Legislature:
Category:
Reset
Active:

Baċir nru. 1

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi progress sar dwar l-iżvilupp ta' dock 1? Jista' jgħid min huma l-kumpanniji li wrew l-interess f'dan l-iżvilupp? Min huma x-shareholders ta' kull waħda minnhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 16293. Il-Konsorzju tal-Cottonera Waterfront Group p.l.c. huwa magħmul minn: Vassallo Builders Group Limited Ballut Blocks Limited Blokrete Limited Hal Mann Holdings Limited Alberta Projects Limited B & C Limited Raniolo Limited Applied Economics Consulting Limited Filwaqt li l-Gruppo Romegas huwa magħmul minn: Yoo Limited of the U.K. (U.K.) Rosso Cachia Limited as a local subsidiary of the firm Franco Rosso Italia (Italy) S. N. Immobiliare Srl of Italy (Italy) Desert Rose Limited (Malta)

ADT — Char-a-bancs

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn karozzi tal-linja illum u x'eta' għandhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-numru ta' karozzi tal-linja u l-eta' tagħhom sa l-31 ta' Diċembru, 2005 huma :- Numru ta' karozzi tal-linja reġistrati Eta' 111 2 years 10 2 > 5 years 15 5 > 10 years 445 > 10 years Dawn jammontaw għal 581. Minn dan it-total 508 huma permessi maħruġa għall-Malta biex isir xogħol relatat mas-servizz tat-trasport pubbliku, l-kumplament huma permessi maħruġa għall-Għawdex biex jagħmlu kemm xogħol relatat mas-servizz tat-trasport pubbliku f'Għawdex (8) kif ukoll xogħol privat.

Vetturi bil-mutur — Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn vetturi bil-mutur jiġru fit-toroq illum mingħajr il-liċenzja mħallsa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi bil-mutur reġistrati u li sa l-aħħar ta’ Diċembru 2005 skond id-database ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ma ġeddux il-liċenzja tagħhom jammonta għal 23,156.

VRT

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il garage tilef il-liċenzja tiegħu biex jagħmel testijiet tal-VRT s'issa? Hemm xi investigazzjonijiet għaddejjin fuq garages oħra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li żewġ (2) garaxxijiet itteħditilhom il-liċenzja tal-VRT, tlett (3) garaxxijiet ġew immultati Lm5,000 kull wieħed, u bħalissa qed isiru investigazzjonijiet fuq tlett (3) garaxxijiet oħra separatament

Kalkara — Triq il-Konvoj ta' Santa Marija

Question

Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni ta' meta hemm il-ħsieb li jingħata wiċċ ġdid lil Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fil-Kalkara?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ħarġet sejħa għall-bini tat-triq imsemmija fis-27 ta' Diċembru 2005 li tagħlaq fit-13 ta' Jannar 2006.

VRT

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il vettura saru testijiet fuqhom għall-VRT fl-aħħar tliet snin u kemm fallew dan it-test?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-ammont ta’ vetturi li saru testijiet fuqhom għall-VRT u l-ammont ta’ vetturi li fallew dan it-test f’dawn l’aħħar tliet snin kienu : Sena Vetturi Testjati Vetturi li fallew l-Ewwel Test Vetturi li fallew it-Tieni Test ( Retest ) 2002 101,235 6,529 5 2003 97,176 5,550 1 2004 106,100 12,534 38 2005 (sa l-aħħar ta’ Novembru) 110,861 15,102 40

Baċir Nru 1

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-iżviluppi fir-rigward ta' l-iżvilupp ta' baċir numru wieħed u l-madwar fil-Kottonera?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess issa daħal fil-fażi ta' djalogu maż-żewġ konsorzji li ġew short-listed li matulu l-istess konsorzja jingħataw id-dokumeni finali biex ikunu jistgħu jissottomettu l-proposti tagħhom.

Siġġiewi — Triq it-Tank

Question

B'riferenza għall-petizzjoni li qed tintbagħat separatament, jista' il-Ministru jitlob lill-awtorita dwar it-trasport tinvestiga l-problemi ta' flooding ta' numru ta' garaxxijiet li jinsabu fi Triq it-Tank, is-Siġġiewi minħabba li t-triq li suppost tieħu l-ilma li qed jgħerreq dawn il-garaxxijiet għadha mhijiex lesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-triq msemmija mill-Onorevoli Interpellant ġiet spezzjonata minħabba li kienu saru rapporti minħabba problema ta' flooding li qed tinħoloq bl-ilma tax-xita. Din it-triq għadha mhux lesta minħabba li t-triq għadha mhux żviluppata skond l-iskema.Wara li saret din l-ispezzjoni saret talba lill-MEPA biex tinħadem survey ta' din l-area sabiex tkun tista' tiġi ppjanata culvert għall-ilma tax-xita biex tonqos il-problema ta' flooding sakemm titlesta t-triq.

Raħal Ġdid — Triq Sir Paul Boffa

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jara li mill-iktar fis tiġi asfaltata jew b'xi mod ieħor irranġata Triq Sir Paul Boffa f'Raħal Ġdid, speċjalment il-biċċa ta' quddiem u biswit il-pompa tal-petrol li hemm f'din it-triq arterjali, peress li l-ħofor li qed jirriżultaw, speċjalment dan l-aħħar meta komplew jikbru, qed ikunu ta' dannu u/jew periklu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport ħarġet numru ta' tenders ta' patching f'toroq arterjali u distributorji. Permezz ta' dawn it-tenders ser issir tiswijja u asfaltar ġdid skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi ġodda matul l-2005 u l-informazzjoni tinqasam skond it-tip ta' vettura?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Fit-tabella jidher it-total ta’ vetturi li ġew reġistrati mill-1 ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Novembru 2005, skond it-tip tagħhom.

Żurrieq — Triq Zakkaria Roncali

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir culvert sabiex jidderiġi l-ilma li jaqa' fi Triq Zakkaria Roncali stante li qiegħed jidħol fil-garages u jifforma għadira kbira tant li ħadd mir-residenti ma jkun jista' joħroġ minn daru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ser isiru spezzjonijiet fit-triq msemmija mill-Onoreovli Interpellant sabiex tiġi analizzata il-problema ndikata.

Bicycle Lanes

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16139 u jagħti informazzjoni fiex waslu l-pjani għal bicycle lanes fit-toroq Maltin? Din il-mistoqsija hija ta' natura u interess nazzjonali u li diġa' saret erba' darbiet u baqgħet ma ġietx imwieġba.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita’ dwar it-Trasport ser tibda l-kostruzzjoni tat-tielet fażi tal-proġett ta’ Ħal Far li fih jinkorpora bicycle lane ta’ 3.1 kilometri u dan ser jkompli mall-bicycle lane eżistenti li għandu tul ta’ 3.3 kilometri. B'hekk meta l-proġett jitlesta ser ikun hemm total ta’ 6.4 kilometri ta’ bicycle lanes f’ dawk l-inħawi. L-Awtorita’ qed thejji l-pjanti meħtieġa fuq rotta ta’ bicycle lanes mibnija bħala parti mit-toroq iffinanzjati mill-5 Protokoll finanzjat bejn Malta u l-Italja li jibdew miż-Żebbiegħ jingħaqdu ma' Ta' Qali. L-Awtorita' qiegħda taħdem fuq eżerċizzju sabiex jiġu identifikati postijiet għall-Cycle Parking f'żoni urbani. Qiegħdin ikunu studjati xi provvedimenti oħra partikolarment avviżi legali li huma meħtieġa sabiex ikun hawn il-qafas legali addattat sabiex jirregola kif suppost dan il-mezz ta' trasport.

Tas-Sliema — Reserved parking spaces

Question

Jista' il-Ministru jgħid illum kemm hemm reserved parking spaces awtorizzati mill-awtorita' dwar it-trasport fi Triq Gorg Borg Olivier f'Tas-Sliema? Dawn l-ispaces laħqu l-kriterji kollha meħtieġa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li fi Triq Ġorġ Borg Olivier f’Tas-Sliema kien hemm ħames (5) reserved parking spaces li minnhom tnejn tneħħew u wieħed ġie trasferit f’lokalita oħra. Għaldaqstant bħalissa hemm żewġ reserved parking spaces li huma utilizzati.

Trasport Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jkun hemm servizz ta' trasport pubbliku wara l-ħinijiet ta' l-isptar, liema trasport jieqaf għal ħabta tas-7.30 p.m.? Possibbli li karozza numru 74 l-ewwel tgħaddi għal ħdejn l-isptar u wara tkompli bir-rotta normali tagħha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta’ Malta għadha kif kitbet riċentament lill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku rigward l-possibilita u l-fisibilita li ssir estenzjoni tar-Rotta 75 b’siegħa aktar filgħaxija. Rigward Rotta 74, din ir-rotta topera filgħodu biss, għaldaqstant peress li hemm diversi rotot oħra li jgħaddu minn ħdejn l-isptar filgħodu (b’Rotta 75), ma tinħasx il-ħtieġa li ir-Rotta 74 tinbidel.
Leg 10 PQ #16352 Sitting 337 2006-01-09 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Coaches ġodda

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm inġiebu Malta coaches ġodda mill-1995 sal-lum? Minn min inġiebu? Kemm inġiebu coaches second hand fl-istess perijodu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14779 u jgħid jekk l-ADT investigatx l-ilment tal-familja li dettalji dwarha ntbagħtu separatament dwar kanna ta' l-overflow ta' l-ilma li kienet twaħħlet mhux skond is-sengħa waqt ix-xogħlijiet fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi b'konsegwenza li l-ilma tax-xita ma jistax joħroġ minn din id-dar? Jista' jgħid jekk l-ADT tistax tirranġa din il-problema għal din il-familja?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Birkirkara — Triq l-Għabex

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern rigward l-għoti tat-tarmac li jrid isir fi Triq l-Għabex f'Tal-Qattus, Birkirkara? F'każ li l-pjani tal-gvern huma li jagħti t-tarmac lil din it-triq, jista' il-Ministru jagħti d-data ta' meta ser jinbeda x-xogħol? F'każ li l-gvern għadu mingħajr pjan li jagħti tarmac lil din it-triq, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din it-triq għadha bla tarmac għal aktar minn għaxar snin u jekk iħossx li din għandha tingħata importanza immedjata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol rigward Triq il-Għabex f'Tal-Qattus, Birkirkara jikkonsisti f'bini ta' retaining wall, bini ta' bankini u asfaltar tat-toroq. Dan ix-xogħol se jsir f'diversi fażijiet, infatti diġa ħarġet l-ewwel fażi, il-bini tar-retaining wall. Dan it-tender qiegħed fil-fażi ta' l-aġġudikazzjoni, u x-xogħol mistenni li jibda fiż-żminijiet li ġejjin.

Birkirkara — Triq G Licari

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux informat b'każ 05565/05, li hemm quddiem il-MEPA, fi Triq G Licari, Birkirkara? Jista' jgħid jekk hux informat li jekk joħroġ il-permess tat-tali applikazzjoni, ir-residenti ta' l-imsemmija triq ser jispiċċaw ikollhom joħorġu minn triq dejqa u jekk ikun meħtieġ tidħol ambulanza jew karozza tat-tifi tan-nar, ma tkunx tista' tidħol? Jista' jgħid jekk iħossx li qabel ma jinħareġ it-tali permess għandha tinfetah in-naħa l-oħra ta' l-imsemmija triq kif jgħid il-kuntratt tar-residenti li xtraw post fl-istess triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport għadha ma rċeviet l-ebda korrispondenza minn naħa tal-MEPA dwar l-applikazzjoni 05565/05 imsemminja mill-Onor Interpellant u allura għadha m'hix f'pożizzjoni li tagħti l-kummenti tagħha bħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni u lanqas li tieħu xi deċiżjoni dwar l-imsemmija triq, aktar u aktar meta mhux magħruf għal liema kuntratt qed jirreferi l-Onor Interpellant.

Tneħħija ta' parking bays

Question

Jista' il-Ministru jispjega kif parking bays li kienu ilhom hemm tul ta' snin u jintużaw għar-residenti, issa ġew mneħħija b'ordni ta' l-ADT u dan wara li sar xogħol fuq l-istess triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-isem tat-triq, li fiha jinstabu il-parking bays imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija neċessarja sabiex it-Traffic Management Unit ikun jista' jagħti risposta korretta.