Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm talbiet mis-settur privat, biex ikun hemm xi forma ta’ PPP għal dak li jikkonċerna bini ta’ parking areas fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jekk kien hemm, x’kienu l-kunsiderazzjonijiet li saru biex tali proposti jiġu aċċettati jew rifjutati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda talba mis-settur privat għal xi forma ta' PPP f'San Pawl il-Baħar.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq li huma one lane f’kull direzzjoni filfatt jinbidlu għal two lane f’kull direzzjoni? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol meħtieġ biex dawn it-toroq isir ix-xogħol neċessarji fuqhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li ma hemm l-ebda triq li kienet one lane f'kull direzzjoni li issa saret two lane f"kull direzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kull darba li nfetħet l-iskema tal-iscrappage tal-karozzi, kemm applikaw għaliha u b’mod totali kemm kienu l-fondi li bbenefikaw minnhom dawk li applikaw minn Marzu 2013 sal-lum,?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn Marzu 2013 l-iscrappage scheme nħarġet tliet darbiet hekk kif ġej:
- Skema 2013 – 553 applikazzjoni approvati li minnhom ġew irtirati 16. Fondi li ngħataw jammontaw għal €268,500
- Skema 2014 – 661 applikazzjoni approvati li minnhom ġew irtirati 8. Fondi li ngħataw jammontaw għal €300,000 li ġew estiżi b’€200,000 oħra
- Skema 2015 – 1,146 applikazzjoni approvati . Fondi li ngħataw jammontaw għal €400,000 u fejn l-iskema ġiet estiża darbtejn bi €300,000 u b’€200,000 oħra
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17416, jista’ l-Ministru jgħid x’informazzjoni hemm disponibbli għalih mill-kumpanija privata li llum hemm tmexxi t-trasport pubbliku bħala l-Ministru responsabbli mit-trasport?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li hija disponibbli mill-kumpanija privata li llum hemm tmexxi t-trasport pubbliku hija informazzjoni li toħroġ mir-rekwiżiti tal-kuntratt illi jirrigwarda is-servizz tat-trasport pubbliku, liema kuntratt ser jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ħin opportun.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-obbligi li għandha l-kumpanija privata inkarigata mis-servizz tat-trasport pubbliku preżenti? Jista’ jgħid għaliex tista’ tiġi ppenalizzata u x’inhuma l-penalitajiet u l-multi li għandhom jiġu imposti fuqha jekk kemm-il darba jkun hemm xi nuqqas?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-obbligi li għandha l-kumpanija privata inkarigata mis-servizz tat-trasport pubbliku, kif ukoll il-penalitajiet u multi li jiġu imposti kemm-il darba jkun hemm xi nuqqas, joħorġu mill-kuntratt illi kien iffirmat bejn iż-żewġ partijiet fit-8 ta’ Jannar 2015.
Dan il-kuntratt ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-mument opportun.
Transport Malta – kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratt tat-trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hi l-persuna inkarigata għan-nom ta’ Transport Malta biex tara li l-kundizzjonijiet u l-obbligi kollha li hemm stipulat fil-kuntratt għal għoti tas-servizz tat-trasport pubbliku qed jiġu osservati? Jista’ jgħid x’inhi l-proċedura li għandha ssegwi din il-persuna sabiex tinforma lill-Transport Malta u lill-Ministru b’dawn in-nuqqasijiet? Jista’ jgħid kemm-il nuqqas ġie rraportat s’issa u x’kienu dawn in-nuqqasijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, hekk kif kien għal dawn l-aħħar snin, il-Unit responsabbli fi ħdan Transport Malta sabiex jara li l-kundizzjonijiet u l-obbligi kollha li hemm stipulati fil-kuntratt għal għoti tas-servizz tat-trasport pubbliku qed jiġu osservati huwa l-Public Transport Unit.
Nuqqasijiet li jiġu osservati kif ukoll l-andament tar-rotot jiġu miġbura f’rapporti u maħruġa kull ġimgħa jew kull xahar.
Infurmat ukoll illi in-nuqqasijiet li ġew innotati ivarjaw u jinkludu l-andament tar-rotot, il-kundizzjoni tal-karozzi tal-linja, in-nuqqas ta’ informazzjoni fuq bus stops u nuqqasijiet mix-xufier.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17414, fejn tlabt lill-Ministru jgħid jekk ix-xufiera tal-karozzi tal-linja li jitilfu l-break peress li jinqabdu fit-traffiku jiġux ikkumpensati u peress li t-tweġiba kienet li billil-kumpanija li llum tmexxi t-trasport pubbliku hija waħda privata l-informazzjoni mhijiex disponibbli, jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jieħu sabiex jassigura li l-ħaddiema mhumiex qed jiġu sfruttati? Jista’ jgħid jekk ġiex avviċinat minn xi persuna fejn infurmatu li x-xufiera tal-karozzi tal-linja li jinqabdu fit-traffiku u jitilfu l-break mhux qed jiġu kkumpensati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont informazzjoni pprovduta mill-operator tat-trasport pubbliku, il-kumpanija qegħda timxi mal-ftehim kollettiv li hemm fil-preżent.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17415, fejn tlabt lill-Ministru jgħid jekk ix-xufiera tal-karozzi tal-linja humiex qegħdin jitħallsu tal-ħin li jieħdu x’ħin imorru jdaħħlu l-vettura tagħhom fid-depot u meta jmorru jpoġġu l-flus li jkunu ġabru wara li jkunu lestew ir-rotot rispettivi tagħhom, u peress li t-tweġiba kienet li billi l-kumpanija li llum tmexxi t-trasport pubbliku hija waħda privata l-informazzjoni mhijiex disponibbli, jista’ jgħid x’passi qed jieħu sabiex jassigura li l-ħaddiema mhumiex qed jiġu sfruttati? Jista’ jgħid jekk ġiex avviċinat minn xi persuna fejn infurmatu li x-xufiera tal-karozzi tal-linja mhumiex qegħdin jitħallsu tal-ħin li jieħdu x’ħin imorru jdaħħlu l-vettura tagħhom fid-depot u meta jmorru jpoġġu l-flus li jkunu ġabru wara li jkunu lestew ir-rotot rispettivi tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19538.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-kuntratt li ġie ffirmat fl-20 ta’ Diċembru 2014, skont kif irrapurtat fl-artiklu: http://www.independent.com.mt/articles/2015-01-20/local-news/No-sign-of-new-bus-contract-despite-Minister-s-promise-to-table-it-over-a-week-ago-6736129146, ma nbidel l-ebda klawsola fih minn dakinhar sal-lum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija li ħadet f’idejha t-tmexxija tat-trasport pubbliku, ma nbidlet l-ebda klawsola fih minn dakinhar li ġie ffirmat sal-lum.
12-il Distrett Elettorali – tenders maħruġa għal toroq — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fit-12-il distrett elettorali fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar li għalihom diġà ħarġu t-tenders, iżda x-xogħol għadu mhux magħmul? F’kull każ, meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn it-toroq??
Response (MIZZI, JOE)
Ninform lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija hekk kif segwenti:
Bidu
Tender for the construction of Triq il-Fugass & Tamar San Pawl
Fl-ewwel kwart 2016
Tender for the Construction of Triq San Injazju ta' Loyola, Naxxar
Fl-ewwel kwart 2016
Tender for the Construction of Triq L - Inkwina, Naxxar
Fl-aħħar kwart 2015
Construction of p/o Triq Tamar & NS Triq Port Ruman, San Pawl il-Bahar
Fl-ewwel kwart 2016
In-Naxxar — Triq li tgħaqqad Triq is-Salina ma' Triq Burmarrad - xogħlijiet
Question
Billi sqaq il-Kustinjuż, limiti tan-Naxxar, triq li tgħaqqad Triq is-Salina, ma' Triq Burmarrad tinsab fi stat tal-biki, jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jassigura li din l-istess triq tingħata wiċċ bit-tarmak, iktar u iktar minħabba li din l-istess triq tista' sservi ta' passaġġ għall-karozzi li jkunu sejrin f'direzzjonijiet opposti, b'mod partikulari lejn il-Magħtab?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Għajn Tuffieħa — Triq li tieħu mix-Xemxija - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-parti tat-Triq li tieħu mix-Xemxija lejn Għajn Tuffieħa, ftit qabel l-inħawi fejn qabel kien hemm il-kumpless tal-Ballut Blocks, liema nħawi jegħrqu kull meta tagħmel ftit xita, b'tali mod li ma jkunx possibli li minnhom jgħaddi t-traffiku, tiġi rranġata? Billi jidher li fl-inħawi se jsiru xi xogħlijet marbutin mal-konferenza tal-Commonwealth f'Malta, jista' jassigura li x-xogħol neċessarju jsir qabel dak iż-żmien?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħliiet biex titranġa l-problema tal-għargħar bdew u għandhom jitlestew sa nofs Novembru. Ix-Xogħol jinkludi bini ta’ storm water culverts u xogħlijiet ta’ asfaltar.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta’ foot bridge fuq il-bypass tal-Imrieħel? Kemm daħlu tweġibiet għas-sejħa ta’ interess li nħarġet għall-proġett bi sbuħija mal-privat? Meta mistenni li jkun lest dan il-foot bridge?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ dan il-proġett bħalissa qegħdin fit-tieni stadju ta' Competitive Dialogue Procedure. Hemm żewġ offerenti għal din is-sejħa. Il-perjodu ta' kostruzzjoni se jkun wiehed mit-temi li se jkunu trattati mal-bidders fil-ġimgħat li ġejjin bħala parti mill-istess proċess imsemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew skrappjati karozzi sena b’sena b’rispons għall-iskema ta’ skrappjar tal-karozzi minn meta tnediet l-ewwel darba fil-Leġiżlatura li għaddiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ vetturi skrappjati sal-aħħar ta’ Settembru 2015 b’rispons għall-iskema ta’ skrappjar minn meta tnediet l-ewwel darba fil-leġislatura li għaddiet, huwa hekk kif ġej:
Sena Numru ta’ Vetturi
2011 2653
2012 2544
2013 502
2014 630
2015 966
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16362, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bus stop indikata fil-Fgura hiex se tiġi estiża?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn investigazzjoni li saret fuq il-post jirriżulta illi m’hemmx spazju biżżejjed sabiex dan il-bus shelter jitkabbar.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fuq il-Kappara Junction? Kemm hu mistenni li jdum? Hemm pjanijiet għal rotot alternattivi? Saru konsultazzjoni mar-residenti u l-kunsilli lokali se jkunu affetwati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fil-junction tal-Kappara għandhom jibdew matul il-bidu tas-sena d-dieħla. Ir-rotot li minnhom se jkun qed jgħaddi t-traffiku ġew identifikati u Transport Malta se tibda xogħlijiet ta' upgrading u manutenzjoni fuq dawn ir-rotot qabel ma jibdew ix-xogħlijiet attwali fuq il-junction.
Transport Malta kienet żammet laqgħa ta’ konsultazzjoni fl-iskola tal-Gżira partikolarment dwar dan il-proġett, liema laqgħa kienet miftuħa għall-pubbliku nkluż il-Kunsilli. Laqgħat mal-Kunsilli li se jkunu affettwati b’dan il-proġett partikolarment il-Kunsilli tal-Gżira u ta’ San Ġwann se jkunu miżmuma eżatt qabel ma jibdew il-proġett u anke tul il-proġett, skont il-ħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imwaħħla cameras tas-sigurtà f’żoni li jintrema ammont ta’ skart illegali fihom? Liema huma dawn iż-żoni? Hemm xi ħsieb li dawn iż-żoni jiżdiedu? Hemm xi ħsieb li dan is-servizz jiġi estiż għal żoni li huma fir-responsabbiltà tal- kunsilli lokali, partikolarment dawk li huma żoni turistiċi, sabiex titnaqqas il-pjaga ta’ ħruġ ta’ skart mhux fil-ħin propizju? Jikkonferma l-Ministru li dan is-servizz ġdid qed iħalli riżultati sodisfaċenti rigward rimi tal-iskart?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sa issa ġew imwaħħla 4 cameras tas-sigurta’. Dawn il-cameras tas-sigurta’ jistgħu jinqalgħu u jerġgħu jitwaħħlu f’diversi postijiet oħra.
Dawn twaħħlu:
1. Manoel Island
2. Kalkara – Wied Għammieq
3. Żejtun – Triq il-Hotba
4. Żabbar – Il-Foss
Nista’ ngħid li hemm il-ħsieb li dawn il-faċilitajiet jiġu estiżi għall-lokalitajiet oħrajn. Diġa’ qed isir kuntatt ma’ diversi Kunsilli Lokali sabiex huma stess jidentifikaw żoni li għadhu jsir abbuż fihom. Wara li tinġabar din l-informazzjoni ser inkunu qed nevalwaw l-ispiża u tittieħed deċiżjoni fejn nistgħu nestendu dan is-servizz.
Nikkonferma li dawn il-CCTV cameras ħallew riżultat mixtieq għaliex prattikament l-iskart li kien jiġi mormi fiż-żoni imsemmija hawn fuq, waqaf għal kollox.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi qed jittieħdu sabiex ikollna iktar indafa fit-toroq arterjali u fuq il-bajjiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2104 u 2015, il-ħidma u l-inizjattivi sabiex jiżdiedu l-livelli ta’ ndafa ma waqfux.
Fir-rigward ta’ tindif ta’ toroq arterjali żdiedu konsiderevolment l-ammont ta’ frekwenzi ta’ tindif minn darba kuljum għal darbtejn u f’xi żoni anke 3 darbiet. Sar investiment f’dak li jirrigwarda makkinarju sabiex il-haddiema jkollhom għodda neċesarja sabiex jaħdmu. Żdiedu l-frekwenzi ta’ tindif fiż-żoni turistiċi u dan sar addizzjonali ma’ dak li jsir mill-Kunsilli Lokali.
Hemm il-ħsieb li fil-ġimgħat li ġejjin jiġu ntrodotti sistemi ta’ ħinijiet ġodda għall-ħaddiema sabiex jsir tindif addizzjonali anke fi tmiem il-ġimgħa. Fil-jiem li ġejjin mistenni li jsiru laqgħat għall-imgħallmin kollha f’dan is-settur sabiex jiġi spjegat aħjar l-operat tax-xogħol mistenni mill-ħaddiema, permezz ta’ dawn l-inizjattivi ġodda.
Ser inkunu qed nintroduċu metodi ġodda fl-operat sabiex ikollna pajjiż iktar nadif. Qed issir ħidma konġunta ma’ diversi Kunsilli Lokali f’dan ir-rigward.
Fir-rigward ta’ tindif tal-bajjiet ġie introdott ‘shift’ fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiz, sabiex tiżdied il-preżenza tal-ħaddiema fuq l-iktar bajjiet popolari. Sar investiment f’diversi kontenituri tal-iskart u dan sabiex il-pubbliku jkollu iktar faċilitajiet fejn jiddisponi mill-iskart tieghu. Ninsabu fl-aħħar fażi f’dak li jirrigwarda tibdil ta’ slielem ġodda fuq il-bajjiet tagħna. Ma dan ukoll sar investiment f’makkinarju apposta li ser inkunu qed naraw r-riżultat tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin.