Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3516 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3454 (Seduta 51).
Leg 9 PQ #3618 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fil-Ministeru għall-Ambjent u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu hemm dawn il-Photocopy Machines: DITTA META KEMM NXTRAW SWEW -------------------------------------------- ---------------------------- Ministeru għall-Ambjent Olivetti Copia 7041 1992 Lm 700. Konica-2028 1995 Lm 1400. Model 5334 1995 Lm 1989.50 Konica-7728 1996 Lm 3790. Lanier-6717 1993 Lm 2920.72 Central Districts Unit Konica 2028 N/A N/A Develop 1500 N/A N/A Olivetti N/A N/A Waste Management Minilta EP 1991 Lm 500. Infotec 1993 Lm 950. Mashautec 1997 Lm 552. Building & Engineering Nashautec 1997 Lm 585. Nashautec 1998 Lm 595. Canon 1994 Lm 2977. Finance & Administration Mita DC 3055 1996 Lm 1150. Develop 1850 1995 Lm 840. Mita 1996 Lm 1150. Develop 1996 Lm 980. Mita 1997 Lm 1400. Olivetti 1993 Lm 789. Mita 1997 Lm 1400. Konica 1992 Lm 880. Construction & Maintenance Develop N/A N/A Canon N/A N/A Door Numbering Unit Konica 1993 Lm 870. Maint. of Road Infrastructure Develop 1996 Lm 500. Marine Nashante 1998 Lm 589. Drainage Mita 1991 N/A Infotec 1991 Lm 800. B.I.C.C. Mita 1997 Lm 975. Konica 1997 Lm 3790. Storm Water Systems Unit Konica N/A N/A Valletta Rehab. Project Konica 1992 N/A Manufacturing & Servicing Konica 1015 1997 Lm 422. Develop 3550 1997 Lm 1300. Konica 2028 N/A N/A Environment Protection Mita DC 4060 1998 Lm 1900. Ricoh FT 5535 1997 Lm 1900. P.C.C.U. Mita Dc 4060 1998 Lm 1900. Konica 1020 1993 N/A Countryside Infotec 1992 Lm 950. Waste Management Infotec 1995 Lm 1750.
Leg 9 PQ #4806 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Wires fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien sar minnhom iż-Lm2 miljun miġjuba minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea biex il-wires fit-toroq tal-Belt Valletta jgħaddu minn taħt l-art minflok jibqgħu jkerrħu l-Belt? Kemm intnefqu minnhom? Kemm jonqos jintnefqu minnhom? Meta jiskadi ż-żmien sakemm jistgħu jintużaw, il-bqija jintilfu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5405 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Technical Officers

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar matul dawn l-aħħar sentejn mit-technical officers fid-Diviżjoni tad-Dipartiment ta' l-Ambjent magħrufa bħala Ospizio?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-Technical Officers li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jagħmlu parti mis-Sezzjoni tar-Regolamenti Ġodda għall-Bini. F'dawn l-aħħar sentejn dawn in-nies ħadu ħsieb jiġbru l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-regolamenti tal-bini li għandna Malta, kif ukoll informazzjoni oħra li tirrigwardja regolamenti simili ta' pajjiżi barranin u taw l-għajnuna tagħhom biex ġie ppreparat l-abbozz ta' liġi ġdida kif ukoll dokumenti ta' gwida (practical guidance documents) għal ma' dawn ir-regolamenti ġodda.
Leg 9 PQ #5406 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Għajn Tuffieħa — Parking space

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra b'mod spedit il-pożizzjoni ta' parking ta' karozzi fl-inħawi ta' Għajn Tuffieħa 'l fuq mill-bajja? Jikkonsidra li bi ftit landscaping jista' jinħoloq numru konsiderevoli ta' parking f'post hekk frekwentat mill-poplu Malti partikolarment fil-Ħdud? Jikkonsidra l-Ministru li dan ix-xogħol jibda mill-aktar fis ħalli għax-xhur tas-sajf ma jkunx hemm dik il-konfużjoni ta' traffiku f'bajja hekk popolari?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5481 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti relatati mal-proġett ta' Pjazza Sta. Margerita, Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta mitluba.
Leg 9 PQ #5482 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Harry Stanger School

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-post magħruf bħala Harry Stanger school fil-Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5509 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħamrun — Toroq

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3884 datata 19 ta' Jannar 1999 fejn il-Ministru rrifera għall-mistoqsija parlamentari numru 1758 fis-seduta 55, u b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari oħra tiegħi numru 4006 fejn il-Ministru rrefera għall-mistoqsija parlamentari numru 705 datata 3 ta' Novembru, 1998 meta qal li l-isfaltar isir wara li jkun żgurat li s-servizzi tqiegħdu b'mod permanenti, jista' l-Ministru jispjega għaliex ma sarx ix-xogħol fi Pjazza 7 ta' Ġunju, Ħamrun meta s-servizzi ilhom li tqiegħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5512 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Ambjent

Pieta' — Tindif ta' pjazza

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għax-xogħol ta' tindif tal-pjazza tal-Housing Estate tal-Pieta' u meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1560 (Seduta 15).
Leg 9 PQ #5599 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Ambjent

Perit Mintoff — Proprjeta' "Ta' l-Għarix"

Question

Billi skond il-letter of intent tat-22 ta' Mejju, 1998 il-proprjeta' "Ta' l-Għarix tal-Perit Mintoff kellha tiġi ttrasferita lill-Gvern Malti, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jistenna l-Gvern Nazzjonalista biex jieħu din il-proprjeta' fid-dawl tal-fatt li l-Gvern Nazzjonalista ħallas lill-Perit Mintoff Lm128,000 ftit ġimgħat wara l-elezzjoni ġenerali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-trasferiment illi qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ikun jista' jsir meta l-kundizzjonijiet l-oħra kollha indikati fl-istess 'letter of intent' ikunu onorati.
Leg 9 PQ #5609 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4296?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati mal-Ministeru għall-Ambjent huwa maqsum kif jidher hawn taħt: Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent --------------------------------------- - Head Office, Floriana 39 Pollution Control Unit, Vittoriosa 26 Waste Management Section, Marsascala 3 Countryside Section, Paola 142 Simar Nature Reserve 6 Għadira Nature Reserve 7 Fort Rinella 2 Taqsima tax-Xogħlijiet ---------------------- Finance & Administration & Director General 541 Building & Engineering 271 Manufacturing & Services 664 Roads 151 Drainage 445 Waste Management Strategy Implementation 812 Construction & Maintenance 993 B.I.C.C. 8 Ministeru għall-Ambjent ----------------------- Ministeru, Floriana 34
Leg 9 PQ #5612 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Bini storiku — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ippreparat mill-Works Division dwar restawr ta' bini storiku msemmi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4834?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5042 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Xemxija — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1811 sabiex isir upgrading ta' xogħlijiet ta' bankini, tarmac, landscaping eċċ fix-Xemxija, jista' l-Ministru jinfurmani jekk kienx hemm xi żviluppi? Jekk ma sarux żviluppi, jista' l-Ministru jgħid għaliex u meta se jsir il-kordinament meħtieġ sabiex jitwettqu dawn ix-xogħlijiet fix-Xemxija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Leg 9 PQ #5043 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru.12 — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għat-talba tiegħi tas-27 ta' Ottubru, 1998 (mistoqsija parlamentari numru 333) sabiex jiġu rranġati ħitan tas-sejjieħ fi bliet u rħula tat-12-il distrett, jista' l-Ministru jinformani bix-xogħlijiet li saru u fejn saru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4685 (Seduta 71).
Leg 9 PQ #3607 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Linji diretti tat-telephones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'diprtiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm dawn il-linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati barra minn Malta: DIPARTIMENT NRU. TA' LINJI ----------- -------------- Construction & Maintenance 3 Director General 1 W.M.S.I.D. 2 Wages 1 Drainage 4 Contracts & Procurement 2 Building Industry Consultative Council 2 Valletta Rehabilitation Project 1 Ministeru 20 Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 8 Manufacturing & Servicing 3
Leg 9 PQ #4893 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Isla — Gardjola

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1987, rigward il-Gardjola li hemm fil-Bieb tal-Belt Sengleana, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol qiegħed jsir billi riċentement jidher li nbeda xi xogħol hemmhekk?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir bħalissa fuq il-Gardjola tal-bieb fid-daħla ta' l-Isla huwa ta' manutenzjoni. F'dan l-istadju ġie deċiż li ma jsirx bdil ta' ġebel, imma li jitberflu l-fili miftuħin biex tiġi evitata aktar ħsara li kienet qed tiġri bid-dħul ta' ilma fl-istess fili. Il-ġebel l-aktar iddeterjorat ser jiġi rranġat permezz ta' 'plastic repair'. B'dan il-metodu jiġi żgurat li l-valur storiku tal-gardjola jibqa' intatt. Ix-xogħol qed isir minn ħaddiema ta' l-Iskola tal-Bini taħt superviżjoni tat-Taqsima tar-Restawr, Ministeru għall-Ambjent.
Leg 9 PQ #5122 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; (vii) ingħataw extensions?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif jaf l-Onorevoli Inteprellant, minn meta nfetaħ dan il-Parlament f'Ottubru li għadda b'risposta għal diversi domandi fir-rigward ta' din il-Mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.
Leg 9 PQ #4719 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Fortizza tat-Torri - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'tip ta' xogħlijiet qed isiru fil-Fortizza tat-Torri ta' San Tumas ġewwa Wied il-Għajn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li diġa' nbdew fit-Torri ta' San Tumas huma: * tindif tal-faċċati u bejt mill-ħaxix * tindif tal-foss madwar it-torri * tneħħija ta' bini fil-foss li kien sar fiż-żmien li t-torri kien għand il-Jerma Hotel * tneħħija ta' sejjieħ minn fuq ir-'redoubt' quddiem it-torri. Xogħlijiet li ser jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin huma: * tiswija tal-kmamar fuq il-bejt tat-Torri (bdil ta' travi msewsa, xorok maqsumin eċċ) * xogħol fuq waħda mill-faċċati (ix-xogħol fuq il-faċċati ser jinqasam f'erba' fażijiet. Xogħlijiet li għandhom jinbdew fis-sajf huma: * Landscaping madwar it-Torri (irranġar tar-redoubt, landscaping fil-foss eċċ).
Leg 9 PQ #5179 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ż-żewġ konsorzja magħżula għall-proġett tal-Kottonera se jippreżentaw il-pjani bl-iżvilupp li se jwettqu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern fi żmien opportun se jressaq quddiem il-Parlament reżoluzzjoni għall-approvazzjoni tal-kuntratt suġġerit maż-żewġ konsorzja, fejn kien ukoll indikat it-termini li dwaru qed isaqsi l-Onorevoli kollega.
Leg 9 PQ #5180 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera — Swar

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern sabiex is-swar tal-Cottonera jingħataw l-attenzjoni li jixirqilhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-pjan biex is-swar tal-Kottonera jingħataw l-attenzjoni xierqa jifforma parti minn pjan akbar għas-swar kollha ta' Malta inklużi dawk tal-Belt, il-Furjana, tal-Kottonera u ta' l-Imdina fost l-oħrajn, liema pjan qiegħed jiġi ikkordinat ma' l-Universita' ta' Bologna. Matul din is-sena kif l-Onor. Interpellant jaf il-Gvern ivvota is-somma ta' Lm600,000 li hija ntiża biex jibda x-xogħol preparatorju fuq dan il-proġett.