Fondazzjoni għas-Servizz tal-Ħarsien Soċjali – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizz tal-Ħarsien Soċjali? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħal ma forsi jaf ic-Chairman u l-membri tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali m’humiex remunerati. Sadanittant id-dettalji mitluba fir-rigward tal-Kap Eżekuttiv huma kif jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt.
Salarju
Perkacci
Tip
Ammont
€38,937.0
Reimbursement of Expenses (in line with Manual of Allowances payable to Public Officers)
€6,000.0
Performance Bonus 15% (in line with Manual of Allowances payable to Public Officers)
€5,841.0
Health Insurance ∆
€466.0
Residential Telephone Service
€1,560.0
Lease of Fully expensed car **
Fuel Consumption (in line with Manual of Allowances payable to Public Officers)
free mobile facilities, a MITA
ADSL connection & a PDA
Awtorità tad-Djar – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Awtorita’ qed tiffranka s-somma ta’ € 1,743.16 fis-sena meta mqabbla mal-posizzjonijiet tal-Kap Eżekuttiv preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jaħdmu ġewwa l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali l-Fgura u kemm persuni użaw s-servizzi tiegħu tul is-sena li għaddiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura hemm erba’ persuni jaħdmu.
Matul is-sena li għaddiet huwa stmat li kien hemm 14,000 persuna li għamlu użu mis-servizzi li jingħataw minn dan l-uffiċċju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni l.i qed jaħdmu ġewwa l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal il-Ġdid u kemm persuni użaw is-servizzi tiegħu tul is-sena li għaddiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-uffiċċju distrettwali ta’ Raħal il-Ġdid hemm 6 persuni jaħdmu. Matul is-sena li għaddiet huwa stmat li kien hemm 29,000 persuna li għamlu użu mis-servizzi li jingħataw minn dan id-distrett.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Guardianship Board kif stabbilit bl-Att XXIV tal-2012?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord dwar il-Kustodja (Guardianship Board) huwa kompost kif ġej:
President: Imħallef Emeritus Geoffrey Valenzia
Membri: Is-Sa Alison Bezzina
Prof Joseph M Cacciattolo
Membri Sostituti: Is-Sa Marthese Mugliette
Prof Angela Abela
Reġistratur tal-Bord: Is-Sa Marilyn Spiteri
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba saret s’issa quddiem il-Guardianship Board kif stabbilit bl-Att XXIV tal-2012 u kemm minn dawn it-talbiet ġew deċiżi? Jista’ jgħid kemm-il talba għad hemm pendenti u kemm ilhom pendenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Settembru 2014 u April 2015, il-Bord dwar il-Kustodja rċieva tlieta u għoxrin (23) applikazzjoni għall-Kustodja.
Tnejn (2) minn dawn l-applikazzjonijiet ġew irtirati u sittax-il (16) applikazzjoni ġew deċiżi mill-Bord. Hemm ukoll żewġ (2) applikazzjonijiet skedati għas-smiegħ f’Lulju.
Bħalissa l-Bord għandu tlett (3) applikazzjonijiet li nstemgħu fi Frar u f’Marzu 2015 pendenti quddiemu.
Residenza San Vinċenz de Paul – Procurement Officer — ħatra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi skala għandu l-Procurement Officer fir-Residenza San Vinċenz de Paul li nħatar f’
position of trust
mingħajr ebda sejħa interna jew esterna għal dan il-post? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat ma’ dan il-Procurement Officer? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifiki u l-esperjenza ta’ dan il-Procurement Officer fir-rwol li qed jokkupa llum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Procurement Officer fir-Residenza San Vinċenz de Paul qiegħed jokkupa skala 7.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14937, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żieda jew tnaqqis fil-persuni li qegħdin f’position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid min huma l-persuni li ġew ingaġġati f’position of trust u jgħid x’kariga qed jokkupaw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Famlija u Solidarjetà Soċjali – persuni ingaġġati f’position of trust –telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ingaġġati f’position of trust fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li għandhom permess sabiex jagħmlu telework? Jekk iva, jista’ jgħid min huma u kemm-il siegħa fil-ġimgħa jaħdmu bit-telework?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi ħdan il-Ministeru u/jew l-entitajiet u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru, m’hemm l-ebda persuna ingaġġata f’position of trust li għandha permess sabiex taħdem permezz tat-telework.
Residenza San Vinċenz de Paul – impjegati – proċeduri dixxiplinarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħdux proċeduri dixxiplinarji kontra impjegati fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn Jannar 2015 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kienu dawn il-każijiet u x’inhuma n-natura taċ-charges li nħarġu kontra dawn l-impjegati? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew deċiżi u kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċeduri dixxiplinarji li ttieħdu kontra impjegati fir-Residenza San Vincenz de Paul minn Jannar 2015 sal-lum, b’kollox kienu 19:
Minn dawn id-dsatax:
-10 każijiet kissru Regolament 20 tal-Proċeduri Dixxiplinarji tal-Kummisjoni dwar is-Servizz Pubbliku,
- 8 kazijijiet kissru Regolament numru 18,
- każ wieħed kiser Regolament 19 u nbidel fi twissja verbali.
In-natura taċ-
charges
li nħarġu kontra dawn l-impjegati huma mqassma kif ġej:
· 8 każijiet rigward assenza mingħajr awtorizzazzjoni.
· każ wieħed rigward dikjarazzjoni falza u abbuż mill-attendenza
· każ wieħed rigward nuqqas ta’ eżerċizzju ta’ kontroll u superviżjoni xierqa
· każ wieħed li jinvolvi arroganza lejn uffiċjali pubbliċi u assenza mingħajr awtorizzazzjoni
· każ wieħed li jinvolvi nuqqas ta’ dmir
· każ wieħed li jinvolvi arroganza, u
charges
oħra fejn l-individwu ikkonċernat naqas li jilbes
tag
u irrifjuta li jagħti ismu
· każ wieħed rigward arroganza u diżubbidjenza
· każ wieħed rigward imġieba aggressiva fil-konfront tas-CEO
· każ wieħed rigward imġieba vjolenti fejn l-individwi saħansitra fera persuna
· 3 każijiet ta’ negliġenza gravi waqt ix-xogħol
Minn dawn ic-charges imsemmija aktara ‘l fuq, 4 każijiet għadhom mhux deċiżi.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad jekk fid-Djar tal-Anzjani f'pajjiżna hemmx anzjani residenti f'dawn l-istess djar, li l-Gvern qed jaqtalhom 60% mill-pensjoni tagħhom u anzjani residenti oħra li l-Gvern qed jaqtalhom 80% mill-pensjoni tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-Djar għall-Anzjani tal-Gvern u dawk li qegħdin fl-iskema tal-Public Private Partnership, taħt ir-responsabbilta’ tad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’, m’hemmx anzjani residenti li qed tinqatgħalhom 80% bħala rata ta’ kontribuzzjoni mill-pensjoni tagħhom. Huma biss l-anzjani fir-residenza San Vinċenz li tinqatgħalhom 80% mid-dħul bħala rata ta’ kontribuzzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy formali tal-Gvern dwar fejn għandhom jitpoġġew tfal taħt l-erba' snin li jkollhom bżonn jiġu protetti b'Ordni għall-Ħarsien?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel prijorità tal-Gvern hija li jassigura li jingħataw is-servizzi kollha meħtieġa sabiex, kemm jista’ jkun, il-minuri jibqgħu jirresjedu mal-familja naturali tagħhom.
Fejn, iżda, dan ma jkunx possibli, l-Gvern, permezz tal-Aġenzija Appoġġ, jagħmel minn kollox sabiex jinstabu familjari li jkunu jistgħu jżommu lill-minuri sakemm l-familja tiġi fuq saqajha.
F’każijiet ulterjuri, fejn lanqas dan ma jkun possibli, l-Aġenzija Appoġġ tirrikorri mill-ewwel sabiex jinstab
placement
ma'
foster carers
approvati sabiex il-minuri jibqgħu f’ambjent ta’ familja. Fejn dawn il-
placements
ma jinstabux, ikun hemm il-ħtieġa li jirrikorru għal djar residenzjali.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward Awtorità tad-Djar u ħsarat li għandha fil-post?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-applikazzjoni li għaliha qegħda ssir referenza, waslet għand l-Awtorita’ tad-Djar fit-2 ta’ Marzu 2015. L-applikazzjoni qed tiġi proċessata u għandha ssir spezzjoni.
Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija – pensjonanti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija li qed jirċievu l-għajnuna soċjali preżentament? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali skont il-lokalitajiet imsemmija hawn fuq huwa kif ġej :-
Lokalità
Nru. Ta' Persuni
RAĦAL ĠDID
317
TARXIEN
235
GĦAXAQ
101
GUDJA
39
SANTA LUCIJA
131
Total
823
Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura li qed jirċievu l-għajnuna soċjali preżentament? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali skont il-lokalitajiet imsemmija hawn fuq huwa kif ġej:-
Lokalita
Nru. Ta' Persuni
MARSASKALA
351
FGURA
325
ZEJTUN
316
Total
992
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16107, jista' l-Ministru jgħid kemm saru adozzjonijiet mir-Russja kull sena matul is-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta' Jannar 2015 sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-tagħrif li għandha l-Aġenzija Appoġġ dwar adozzjonijiet mill-Federazzjoni Russa, l-istatistika miġbura qed tiġi preżentata hawn taħt:
Sena li fiha ħareġ
id-Digriet tal-Qorti
Numru ta’ Tfal Addottati
Mill-Federazzjoni Russa
2008
27
2009
25
2010
10
2011
29
2012
9
2013
6
2014
12
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni miġbura tirrifletti biss dawk l-addozzjonijiet fejn kien hemm l-involviment tal-Aġenzija Appoġġ, billi hemm għadd ta’ Aġenziji privati oħra li huma ukoll involuti. Statistika kompluta tkun tista’ tinġabar biss mit-tgħarif mi¿mum fl-uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16106, jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm ġew konklużi adozzjonijiet mill-Albanija u mill-Islovakkja, l-uniċi żewġ pajjiżi li Malta għandha ftehim bilaterali magħhom dwar l-adozzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.