Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9422 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħxejjex/frott frisk — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-kwantita' ta' l-importazzjoni tal-ħxejjex u frott frisk bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba hija: 1998 18,867.471 tunnellati 1999 18,072.787 tunnellati
Leg 9 PQ #9423 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Gbejniet — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ġbejniet friski f'Malta u Għawdex bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena? Kemm fil-fatt hija l-merħla tal-mogħoż u ngħaġ fil-gżejjer tagħna? X'pjanijiet ġodda għandu l-ministeru sabiex jinċentiva aktar din l-industrija u x'miżuri innovattivi ħa matul l-aħħar 12-il xahar sabiex iwettaq din il-politika?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma tinżammx statistika ta' kemm ġew prodotti ġbejniet friski f'Malta u f'Għawdex. Bejn Jannar u Awissu ħarġu 30,700 label f'iskema li adotta d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fuq bażi volontarja. Il-merħla tal-mogħoż hija ta' 4900 u tan-ngħaġ 7900. Il-Ministeru għandu ppjanat skema ta' denominazzjoni ġeografika kontrollata. Dan l-aħħar id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ħa ħsieb sabiex jimporta f'isem il-produtturi tal-ġbejniet, numru ta' ngħaġ u mogħoż sabiex jiġġedded id-demm. Bħal issa uffiċjali tad-Dipartiment qed jagħżlu dawn il-bhejjem fil-Ġermanja.
Leg 9 PQ #9424 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Analisi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li matul l-aħħar 12-il xahar saritilhom analisi xjentifika tal-ħamrija f'Malta u Għawdex? Kemm huwa kkalkolat li jkun n-numru ta' testijiet tal-ħamrija għat-12-il xahar li ġejjin?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta' bdiewa li matul l-aħħar 12-il xagħar saritilhom analisi xjentifika tal-ħamrija huwa 238, b'kollox saru 1180 analisi. Din il-figura ma tinkludix kampjuni ta' ħamrija miġbura għal skop ta' riċerka, li matul is-sena li għaddiet kienet ta' 579 kampjun li fuqhom saru 2865 analisi. In-numru ta' testijiet li huwa kkalkolat għat-12 il xahar li ġejjin huwa 5,000 fuq medja ta' 800 kampjun ta' ħamrija.
Leg 9 PQ #9415 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Ħxejjex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta' flus tal-ħxejjex u frott frisk li daħħal il-Pitkalija ta' Malta u Għawdex bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur għall-istess perijodu s-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba hija: Pitkali - Malta Pitkali - Għawdex Sena Ħaxix (Lm) Frott (Lm) Sena Ħaxix (Lm) Frott (Lm) 1998 3,396,156 545,482 1998 26,384 8,866 1999 3,339,307 567,902 1999 20,464 9,655
Leg 9 PQ #9416 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċanġa friska — Qatla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-qatla u l-piż taċ-ċanga friska u l-valur tal-flus tagħha bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur u l-qatla għall-istess perjodu tas-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li n-numru, piż u prezz medju (kif irrapurtat mill-'middlemen') fis-snin 1998 u 1999 huwa skond l-iskeda hawn taħt: Qatla taċ-Ċanga bejn Jannar u Awissu Sena Numru Piż (kg) 1999 3,748 1,013,332 Lm1,300,000 1998 3,796 1,003,150 L m1,303,000
Leg 9 PQ #9417 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Qatla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta' flus tal-qatla tal-majjal f'Malta u Għawdex xahar b'xahar bejn Jannar u Awissu din is-sena? Kemm kien il-piż u numru ta' karkassi fl-istess perjodu? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-perjodu tas-sena preċedenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur eżat ta' flus tal-qatla tal-majjal hija nformazzjoni f'idejn il-Koperattiva tal-Majjal. Il-piż / numru ta' karkassi fis-sentejn li talab qed jiġu mpoġġija fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #9418 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta' l-ispejjeż kollha fl-esportazzjoni ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu overtime u refrigirated trailers? Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-sena preċedenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt dwar Mistoqsija Parlamentari Numru 9337.
Leg 9 PQ #9419 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib f'Malta u Għawdex bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena? Kemm kien il-valur tagħha? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-produzzjoni u l-valur tal-ħalib f'Malta w Għawdex bejn Jannar w Awissu ta' din is-sena kienet hekk: Jannar - Awissu 1999 6,722,112 galluni Lm4,693,624 Fl-1995, 1996, 1997 u 1998 il-produzzjioni tal-ħalib f'Malta u Għawdex kif ukoll il-valur kienu hekk: Sena Produzzjoni Valur (ga llulni) (Lm) ______________________________ _______ 1995 8,756,303 6,058,803 1996 8,973,700 6,158,616 1997 9,515,837 6,508,244 1998 9,711,606 6,778,908
Leg 9 PQ #9365 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Raħħala — Prezz garantit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju garantit għar-raħħal/produtturi tal-ħalib frisk, bajd frisk, majjal frisk, ċanga friska, laħam tat-tiġieġ tal-pajjiżi membri ta' l-UE għas-snin 1996, 1997 u 1998? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-prezzijiet medji għar-raħħal/produtturi lokal matul l-istess perjodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jidher li l-Onor. Interpellant għadu ma fehemx kif taħdem il-'Common Agricultural Policy' ta'l-UE. Ma hemmx prezz garantit tal-prodotti msemmija. Fil-każ tal-ħalib frisk hemm 'target price', fil-każ tal-bajd frisk u laħam tat-tiġieġ hemm 'trigger price', fil-każ taċ-ċanga friska hemm 'intervention price' u fil-każ tal-majjal frisk hemm 'basic price'.
Leg 9 PQ #9366 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tadam — Prezz garantit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz garantit tat-tadam għall-għasir, għat-tond u zenguli li ħadu l-bdiewa ta' l-UE matul is-sena 1996, 1997 u 1998? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz li ħadu l-bdiewa lokali matul l-istess perjodu? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa fil-gżejjer tagħna li jkabbru dan it-tadam għall-Industrija lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-prezz minimu li jitħallas lill-produtturi tat-tadam jiġi stabbilit bi ftehim (kuntratt) bejn għaqdiet tal-Produtturi (Producer Organazations) u l-proċessuri tat-tadam. Dan il-prezz jiġi kkalkulat fuq bażi tal-prezz minimu tas-sena ta' qabel, tal-livell tal-prezzijiet fis-suq tal-ħxejjex u frott, u l-ħtieġa tas-suq. Għaldaqstant dan il-prezz ivarja minn ftehim għal ftehim. Dan skond ir-Regolamenti tal-Kunsill ta'l-Unjoni Ewropeja (EC) No 2201/96. F'Malta il-prezz minimu għat-tadam għall-ipproċessar jiġi stabbilit mid-Direttur tal-Agrikoltura wara konsultazzjoni mal-għaqdiet tal-bdiewa u mal-proċessuri tat-tadam u fis-snin msemmija kien: 7c/kg għat-tadam ċatt, tond u żenguli għall-produzzjoni tal-kunserva, 9c/kg għat-tadam Tip Roma u ovali għall-produzzjoni tal-pelat. Fis-sena 1999 il-prezz ta' 7c0/kg telgħa għall-8c5/kg, żjieda ta' iżjed minn 20%. Huwa stmat li f'Malta u Għawdex madwar 2200 bidwi kkabbar it-tadam għall-ipproċessar.
Leg 9 PQ #9367 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata/kaboċċi/pastard/karrotti/ħass — Prezz garantit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-prezzijiet garantiti tal-patata, kaboċċi, pastard, karrotti u ħass li ġabu l-bdiewa tal-pajjiżi membri ta' l-UE matul is-snin 1996, 1997 u 1998? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-prezzijiet medji tal-ħxejjex imsemmija għall-bdiewa Maltin u Għawdxin għall-istess perjodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-pajjizi tal-UE ma hemmx sistema ta' prezzijiet garantiti għall-prodotti msemmija, iżda l-għaqdiet tal-produtturi huma awtorizzati li jintervjenu fis-suq ta' numru ta' prodotti sabiex il-prezzijiet ma jaqgħux. Il-prezzijiet medji fil-pitkalija f'Malta mitluba mill-Onor. Interpellant huma: Patata Kaboċċi Pastard Karrotti Ħa ss (cents/kg) (cents/kg) (cents/kg) (cents/kg) (cents/kg) 1996 14.40 6.52 8.92 15.02 10.01 1997 11.80 7.32 8.42 13.58 12.64 1998 10.80 8.22 11.14 18.95 10.55
Leg 9 PQ #9368 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodotturi lokali — Direttivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-direttivi/kondizzjonijiet/regoli/liġijiet li jridu jkunu konformi magħhom il-produtturi lokali tal-ġbejniet friski, xotti u tal-bżar bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE? Meta ġew ikkomunikati dawn id-direttivi lill-produtturi Maltin u Għawdxin u fejn saru l-laqgħat u x'kienu r-reazzjonijiet tal-produtturi lokali? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-liġijiet, regoli eċċ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fl-UE ma hemm ebda direttivi / kundizzjonijiet / regoli / liġijiet speċifiċi dwar il-produzzjoni tal-ġbejniet friski, xotti u tal-bżar hlief dawk li japplikaw għall-produzzjoni tal-ġobon b'mod ġenerali. Il-ġbejniet friski, xotti u tal-bżar huma kandidati ideali sabiex jiġu rikonoxxuti bħala prodott b'denominazzjoni ġeografika kontrollata skond ir-Regolamenti tal UE 2081/92 u 2082/92
Leg 9 PQ #9369 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta Malta tkun membru sħiħ ta' l-UE liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel u xorb li se jkollhom levy fuqhom għaliex ikunu mportati minn barra l-pajjiżi membri ta' l-UE? Meta se jidħlu dawn il-levies il-ġodda u x'studju għamel il-Gvern Malti sabiex ikun jaf kif dan se jaffettwa l-ħajja fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istudju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Meta Malta ssir membru sħiħ ta' l-UE, jidħlu fis-seħħ il-provedimenti ta' l-UE skond il- 'Common External Tariff' li jinkludu diversi konċessjonijiet miftehma bejn l-UE w numru ta' pajjiżi jew gruppi ta' pajjiżi kif ukoll numru ta' 'tariff quotas' skond il-ftehim bejn l-UE w il-'Word Trade Organization' (WTO). Malta tista' tinnegozja miżuri speċjali sabiex il-Kummerċ tradizjonali ma jiġix mittiefes.
Leg 9 PQ #9360 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Nfiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kkalkolata n-nefqa tal-Gvern fil-biċċerija ta' Malta kull sena? Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE il-Gvern irid jibda jitħallas għal dan is-servizz, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra minn se jibda jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż? Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat mal-koperattivi rispettivi u x'kienu l-proposti tal-Gvern Malti u r-reazzjoni tal-koperattivi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninform lil-Onor. Interpellant li l-ispiża, jew aħjar, l-għajnuna li jagħti l-Gvern għar-rigward tal-qatla tal-bhejjem fil-Biċċerija huwa madwar 6 ċenteżmi kull kilo. Għall-kumplament tad-domanda, ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet huwa għaddejjin u wieħed ikun jista' jgħati risposta kompleta wara n-negozjati.
Leg 9 PQ #9361 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Gwież — Levy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-levy/taxxa ġdida li trid timponi Malta fuq il-gwież importat mill-pajjiżi li ma humiex membri ta' l-UE skond l-Integrated Tariffs of the European Communities (TARIC)?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-TARIC tal-UE jispeċifika kemm hu llum id-dazju fuq kull prodott impurtat fl-UE minn pajjiżi terzi. Dan ivarja minn prodott għall-ieħor u minn pajjiż ta' oriġini għall-iehor. L-UE hija marbuta mad-WTO li tnaqqas dawn id-dazji skond il-'GATT Uraguay Round Agreement'. Round ieħor ta' diskussjonijiet mistenni jibda f'Novembru li ġej bil-ħsieb li dawn id-dazji jkomplu jitnaqqsu mill-pajjiżi kollha tad-dinja. Barra minnhekk Malta tista' tinnegozja xi mizuri speċifiċi għal Malta sabiex il-kummerċ tradizzjonali ma jiġix imħarbat. Għaldaqstant wieħed ma jistagħx jirrispondi għall-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #9362 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Gwież — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa s-sussidju li l-pajjiż jieħu llum meta jixtri gwież mill-pajjiżi ta' l-UE u jingħata l-export refunds peress li m'huwiex membru sħiħ? Kemm fil-fatt huwa l-prezz tal-gwież (wheat, barley maize) fil-pajjiżi membri ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-'export refunds' tal-UE jvarjaw minn żmien għall-ieħor skond il-prodott u skond il- pajjiż ta' destinazzjoni skond is-suq, u skond it-'tenders' għall-esportazzjoni mill-'intervention'. Il-prezzijiet tal-qamħ, xgħir u qamħirrun ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor skond is-suq. Il-prezz taċ-ċerejali għall-'intervention' fl-UE illum huwa ta' 119.19 Euro/tunnellata.
Leg 9 PQ #9363 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Qamħ — Levy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-levy/taxxa ġdida li trid timponi Malta fuq il-qamħ li jkun importat mill-pajjiżi li m'humiex membru fl-UE? Kemm fil-fatt huwa s-sussidju li Malta llum tgawdi fuq il-qamħ importat mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm fil-fatt, fil-preżent, huwa l-prezz tal-qamħ fil-pajjiżi ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-fazi tan-negozjati mal-UE, Malta tista' tinnegozja arranġamenti specjali għal Malta sabiex il-kummerċ tradizjonali fil-qamħ bejn Malta u pajjiżi terzi jkun jista' jiġi rispettat. L-'export refunds' mill-UE fuq il-qamħ jvarja skond is-suq u skond it-tenders għall-esportazzjoni tal- qamħ mill-'intervention'. Skond l-Agenda 2000 huwa maħsub li-'export refunds' fuq il-qamħ jonqos b'mod konsiderevoli u l-parti l-kbira tal-qamħ jiġi esportat bla 'refunds'. L-'intervention price' l-ġdid għas-sena 1999/2000 huwa ta'Euro 119.19 kull tunnellata.
Leg 9 PQ #9364 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Materja prima — Sussidju

Question

Peress li Malta mhux membru ta' l-UE u għalhekk tista' timporta b'sussidju materja prima bħaz-zokkor, ross, dqiq, trab tal-ħalib, butir, eċċ, mill-pajjiżi membri ta' l-UE, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt kemm huwa s-sussidju li tirċievi Malta llum u kemm huma l-kwantitajiet importati ta' dawn il-prodotti u oħrajn essenzjali? Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-prezzijiet ta' din il-materja prima fil-pajjiżi membri ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jidher li-Onor. Interpellant għadu ma fehemx kif taħdem il-'Common Agricultural Policy' ta' l-UE. Malta ma tirċievi ebda sussidju direttament mill-UE fuq il-prodotti msemmija. Iżda l-esportaturi mill-UE jirċievu 'export refunds' li jvarjaw skond il-prodott, is-suq internazjonali u s-suq intern fl-UE. Minn żmien għall-żmien il-kummissjoni tal-komunita' Ewropeja toħroġ sejħa għall-offerti għall-esportazzjoni ta' prodotti li jkunu fl-'intervention stocks' tal-Komunita'. L-importaturi Maltin jixtru ukoll minn għad dawk l-esportaturi tal-UE li jkunu ħadu it-tender. Din is-sistema tvarja minn prodott għall-ieħor. Għaldaqstant mhux possibli li ngħati l-informazzjoni mitluba. Il-kwantitajiet li timporta Malta jiġu ppublikati fit-'Trade Statistics' li toħroġ mid-Dipartiment tal-Istatistika.
Leg 9 PQ #9326 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija ta' Malta

Question

Peress li l-Ministru fid-diskors tiegħu dwar sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea ma qalx kemm se jdaħħal aktar ir-raħħala/produtturi tal-majjal/tjur/ħalib frisk eċċ fil-prezz tal-prodott li jipproduċi u fl-istess ħin ikkonferma li dawn bi sħubija se jmorru tajjeb u ħafna aħjar, jista' l-Ministru jassumi r-responsabbilta' u jgħid kemm se jiżdied l-prezz tal-prodott tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9322.
Leg 9 PQ #9327 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Qatla

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-qatla tal-majjal żdiedet b'madwar 15,000 ras kull sena fis-snin 1997 u 1998? Għaliex fid-debate tiegħu dwar l-Unjoni Ewropea qal li din l-industrija marret ħażin meta jaf li nkiseb dan ir-riżultat u meta qabel ma kien hemm Gvern Laburista, kien jiġi mportat b'madwar 1,000 tunnellata majjal minn barra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suċċess ta' l-industrija tal-majjal ma jiddependix biss fuq in-numru tal-qatla, imma fatturi oħra ta' grading, kwalita', użin, eta tal-qatla etc.