Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #26520 Sitting 412 2016-07-04 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dħul finanzjarju ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru (separatament) ta’ persuni li d-dħul tagħhom ma kienx jaqbeż l-€10,000, l-€20,000, it-€30,000 u aktar minn €40,000 fis-sena bażi 2012 (sena stima 2013)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ individwi li għas-sena bażi 2012 (sena ta’ stima 2013) ddikjaraw dħul skont il-faxxa indikata huma kif murija fit-tabella hawn taħt. Din l-istatistika hija bbażata fuq is-suppożizzjonijiet segwenti: · Individwi li huma miżżewġa huma murija separatament. · Individwili li kienu mitluba jibgħatu l-formula u għadhom ma bagħtuhiex mhux inklużi. · Individwi li ma kellhom l-ebda dħul minn emolumenti u negozju mhux inklużi. · Dħul li huwa suġġett għall-taxxa finali bħal impjieg part-time, part-time xogħol għall-rasek, interessi, dividendi u kirjiet residenzjali mhux inkluż. · F’każ ta’ koppja miżżewġa kull dħul ieħor oltre dhul minn emolumenti u negozju huwa miżjud mal-individwu bl-akbar dħul. Dħul Numru ta' Individwi €1 - €10,000 109,518 €10,001 - €20,000 106,044 €20,001 - €30,000 37,244 €30,001 - €40,000 10,340 Aktar minn €40,000 9,013
Leg 12 PQ #26328 Sitting 411 2016-06-28 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Income Tax – Rifużjonijiet – ammont ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu previst li se jitħallsu persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifużjonijiet fuq Income Tax sal-aħħar ta’ Mejju 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant illi d-Dipartiment għadu ma ħallasx rifużjonijiet fuq l-Income Tax dovuti sal-aħħar ta’ Mejju 2016 prinċipalment minħabba problemi tekniċi fis-sistema tal-IT. Id-dipartiment qed jagħmel l-almu tiegħu biex dawn il-problemi jiġu solvuti u r-rifużonijiet jitħallsu mill-aktar fis possibbli.
Leg 12 PQ #26329 Sitting 411 2016-06-28 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

VAT – Rifużjonijiet – ammont ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu previst li se jitħallsu persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifużjonijiet fuq VAT sal-aħħar ta’ Mejju 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ rifużjonijiet fuq VAT dovuti sa l-aħħar ta’ Mejju 2016 ser jitħallsu hekk kif stipulat u tipprovdi l-istess Liġi tal-Att tal-VAT.
Leg 12 PQ #26415 Sitting 411 2016-06-28 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — vetturi - allowances

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #26326 Sitting 410 2016-06-27 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Income Tax — rifużjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għandhom jiġu mħallsa lura f’rifużjonijiet fuq l-Income Tax sal-aħħar ta’ Mejju 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rifużjonijiet fuq l-Income Tax dovuti sal-aħħar ta’ Mejju 2016 kienu jammontaw €703,666. Dawn jinkludu ammont ta’ €578,101 li dwaru qed nistennew ftehim biex jinqatgħa kontra bilanċ dovut lill-VAT. Dawn il-figuri ma jinkludux ammonti li kienu ivvizjati, jiġifieri li għadhom mhux legalment dovuti.
Leg 12 PQ #26327 Sitting 410 2016-06-27 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

VAT — rifużjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għandhom jiġu mħallsa lura f’rifużjonijiet fuq il-VAT sal-aħħar ta’ Mejju 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #26360 Sitting 410 2016-06-27 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

VAT returns — deċiżjonijiet ta' każijiet

Question

Minkejja t-tibdil tal-approach li ħa dan il-Gvern biex prova jġib id-deċiżjonijiet ta' każijiet tal-VAT aktar umani jidher li l-approach tad-dipartment ma nbidilx, jista' l-Ministru jispjega xi pjanijiet hemm biex nies li ma jkunux direttament responsabbli ma jibqgħux jiġu akkużati fuq VAT returns, minħabba li wieħed xi darba kellu x'jaqsam ma organizzazzjoni partikolari li naqset li tissottometti l-VAT? Jista' jispjega għaliex qed jiġu akkużati nies li kienu diretturi jew uffiċjali tal-kumpanija li iżda ġew imċaħħda jew ġie blukkat l-aċċess lilhom għad-dokumenti tal-kumpanija mix-shareholders u kellhom jirriżenjaw? Għaliex ma għandniex sistema ġusta li f'dawn il-każijiet jiġu akkużati x-shareholders?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sabiex nies li kienu responsabbli għal skopijiet tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud ma’ jibqgħux jiġu akkużati għax ma’ jkunux baqgħu direttament responsabbli, iridu jinformaw lid-Dipartiment b’kull tibdil fl-amministrazzjoni tas-soċjeta` jew azjenda li kienu rrendew ruħhom responsabbli għaliha, sabiex b’hekk jevitaw li jitressqu l-qorti inutilment. Sakemm dan ma jsirx, id-Dipartiment ma’ jkollux alternattiva ħlief li jressaq persuna jew persuni li skond id-dokumentazzjoni li jippossjedi jkunu rrendew ruħhom responsabbli. Id-Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud huwa obbligat jibqa’ jressaq nies li rrendew ruħhom responsabbli sa’ dik il-ġurnata li jiġi nformat b’mod uffiċċjali li dik il-persuna rriżenjat minn kwalunkwe kariga li kienet tokkupa. Id- Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud m’għandux għodda sabiex ikun jaf is-sitwazzjoni ta’ kull soċjeta` jew azjenda sakemm ma’ jkunx ġie notifikat mill-istess. “ Shareholders ” huma persuni li investew flushom f’xi azjenda partikolari, iżda ma’ humiex legalment responsabbli għat-tmexxija u/jew amministrazzjoni, għaldaqstant ma’ tistax tittiehed azzjoni kriminali fil-konfront tagħhom.”
Leg 12 PQ #26357 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — Disaster Recovery plan

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25795, jista' l-Ministru jgħid meta kien stabbilit għall-ewwel darba d-disaster recovery plan tal-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji peress li jidher li sal-2006 skont dikjarazzjoni fil-pubbliku dan kien għadu ma sarx? Meta ġie approvat mill-Bord tal-Gvernaturi u/jew il-Bord tas-Sorveljanza? Meta ġie rivedut l-aħħar u kemm-il darba ġie ttestjat u f'liema dati? L-impjegati tal-MFSA u l-persuni kkonċernati huma kollha mgħarrfa f'dan il-pjan u d-dettalji tiegħu? Kien hemm ċirkustanzi fejn il-pjan intuża? Meta kienu? X'kien ir-riżultat? Dan il-pjan hu konformi ma' ISO 22301 Business Continuity Management u ISO/IEC 27031:2011 Guidelines for Information and Communications Techonology Readiness for Business Continuity?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #26442 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dħul finanzjarju ta’ persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru (separatament) ta' persuni li d-dħul tagħhom ma kienx jaqbeż l- €10,000, l-€20,000, it-€30,000, l-€40,000 u aktar minn €40,000 fis-sena għas-sena bażi 2012 (sena stima 2013)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #26180 Sitting 407 2016-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Dwana – gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22764 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk humiex sejrin jiddaħlu iktar gwardjani fid-Dwana wara li kien sar eżami fl-2015 u f’liema sejħa diġà ġew ingaġġati 15-il persuna? Jista’ jgħid x’inhuma l-pjanijiet għal dan is-settur?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-eżami li kien sar fl-2015 kien għall-ingaġġ ta Fizzjali tad-Dwana u mhux għall-ingaġġ ta Customs Assistants (ex Gwardjani tad-Dwana). L-aħħar ingaġġ ta Gwardjani tad-Dwana (illum Customs Assistants) sar fl-1990.
Leg 12 PQ #26109 Sitting 406 2016-06-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Settur tar-retail – VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħal VAT il-Gvern minn bejgħ fis-settur tar-retail bejn l-2010 u l-2016 sal-lum, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena u maqsuma skont il-lokalità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #25243 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — konferenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konferenza sponsorjat l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015? Jista’ jagħti din l-informazzjoni fuq bażi annwali? Jista’ jinkludi dettalji tal-konferenza, l-organizzaturi tal-konferenza, il-post tal-konferenza (il-pajjiż u l-isem tal-lukanda jew post) u l-ammont sponsorjat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #25244 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — avvenimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm avvenimenti kienu organizzati mill-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) fil-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fis-snin 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015? Jista’ jgħid kemm ħallset għal dawn l-avvenimenti? Jista’ jagħti din l-informazzjoni fuq bażi annwali? Jista’ jinkludi dettalji tal-avveniment u l-ammont imħallas?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #25420 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tal-NSO — surveys

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il survey qed isir kull sena mid-Dipartiment tal-NSO? Liema suġġetti jiġu studjati? Fejn jispiċċaw ir-riżultati miġbura?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #26104 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Nies reġistrati f’Malta bħala self-employed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn nies reġistrati bħala self-employed bejn l-2010 u l-2016 sal-lum, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni dwar in-numru ta’ nies reġistrati bħala self employed qed tiġi provduta fit-tabella skont ċifri maħduma mill-ETC. L-Uffiċċju għad m’għandux figuri relatati mas-sena 2016. Sena Medja ta’ persuni self employed 2010 17736 2011 17716 2012 17865 2013 18102 2014 18615 2015 19230 Sors: ETC Nota: Il-medja għas-snin 2010 sa 2012 inħadmet fuq il-figuri tal-aħħar tax-xahar ta’ kull kwart ta’ matul is-sena (jiġifieri Marzu, Ġunju, Settembru, Diċembru), filwaqt li l-medja mill-2013 ‘il quddiem inħadmet fuq il-figuri tat- 12-il xahar.
Leg 12 PQ #26105 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Operaturi li joperaw fil-qasam tar-retail

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi f’pajjiżna li (skont l-NSO) joperaw fil-qasam tar-retail?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar figuri miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali taI-Istatistika jirriżulta li fl-2014 kien hawn 6,546 negozju li joperaw fil qasam tar-retail hekk kif ikklassifikati taħt NACE 47.
Leg 12 PQ #26106 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tar-retail

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema full-time u part-time li (skont l-NSO) jaħdmu fil-qasam tar-retail f’pajjiżna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni dwar is-settur tal-bejgħ u bejgħ bl-imnut qed tiġi ippreżentata fit-tabella. Din l-informazzjoni tirrigwardja il-medja ta’ persuni jaħdmu f’dan is-settur matul is-sena 2015. Settur tal-bejgħ u bejgħ bl-imnut; tiswija ta' vetturi u muturi (Medja tas-Sena 2015) NACE Rev. 2 Settur Full-time Part-time total 45 Settur tal-bejgħ u bejgħ bl-imnut u tiswija ta' vetturi u muturi 2257 655 46 Settur tal-bejgħ bl-imnut esklu¿ tiswija ta' vetturi u muturi 9389 2420 47 Settur tal-bejgħ esklu¿ tiswija ta' vetturi u muturi 12874 7137 Total 24520 10212 NACE Rev. 2 Settur Part-time bħala l-impjieg ewlieni Part-time bħala impjieg ieħor ma' dak full-time 45 Settur tal-bejgħ u bejgħ bl-imnut u tiswija ta' vetturi u muturi 328 327 46 Settur tal-bejgħ bl-imnut eskluż tiswija ta' vetturi u muturi 1550 870 47 Settur tal-bejgħ eskluż tiswija ta' vetturi u muturi 4917 2220 Total 6795 3417 Sors: ETC
Leg 12 PQ #26107 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Settur tar-retail – paga medja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi (skont l-NSO) l-paga medja fis-settur tar-retail f’pajjiżna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni inħadmet fuq is-settur tal-bejgħ u bejgħ bl-imnut (NACE 45 – 47). Din l-informazzjoni hi maħduma mill-Labour Force Survey Annwali (2010-2015). Sena Paga medja € 2010 12,940 2011 13,124 2012 12,521 2013 12,470 2014 13,131 2015 13,278 Nota: L-informazzjoni dwar il-paga medja tinkludi biss il-paga bażika tal-impjegat u għaldaqstant ma’ tinkludix ħlas għal sahra jew ħlas ta’ allowances.
Leg 12 PQ #26108 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Settur tar-retail — bejgħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien irrapurtat bejgħ fis-settur tar-retail bejn l-2010 u l-2016 sal-lum, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l- aħħar figuri miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali taI-Istatistika dwar bejgħ minn negozji li joperaw fil-qasam tar-retail hekk kif ikklassifikati taħt NACE 47 bejn 2010 u 2014 kien ta’: 20102011201220132014 Ammont ta' bejgħ (€ miljuni) 2,024.112,197.562,217.322,199.992,243.08
Leg 12 PQ #25241 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — konsulent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu konsulent tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm tħallas matul is-snin 2014 u 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu kkonċernat kien konsulent tal-MFSA mill-1 t’April 2014 sal-31 ta’ Dicembru 2015. Hu kien ingaġġat mal-MFSA sabiex jassistiha fil-proċess tal-implimentazzjoni tas–Single Supervisory Mechanism (SSM) tal-ECB. Matul il-perjodu tħallas total ta’ €51,000.