Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appuntamenti mad-Dipartiment tad-Dentistrija għall-Jannar, Frar u Marzu 2017 minħabba li tul Novembru u Diċembru 2016 dawn tħassru jew ġew posposti? Jista' jgħid ukoll għalfejn tħassru dawn l-appuntamenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi appuntamenti mad-dipartiment tad-dentistrija li tul Novembru u Diċembru ġew posposti se jsiru mill-aktar fis possibbli kemm fl-isptar Mater Dei u kif ukoll fi kliniċi dentali privati li aċċettaw li jagħmlu xogħol fil-privat bi ħlas mill-Gvern.Tajjeb li ngħid illi kuljum ikun hemm mat-80 pazjent li jżur l-Emerġenza minħabba problemi dentali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dentisti li aċċettaw li jagħmlu xogħol fil-privat bi ħlas mill-Gvern? Jista jagħti r-rata ta' ħlas għal dawn l-istess servizzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 4 dentisti li aċċettaw li jagħmlu xogħol fil-privat bi ħlas mill-Gvern u dawn qed jitħallsu b’rata ta’ €25 għal kull dental restoration. Ninformaha ukoll li ħarġet sejħa oħra għal-dentisti fi kliniċi privati sabiex ikunu jistaw joffru servizzi oħrajn bħal checkups għall-pazjenti tagħna bi ħlas mill-gvern. Din is-sejħa għalqet nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn pazjenti li jużaw il-Brinzolamide drops (li huwa taqtir tal-għajnejn għal min għandu l-Glaucoma) qed jingħataw b’razzjon kull 20 ġurnata minflok jingħataw 3 stoċċijiet għal 56 ġurnata skont kif jinħarġu mill-POYC?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Brinzolamide beda’ jingħata bħala qtar alternattiv għal perjodu ta’ prova wara li rċevejna xi lmenti mill-pazjenti stess dwar il-qtar li kien qed jintuża qabel. Matul dan il-perjodu ta’ prova għal-pazjenti ġie ordnat stock urġenti u limitat ta’ qtar alternattiv-Brinzolamide, li kien skont id-doża preskritta mill-konsulent fuq bażi ta' named patient basis għall-moniteraġġ kliniku.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29024, jista' l-Ministru jara li t-test tad-demm li jikkonċerna l-Warfarin jibda jingħata fil-Berġa tas-Siġġiewi biex jiġi evitat l-iskariġġ għall-pazjenti, speċjalment dawk anzjani?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-testijiet tal-INR għal-pazjenti li jieħdu l-warfarina jsiru fit-8 ċentri tas-Saħħa ġewwa Malta kif ukoll fl-isptar Ġenerali t’Għawdex. Din is-sistema l-gdida u iktar efficjenti fejn il-pazjent b’semplici tingiza ikun jaf dak il-hin ir-rizultat u jinghata d-doza addata ghalih , bdiet minn din il-legizlatura ezattament minn April tal-2014.
Sptarijiet Pubbliċi – interventi ta’ IVF / ICSI/ PESA / TESA / IVU
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti għamlu l-intervent tal-IVF / ICSI / PESA / TESA / IVU fl-isptarijiet pubbliċi minn meta bdew isiru dawn l-interventi, sal-lum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta beda jingħata s-servizz tal-IVF/ICSI ġewwa Sptar Mater Dei saru 386 intervent li minnhom ibbenefikaw 278 koppja, għaliex kien hemm koppji li għamlu iktar minn intervent wieħed.
Kien hemm ukoll 17-il intervent ta’ TESA/PESA fuq pazjenti irġiel.
Sptar Mater Dei u Sptar Ġenerali t’Għawdex — sodod
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija kkalkulata li swiet kull sodda fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex (separatament) kull sena fl-aħħar sitt snin? X’tinkludi din l-ispiża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-medja ta’ kemm swiet kull sodda kull lejl mill-2012 sal-2015 fl-Isptar Mater Dei kienet €874.40.
Jista’ l-Ministru jgħid kif titħallas l-ispiża għas-saħħa? Jista’ jispjega jekk hemmx persentaġġi mill-VAT, mill-NI u mit-taxxi li jmorru direttament għall-ispiża tas-saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża tas-saħħa titħallas mill-budget hekk kif approvat fil-Parlament. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nitolbu biex jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija s-somma totali – kollox inkluż (laboratorju, impjegati, speċjalisti, maintenance, apparat, dawl, work-up, stationery, kmamar tal-operazzjoni) li l-Gvern nefaq minn mindu bdiet topera l-ART (Assisted Reproductive Technology) Unit?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-somma totali li l-Gvern nefaq minn mindu bdiet topera l-ART iġifieri mill-2013 sal- 2016 hija ta’ €1,512,801.13.
Awtoritá għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni – miżata għall-interventi tal-IVF/ICSI
Question
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28549 u 28550, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miżata dovuta lill-Awtorità għall-Protezzjoni ta' Embrijuni għal kull intervent ta' IVF/ICSI li jsir, għolietx minn €90 għall-€130? Jaf il-Ministru li din hija taxxa ġdida fuq koppji li jiddeċiedu li jagħmlu dawn l-interventi fi sptarjiet jew kliniċi privati għax għalkemm din titħallas mill-isptar/klinika privata lill-Awtorità, iżda finalment huwa l-pazjent li jġorrha? Ma jaħsibx li dan huwa piż żejjed fuq dawn il-koppji? Jista' jieħu l-passi biex din titneħħa jew almenu terġa’ tiġi ridotta għall-€90 għal kull intervent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28549 u 28550, nerġa' nfakkru li hi l-klinika liċenzjata li tħallas għal dawn il-miżati.
Acute case u long term care case – spiża ta’ kuljum
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li acute case tqum lill-Gvern kuljum? Jista’ jgħid jekk dan jinkludix l-investigazzjonijiet u trattament kollu? Jista' jgħid kemm huwa kkalkulat li long-term care case iqum kuljum lill-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża ta' trattament ivarja skont n-natura tiegħu, bejn minimu ta' €105 għal vista fid-dipartiment tal-emerġenza sa 'l fuq minn €15,000 għal każijiet ta' operazzjonijiet kumplessi.
Sptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex — spiża
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena:
(1) għall-Isptar Mater Dei u
(2) l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-Pharmacy of Your Choice kull sena minn meta bdiet topera?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali tal-POYC minn meta bdiet topera sal-bidu ta’ Diċembru tal-2016 hija €30,403,334. Din ma tinkludix l-ispiża tal-mediċini.
Jista' l-Ministru jara li l-mediċina Warfarin tibda tingħata fil-Berġa tas-Saħħa tas-Siġġiewi sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent għall-anzjani b'mobilità limitata u li bħalissa jkollhom imorru f'lokalità oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull mediċina oħra, il-warfarina tista' tkun dispensata biss minn spiżeriji liċenzjati u allura mhux mill-Bereġ tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuwa n-numru totali tal-impjegati fil-qasam tas-saħħa f’Malta u f’Għawdex? Kemm minn dawn huma professjonisti mediċi u x’inhuma t-tipi ta’ professjonijiet? Kemm minnhom huma klerikali, kemm inġiniera u kemm ħaddiema f’oqsma oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru totali ta’ mpjegati fil-qasam tas-saħħa huwa ta’ 7,378 li 5,751 minnhom huma professjonisti.
Sptar Mater Dei, Sptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – budget totali għall-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuwa l-budget totali (għal kull sptar individwali ) għall-ħaddiema kollha f' kull wieħed minn dawn l-isptarijiet:
(1) Sptar Mater Dei,
(2) Sptar Karen Grech u
(3) l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għal liema sena qed jirreferi.
Sptar Mater Dei, Sptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – budget
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ser ikun il-budget rikorrenti tas-saħħa fis-sena 2017 għal kull wieħed minn dawn l-isptarijiet:
(1) Sptar Mater Dei,
(2) Sptar Karen Grech u
(3) l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Kemm huwa stmat li se jkun l-istess budget rikorrenti fl-istess sptarijiet sal-aħħar tas-sena kurrenti 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għas-sena 2017 t-total tal-budget rikorrenti tad-dipartiment tas-Saħħa tat-3 sptarijiet msemmija huwa ta’ Ewro 278,486,000 waqt illi fl-2012 s-somma totali kienet Ewro170,730,900. Dawn ma jinkludux l-ispiża tal-mediċini u consumables oħra li jidhru taħt line item separat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fuq il-waiting lists għall-operazzjonijiet kemm f’Malta kif ukoll f' Għawdex? Kemm minn dawn huma għall-operazzjonijiet maġġuri, kemm huma għall-operazzjonijiet intermediate, u kemm għall-operazzjonijiet minuri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Mater Dei f'Ottubru tal-2016 hemm madwar 14,000 pazjent jistenna biex issirlu xi operazzjoni, b'9,000 minnhom jistennew anqas minn sena, filwaqt li nfakkar illi f’Ottubru tal-2012 kien hemm madwar 23,000 pazjent.
Vitals Global Healthcare — amministrazzjoni u r-responsabilità tal-isptarijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta Vitals Global Healthcare ħadu l-amministrazzjoni, ir-responsabilità u l-immanniġġjar ta’ Karen Grech, Sptar San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Minn meta ħaduhom f' idejhom, x’ammont ta’ flus ġew mgħoddija mill-Gvern lill-Vitals Global Healthcare u meta tħallsu dawn l-ammonti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratti bejn il-gvern u VGH ġew effettivi fid-19 ta’ Mejju 2016, u huma soġġetti għal perjodu ta’ transizzjoni gradwali. Sal lum l-gvern għadda total ta’ Ewro11,000,000 lil VGH. Dawn ikopru l-ispejjeż rikorrenti tal-isptarijiet San Luqa, Karen Grech u l-isptar Ġenerali t’Għawdex.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ charges li l-Gvern iżomm lill-pazjenti li huma minn barra l-UE, u mhux intitolati għal kura b’xejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel referenza għal-Avviż Legali 407 tal-2007.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda tal-HIV fl-2015 u fl-2016 sakemm inżammu records? Bħalissa kemm hemm każijiet ta’ persuni f’Malta li qegħdin jieħdu kura għall-HIV? Jista’ jgħid in-nazzjonalità ta’ dawk li bħalissa qed jieħdu l-kura u l-gender state ta’ kull persuna? Jista’ jgħid jekk huwiex magħruf jekk u kemm hawn nies f’Malta jew f’Għawdex li huma reġistrati li huma HIV positive u ma jieħdux kura? Kemm hawn nies li attwalment għandhom full blown l-AIDS?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2015 kien hemm 61 każ ġdid tal-HIV filwaqt li minn Jannar sa l-aħħar t’ Ottubru tal-2016, ġew irrappurtati 58 każ ġdid tal-HIV. B’kollox ġewwa Malta u Għawdex hawn madwar 400 persuna rreġistrata li hija HIV positive. Fl-aħħar 5 snin, sal-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena kien hawn 15 il-każ ta’ AIDS.