn dawn huma mikrija. L-ETC tonfoq Lm51.78 kuljum jew Lm1,533.40 fix-xahar (30 ġurnata) inkluż il-VAT. Matul din is-sena minn Jannar sa Settembru 2005 l-ispiża tal-karozzi mikrija kienet tammonta għal Lm14,136.14 (incluż il-VAT). L-ispiża tal- petrol/diesel għall-istess perjodu kien jammonta għal Lm5,079.86.

Kunsill Malti għall-isport — Vetturi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm huma l-vetturi wżati mill-kunsill Malti għall-isport? Kemm minnhom huma mikrija u kemm jiswew f’xahar? Kemm tħallas globalment s’issa fl-ewwel għaxar xhur ta’din is-sena? Kemm intnefaq fl-istess żmien fuq petrol/diesel?Jista’ jagħti l-istess figuri u dettalji mitluba separatament għad-dipartiment taz-żgħażagħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ hemm karozza waħda. Din hija mikrija u tiswa Lm 132.62 fix-xahar. Fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena tħallset is-somma ta' Lm 1,115.84. Intefaq l-ammont ta' Lm 266.89 f'petrol fl-istess perjodu. Informat li l-Kunsill Malti għall-iSport għandu vettura waħda mikrija b'tender maħruġa fl-2003. Il-karrozza tintuża mill-Kap Ezekuttiv, Chairman u Diretturi meta jkun hemm il-ħtieġa kif ukoll tintuża mill-messaġġier għal posta ta' kuljum. Ir-rata ta' ħlas hija ta' Lm 238.60 kull tletin ġurnata. Sallum sar ħlas ta' Lm 1200.94. F'dawn l-ewwel għaxar xhur inxtara b'Lm 413 fuel.

Facilitators Għawdxin

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm daħlu facilitators minn Ghawdex matul din is-sena 2005? Kemm minnhom ġew assenjati fi skejjel f’Għawdex stess? Liema huma dawn l-iskejjel? Jista’ jgħid kemm daħlu facilitators minn Għawdex matul is-sena 2004? Kemm minnhom għadhom fi skejjel ġewwa Malta u liema huma dawn l-iskejjel? Xi kriterji jintużaw biex persuna tiġi assenjata fi skola f’Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-2005 ġew impjegati 36 Għawdxin. Ħadd minnhom ma ġie assenjat b'mod permanenti fi skejjel Għawdxin. Informat ukoll li fl-2004 ġew impjegati 66 GĦawdxin, 35 minn dawn huma impjegati fi skejjel ġo Malta u l-iskejjel huma dawn : Skejjel Primarji : Attard, B'Kara 'A', Tarxien, Żabbar 'A', St.Venera, St Paul's Bay, Pembroke, St Julian's, Paola 'B', Mosta 'A', Valletta, B'Kara 'B', Ħamrun 'C', Pieta, Naxxar, Luqa, Marsa, Paola 'A', Fgura. Skejjel Sekondarji : St Venera BSS, Mosta GSS, Paola BSS, Tarxien GSS, Floriana BS, Cospicua GSS, Naxxar BSS, Marsa GS, B'Kara BSS, Ħamrun GSS, Marsa BSS, Ħamrun BJL. Informat li l-Għawdxin jintbagħtu Għawdex skond is-Seniority List.

Universita' — Sussidju fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk l-Universita' ta' Malta, l-MCAST u l-ITS jirċievux xi sussidju fuq l-ilma jew id-dawl? Jekk fl-affermattiv, kemm? Jekk fin-negattiv, dawn iħallsu s-surcharge kollu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita', l-MCAST u l-ITS ma jirċievu l-ebda sussidju fuq l-ilma jew id-dawl u s-surcharge jitħallas kollu.

Junior College — Lecturers

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' full-time lecturers fil-Junior College?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' full-time Assistant Lecturers fil-Junior College huwa 144. In-numru ta' full-time Lecturers huwa ta' 22 u n-numru ta' full-time Senior Lecturers huwa ta' 10.

ETC

Question

Jista’ il-Ministru jikkonferma li t-tnaqqis fin-numru ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena huwa wieħed mill-ikbar tnaqqis li kellna f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, it-tnaqqis fin-numru ta' dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol taħt l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena huwa wieħed mill-ikbar tnaqqis li kellna f'dawn l-aħħar ħames snin. Dan jista jiġi ikkonfermat minn din it-tabella :- Reġistrar għax-xogħol 2000 2001 2002 2003 2004 2005 30 ta' Ġunju 6529 7121 7238 7942 6930 31 ta' Diċembru 7188 7433 7516 8175 8103 Tnaqqis -659 -312 -278 -233 -1173