Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li ħarġu mill-ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu individwi li ħarġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom ma reġgħux spiċċaw ġewwa? Kemm minnhom sabu xogħol u ma’ min ġew impjegati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 3,044 individwi li ħarġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn 1, 871 minnhom ma reġgħux daħlu ġewwa l-istess Faċilità. Dwar l-aħħar domanda, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema entitajiet ġew trasferiti ħaddiema ġodda lejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili minn Jannar sa April 2014? X'inhu x-xogħol li huma ser jagħmlu? Kif oriġinat it-talba għal tali trasferimenti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlett persuni ġew trasferiti lejn il-Protezzjoni Ċivli bejn Jannar 2014 u April 2014, fuq talba tagħhom stess: · Persuna ġiet trasferita mill-Korp tal-Pulizija u taħdem fl-istazzjonijiet tad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili · Peruna ġiet trasferita mid-dipartiment taċ-Ċentri ta-Detenzjoni u taħdem fl-istazzjonijiet tad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili · Persuna li ġiet trasferita mill-Housing Authority u taħdem xogħol klerikali fi ħdan id-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Forzi Armati — Revizjoni tal-Istanding Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MEU intalbitx tagħmel reviżjoni jew emendi għall-Istanding Orders tal-Forzi Armati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu jkun infurmat li l-MEU (Management Efficiency Unit) ma ntalbitx tagħmel reviżjoni jew emendi għall-Istanding Orders tal-Forzi Armati.

Aġenzija Identità Malta – linji gwida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Identità Malta ħarġitx il-linji gwida li huma msemmija fil-klawsola 11 tal-Avviż Legali 47 tal-2014 fejn hemm miktub kif ġej: “Identity Malta shall, from time to time, issue procedural guidelines to specify the operational aspects and interpretations under these regulations.”?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva l-Aġenzija Identità Malta ħarġet il-linji gwida li huma msemmija fil-klawsola 11 tal-Avviż Legali 47 tal-2014.

Aġenzija Identità Malta — avviżi

Question

Jista' l-Ministru jindika l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern li ħarġet l-Aġenzija Identità Malta skont kif inhu provdut fl-artiklu 4(e) tal-Avviż Legali 47 tal-2014: "tintrabat li tinvesti, fost oħrajn, f'dawk l-istocks, bonds, debenturesspecial purpose vehicles jew li tagħmel investiment oħra kif Identità Malta tipprovdi minn żmien għal żmien b'avviż fil-Gazzetta"?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onor. interpellant li l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern li ħarġet l-Aġenzija Identità Malta skont kif inhu provdut fl-artiklu 4(e) tal-Avviż Legali 47 tal-2014: "tintrabat li tinvesti, fost oħrajn, f'dawk l-istocks, bonds, debenturesspecial purpose vehicles jew li tagħmel investiment oħra kif Identità Malta tipprovdi minn żmien għal żmien b'avviż fil-Gazzetta" jinsab fil-pubblikazzjoni ta’ 8 ta Lulju 2014, numru 651.

Civil Protection u Korp tal-Pulizija — xiri ta' klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar xhur inxtrawx klieb għas-Civil Protection jew għall-Korp tal-Pulizija? Jekk iva, kemm inxtraw, xi prezz tħallas minn min u meta nxtraw?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar li nxtraw klieb għal u¿u fit-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija kien is-sena l-oħra. Wieħed inxtara fid 9 ta’ Mejju 2013 għal ammont ta’ € 1, 200. Is-seba l-oħra inxtraw għal ammont ta € 4, 800 fit 18 ta’ Settembru 2013. Kollha kienu tat-tip German Shepherd u fiż-żewġ okkażżjonijiet il-klieb tħallsu minn fondi tal-HSBC, in visa tal ftehim ta’ sponsorhsip li għadhom mal-Pulizija. F’Lulju 2014, inxtraw ukoll sitt iklieb tar-razza German Shepherd għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fejn swew € 2, 400 il-wieħed. Dawn tħallsu mid-dipartiment stess.

Korp tal-Pulizija — muturi second hand

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar xhur fil-Korp tal-Pulizija xtarax muturi (motorcycles) second hand? Jekk iv, mingħand min, jekk hux b'direct order u kemm hu l-prezz?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Ineterpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar minħabba li kien hemm bidla fil-Kummissarju u dan ix-xiri sar minn l-ex Kummisarju.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – trasferiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn għadu kemm ġie trasferit l-istation manager tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili f'Għawdex?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-trasferiment ma setax ikun possibli għax ma jeżisti l-ebda Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili f’Għawdex.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – trasferiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn għadu kemm ġie trasferit l-istation manager tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili lejn id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien l-uffiċjal stess li talab li jiġi trasferit.

Persuni barranin jgħixu f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hawn barranin jgħixu hawn Malta, lokalità b'lokalità, u għall kull lokalità, minn liema pajjiż huma dawn il-barranin inkluż l-ammont għal kull pajjiż f'dik il-lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

PBS – trasmissjonijiet tal-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew lill-PBS it-trasmissjonijiet tal-logħbiet kollha mxandra tal-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saru fil-Brazil ftit tal-jiem ilu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Niforma lill-Onor. Interpellant li l-PBS tinnegozja ftehim dwar it-trasmissjonijiet tal-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja ma’ l-EBU (European Broadcasting Union). L-EBU tagħmel offerta globali li tinkludi l-offerti kollha tal-membri tagħha. Tifhem għalhekk li l-informazzjoni mitluba tirrigwarda l-interessi ta' terzi u għaldaqstant hija kunfidenzjali. Importanti li l-Onor. Interpellant jifhem ukoll li l-PBS mhux se tieħu fondi pubbliċi għal dan l-avveniment. Madanakollu l-PBS mhux talli offriet servizz mill-aqwa lill-pubbliku Malti kollu iżda ukoll wara li wieħed jaqta l-ispejjeż kollha, irnexxielha tiġġerera profitt sostanzjali.

PBS – ħlas lill-media houses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' flus li l-PBS għandha tħallas lill-media houses lokali? Jista' jelenka liema huma dawn il-kumpaniji bl-ammonti dovuti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-PBS topera bħala kumpanija u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.

Għases — spetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm-il spettur hemm addett fl-Għassa tal-Ħamrun u fl-Għassa tal-Malta International Airport?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ spetturi l-Għassa tal-Ħamrun u żewġ spetturi oħra l-Għassa tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – postijiet vakanti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4708, jista’ l-Ministru jgħid kif u meta hu maħsub li jindirizza dawn il-172 post vakanti fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-172 post vakanti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, li ta’ min wieħed jinnota li tħallew vakanti mill-amministrazzjoni preċedenti, ġew indirizzati hekk: 1 – Psikologu Anzjan – intgħażlet il-persuna, ir-riżultat intbgħat il-PSC 4 – Psikoloġi – Qedin fil-proċess li tinħareġ sejħa għalihom 2 – Social Workers – Qedin fil-proċess li tinħareġ sejħa għalihom 165 – Uffiċjali Korrettivi – inħarġet is-sejħa biex jidħlu 60, il-process huwa fi stadju ta evalwazzjoni ta’ l-applikanti

Malta Police Association — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kellu mal-Malta Police Association minn Marzu 2013 sal-lum, apparti dik li kellu f'Mejju/Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 7102

Korp tal-Pulizija — overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa meta se jitħallsu l-arretrati ta' overtime dovuti u mwiegħda lill-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Peress li jidher anke minn risposti li kienu jingħataw fil-leġiżlatura preċedenti, l-amministrazzjoni preċedenti jidher li kienet tirritjeni li hemm raġunijiet biex dawn ma jitħallsux, għalhekk din l-amministrazzjoni qeda tifli mill-ġdid il-volumi ta’ files biex tistudja din is-sitwazzjoni.

Police Negotiating Board — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iltaqax mal-Police Negotiating Board u meta, minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li laqgħat mal-Police Negotiating Board saru tnejn waħda f’April 2014 u l-oħra f’Lulju 2014.

Forzi Armati ta’ Malta — korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-advanced staff training courses li sal-lum attendew għalih il-Brigadier, d-Deputy Commander, u kull kurunell tal-Forzi Armati ta' Malta u s-sena meta ggradwaw jew temmewh b'suċċess?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minkejja diversi applikazzjonijiet sabiex jattendu l-advanced staff training courses l-uffiċjali msemmija qatt ma ngħataw din l-opportunita’ mill-amministrazzjoni preċedenti. Minkejja li ma ngħatawx din l-opportunita’, kollha għandhom esperjenza vasta fil-militar. L-imsemmija uffiċjali attendew diversi korsijiet oħra bħal per eżempju formation courses f’Sandhurst, korsijiet fir-Royal College of Defence Studies ta’ Londra kif ukoll Staff Course mal-Ġnus Mgħaquda, fost l-oħrajn. Apparti minn dawn, l-imsemmija uffiċjali għandhom ukoll kwalifici akkademici, b’uħud minnhom jaslu sa livell ta’ Masters. Nirrimarka wkoll li l-Brigadier attwali ingħata l-ogħla unur fir-Royal Academy f’Sandhurst li hu l-Cane of Honour.

Detention services – għażla ta’ duty drivers

Question

B’referenza għall-ordni maħruġa fis-26 ta’ Marzu 2014 (serial No 15/2014) mill-Head (Operations) tad-Detention Services sabiex numru magħżula ta’ personnel jibdew jaħdmu bħala Duty Drivers f’Ħal SafiDetention Centre , jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi ġew magħżula u għaliex ma nħarġitx sejħa biex kulħadd seta’ japplika għal dawn il-posts ta’ xufiera li se jaħdmu fuq bażi ta’-shifts?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. li Interpellant dawn id-duty officers ġabu l-liċenzja tagħhom wara kors mħallas mill-Gvern fi żmien amministrazzjoni preċedenti. Peress li dawn diġa kellhom il-liċenzja meħtieġa, t-tmexxija taċ-ċentri ta’ detenzjoni ħarġet l-imsemmija ċirkolari sabiex tagħmel użu minn żewġ xufiera b’kwalifiċi differenti f’kull xift, liema kwalifiċi kif diġa għedt nkisbu taħt amministrazzjoni oħra.