Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġorg

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru arranġamenti xierqa biex jingħeleb il-periklu serju li hemm, kemm għal pedestrians u għas-sewwieqa fil-junction ta' Triq il-Mitħna, Triq l-Għargħar u Triq il-Wied, jiġifieri fuq il-pont tan-naħa ta' San Ġorġ? Jista' jgħid hux ppjanat li jsiru traffic lights jew le? Jekk iva, meta? Jekk le, x'inhuma l-pjani ta' alternattiva xierqa għal din il-problema serja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-sitwazzjoni tat-traffiku fil-lokal diġa tqajmet f'okkażżjoni oħra mill-Kunsill Lokali. Jidher iżda li ħafna mit-traffiku qed jgħaddi minn din it-triq minħabba xogħolijiet oħra f'Ħal Qormi, u għalhekk ikun aktar il-każ li wieħed jistenna li dan it-traffiku jerġa jmur għar-rotot normali tiegħu qabel ma jittieħdu deċiżżjonijiet dwar Traffic Management fil-lokal.

Qormi — Parking

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra konċessjoni lir-residenti ta' Triq l-Għargħar, Ħal Qormi, li f'temp adattat, jipparkjaw il-karozzi tagħhom fil-parti tal-wied li hija dead end u li dan l-aħħar ġiet magħluqa għall-karozzi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ser jieħu l-passi neċessarji billi japprova t-tneħħija ta' No Entry Signs fi Triq l-Għargħar biex ir-residenti tal-lokal ikunu jistgħu jipparkjaw il-karozzi tagħhom f'din it-triq.

Ċirkewwa — Moll

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq ix-xogħlijiet tal-proġett tal-moll taċ-Ċirkewwa? Min qed jikri l-mobile unit li hemm fuq il-proġett u jekk huwa d-dipartiment tal-gvern, kemm jitħallas kuljum għal dan il-unit?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntrattur li qed jaħdem fuq il-phase 1A tal-proġett taċ-Cirkewwa huwa Polidano Bros Ltd. Il-mobile units kollha li hemm fuq il-lant tax-xogħol huma propjeta` ta` l-istess kuntrattur, jiġifieri Polidano Bros Ltd.

Ħal Qormi — Trasport Pubbliku

Question

Jaf l-Ministru kemm is-servizz tat-trasport pubbliku fl-area magħrufa bħala ta' Farsina f'Ħal Qormi u l-madwar, huma ineffiċjenti u inadekwati għal ħtiġijiet tal-komunita' li tgħix hemm hekk? Jaf li anke kieku l-arrangamenti li jeżistu llum kienu qed jinżammu li m'humiex (per eżempju suppost tgħaddi karozza tal-linja kull siegħa u din mhux dejjem tgħaddi mill-akwata), dan l-arranġamenti m'humiex jilħqu l-bżonnijiet tan-nies? Għaldaqstant jista' jgħid x'qiegħed isir biex isiru arranġamenti addattati biex dan is-servizz essenzjali f'din l-area fl-aħħar jaqdi bis-serjeta' l-esiġenzi u l-bżonnijiet reali tal-familji f'din l-area?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kienet talba tal-Kunsill Lokali li wasslet lill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku sabiex titrasferixxi l-venda tar-rotta 91 (San Ġorġ) għall-lokalita` magħrufa ta` Farsina fl-1995. Għal din il-bidla saru oġġezzjonijiet l-ewwel mir-residenti ta` madwar il-knisja ta` San Ġorġ imbagħad minn dawk ta` Farsina viċin ta` fejn ġiet trasferita l-venda. Kien għalhekk li l-istess Kunsill fl-1996 talab li jsiru l-arranġamenti preżenti biex il-venda terġa` tmur ħdejn il-Knisja ta` San Ġorġ. Sadanittant biex jinqdew ir-residenti ta` Farsina saru arranġamenti biex ix-xarabanks li jkunu ġejjin mill-Belt jgħaddu minn ta` Farsina.

Marsa — Triq is-Sajjied - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta' asfalt u rranġar ta' Triq is-Sajjieda, Marsa? Min ser jagħmel ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għadu kif ta kuntratt għal bini ta' culvert u asfaltar biex tkun riżolta l-problema eżistenti ta' għargħar li tinħoloq waqt ix-xita f'din it-triq.

Pembroke — Triq William Harding

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba li saret mill-kunsill lokali ta' Pembroke fl-20 ta' Ġunju 2000 lit-Traffic Control Board għal twaħħil ta' No U-Turns fi Triq William Harding, Pembroke?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li 'l Bord għal Kontroll tat-Traffiku approva t-twaħħil ta' No U Turn Signs imsemmija mill-Onor. Interpellant fil-11 ta' Lulju, 2000. Dawn fil-fatt twaħħlu, iżda ġew vandaliżżati u ma reġgħux ġew imqegħda mill-Kunsill Lokali.

Xemxija Bypass — Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid minħabba liema ċirkostanza ġiet sfrundata parti mill-bypass li minn San Pawl tagħti għax-Xemixija? Jista' jgħid min kien responsabbli ta' din il-ħsara? Jista' jgħid x'passi ttieħdu kontra min għamel din il-ħsara u jekk intalabx iħallas l-ispiża li hemm bżonn biex din tiġi rranġata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant Għal risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 14926.

Qormi — Triq il-Ħelsien

Question

Jista' l-Ministru jara li ż-żewġ zebra crossings li dan l-aħħar saru fi Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi jsirilhom d-dawl u jiġu mmarkati aħjar għaliex kif inhuma illum m'humiex jilħqu l-għan tagħhom, minħabba li ħafna sewwieqa ma jindunawx li ġew fuq zebra crossings u għalhekk min jaqsam minn fuqhom mhux sigur biżżejjed, speċjalment fid-dlam? Jista' jara li din il-faċilita' (zebra crossing jew xi facilita' oħra) tiġi estiza għal parti ta' fuq ta' Triq il-Ħelsien u għal parti t-isfel ta' l-istess area, magħrufa bħala Triq il-Ħammieri?

Response (GALEA, ĊENSU)

Dwar l-ewwel parti tad-domanda, għaddejt it-talba lil Bord għall- Kontroll tat-Traffiku. Dwar il-kumplament, jien infurmat li l-punti mqajjma ġew riferiti lill-Kunsill Lokali.

Qormi — Embellishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx pjanijiet biex isir xi xogħol ta' embellishment fl-area ta' qrib il-blokki ta' l-appartamenti fi Triq id-Deheb Fin, f'Ħal Qormi, bħal per eżempju bankijiet eċċ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li xogħol ta` embellishment isir mill-Kunsill Lokali, l-Onor. Interpellanta hi mitluba tirreferi l-mistoqsija tagħha lil-Ministru kkonċernat.

Wied il-Għajn — Triq Hurd's Bank

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 23449, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jingħataw it-tarmac ġewwa Marsaskala, u dan wara ftehim li ġie milħuq ma' l-istess kunsill lokali ta' Marsaskala?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-lista tat-toroq kif fil-preżent mifthiema mal-kunsill lokali hija skond l-iskeda anessa. 1 Car Park and P/O Promenade St. Thomas bay Marsascala 2 Triq Għaxqet il-Għajn - M'Skala 3 Triq Gidwet - M'Skala 4 Triq Munxar - M'Skala 5 Triq Maħsel - M'Skala 6 Triq P.Wistin Borne - M'Skala 7 Triq Mriekeb - M'Skala 8 P/O Triq Vajrita - M'Skala 9 Triq Qawwara - M'Skala 10 Triq is-Sibbien - M'Skala

Wied il-Għajn — Triq Hurd's Bank

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 23449, jista' l-Ministru jgħid meta se tibda t-tieni fażi tal-programm imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent qed isiru preparamenti biex isir l-asfaltar ta` toroq fl-ewwel fażi. Ix-xogħol fit-tieni fażi isir aktar 'l quddiem.

Internet — Registered Users

Question

Jista' l-Ministru jgħid mir-registered users ta' l-internet kemm minnhom huma: a) individwi? b) kumpaniji? Teżisti statistika jew riċerka dwar l-age profiles ta' l-individwi li huma registered users? Jeżistu xi projections dwar ir-rata ta' tkabbir tan-numru ta' registered users imbassra għall-perjodu 2001-3?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sal-lum m'hemmx distinzjoni fil-ġabra ta' l-istatistika dwar min juża l-internet, jekk hux individwi jew kumpaniji. Dwar in-numru totali ta' users nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari 22502.
Leg 9 PQ #23586 Sitting 495 2001-02-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Kalkara — Triq Anton Falzon

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fi Triq Anton Falzon, Kalkara, hemmx tender biex din it-triq tinfetah u tiġi rranġata bil-first phase?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għad m'hemmx tender biex din it-triq tinfetaħ peress li l-ammont ta' żvilupp għadu lura u għad hemm ħafna bini għaddej.
Leg 9 PQ #23588 Sitting 495 2001-02-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

PTA — Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jara li tiżdied ir-rotta tal-karozzi tal-linja fil-Kalkara, peress li r-residenti li joqogħdu viċin l-industrial estate tar-Rinella fir-Ricasoli jkollhom jiefqu fl-aħħar stage, jiġifieri ħdejn il-knisja tal-Kapuċċini Kalkara?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan is-servizz jingħata bħala parti mill-iskeda. Fuq talba tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara qiegħed jiġi diskuss suġġeriment biex minkejja li r-Rinella Park għalaq, mhux biss jibqa` jingħata s-servizz preżenti, iżda dan jiġi estiż għal aktar ħinijiet matul il-ġimgħa kollha.

Żurrieq — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga x-xogħol ta' kostruzzjoni ta' toroq li qiegħed isir fi Triq P.P. Pullicino u Triq Napuljun fiż-Żurrieq u cioe' fil-parti li tkkonfina ma' Triq l-Għadir fiż-Żurrieq u dan sabiex jittieħdu l-passi opportuni ħalli l-abitanti ta' Triq il-Għadir ma jisfawx merqa bl-ilma li jaqa' minn fuq il-Qrendi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x'hemm bżonn isir.

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummisjonati rapporti mad-dekasteru tiegħu marbuta mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea minn Ottubru 1998 sallum? Jista' jgħid wkoll fuq liema suġġett kienu, min għamel dan ir-rapport u kemm tħallas ta' dan ir-rapport? Jista' ġentilment ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ġew ikkumissjonati erba' rapporti marbuta mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Dawn huma: 1. Impact assessment on the EU Acquis Communautaire on the Local Ports - Eurpean Law Centre - Lm6,900 2. Impact assessment on the adoption of the Acquis with regards to Passenger Transport Operations - Access Euro Consulting - Lm6,670 3. Impact assessment on the adoption of the Acquis with regards to Road Haulage Operations - Access Euro Consulting - Lm15,525 4. Impact Assessment on the adoption of the EU Acquis Communautaire with regards to Ship Registration - Micallef Advocates - Lm12,478 Dwar l-ewwel tliet rapporti, jien infurmat li dawn ntbagħtu lill-MEUSAC. Ta' min ifakkar li l-Oppożizzjoni Laburista tista' jkollha l-informazzjoni meħtieġa kieku tieħu l-opportunita li għandha li tkun rappreżentata fuq il-MEUSAC. Dwar ir-raba' rapport, jien infurmat li dan għadu qed jiġi evalwat.

Swieqi — Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex is-Swieqi jkollu aċċess differenti milli għandu bħalissa u mnejn tidħol il-karozza tal-linja għax bħalissa żgur mhux adekwat minħabba l-volum tat-traffiku u d-djuqija tat-toroq involuti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa m'hemmx ħsieb li jsiru tibdiliet fir-rotta preżenti. Pero', jien ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ser tara hemmx bżonn isir xi ħaġa f'dan ir-rigward.

Swieqi — Twaħħil ta' Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fuq it-twaħħil ta' traffic lights f'salib it-toroq fejn is-Swieqi jmiss ma' Paceville minħabba l-kumplikazzjonijiet u l-periklu li qed jinħalaq bi traffiku ġej u sejjer f'direzzjonijiet differenti minn arterji ewlenin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għad-dħul ta' Paceville, matul it-triq Reġjonali, qed isiru l-preparazzjonijiet neċessarji biex id-daħla tinbidel minn kif inhi.

Wied il-Għajn — Triq l-Artillieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq l-Artillieri ġewwa M'Scala ser tingħata t-tarmac minħabba l-istat li tinsab fih?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 23449. Jien infurmat li bħal toroq oħra fil-lokal l-asfaltar ta' din it-triq qiegħed fit-tieni fażi tal-programm.

PTA — Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun hemm titjib fis-servizz tat-trasport pubbliku ġewwa Marsascala, b'mod speċjali fiz-zona magħrufa bħala z-Zonqor? Jista' jgħid ukoll x'servizz qed jingħata fl-istess zona?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li saru taħdidiet bejn il-partijiet konċernati sabiex is-servizz preżenti, li huwa ta` sitt vjaġġi kuljum (li huma 07:30, 08:30, 12:10, 15:10, 17:30, 20:10 mit-Tnejn sal-Ġimgħa) waqt li s-Sibt u l-Ħadd u festi pubbliċi jsiru ħames vjaġġi (li huma 07:15, 08:30, 12:10, 15:10, 17:30), jiġi mtejjeb. Fil-fatt fiż-żmien qasir għandha toħroġ stqarrija uffiċjali fejn ser titħabbar skeda ġdida u minn informazzjoni li għandi s-servizz ser ikun ta` kull siegħa.