Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies ma' l-Enemalta fis-snin 2003-2005 rispettivament u f'liema kategorija ġew ingaġġati? Kemm kien hemm nies li rtiraw jew li ġew boarded out fl-istess medda ta' żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Top management

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi s-salary structure tat-top management ta' l-Enemalta miċ-chairman 'l isfel? Kemm qed jitħallsu l-membri tal-fuel procurement board tal-korporazzjoni, inkluż nies tekniċi barranin li jistgħu qed iservu fuqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Drydocks — Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba matul din is-sena t-tarzna għamlet sejħa għall-offerti għal-lukandi lokali għall-akkomodazzjoni għall-ħaddiema barranin li ġġib Malta biex jaħdmu magħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta drydocks — Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema lukandi/kumpanniji tefgħu offerti wara sejħa mit-tarzna għal servizz ta' akkomodazzjoni matul din is-sena għall-ħaddiema barranin li ġġib it-tarzna? Jista' f'kull każ jgħid x'offerti tefgħet kull lukanda/kumpannija għal din is-sejħa matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta drydocks — Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk din is-sena t-tarzna ħassritx proċess ta' għażla għal servizz ta' akkomodazzjoni għall-ħaddiema barranin u reġgħet bdiet il-proċedura mill-ġdid? X'kienu r-raġunijiet li għalihom tħassar il-proċess ta' l-għażla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għaqdiet kulturali/każini tal-banda

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14858 u jgħid jekk l-għaqdiet kulturali, każini tal-banda u għaqdiet simili humiex meqjusa bħala organizzazzjoni kummerċjali għall-fini tal-kontijiet infushom u l-VAT u surcharges fuqhom fejn jidħlu kontijiet ta' utilities?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Knejjes/Komunitajiet Reliġjużi Parrokkjali

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14860 u jgħid jekk il-knejjes u komunitajiet reliġjużi parrokkjali - entitajiet ekklesjastiċi - humiex meqjusa bħala organizzazzjoni kummerċjali għall-fini tal-kontijiet infushom u l-VAT u surcharges fuqhom fejn jidħlu kontijiet ta' utilities?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Enemalta — Importazzjoni ta' fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jitħallasx dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel mill-Enemalta? Jekk fl-affermattiv, kemm huma dawn ir-rati ta' taxxi u għal kemm ammontaw għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dawl fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ispejjeż għall-konsum ta' elettriku sabiex jiddawlu t-toroq hux factored in fil-kalkoli li jsiru sabiex tinħadem ir-rata ta' ħlas għall-elettriku?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-ispejjeż għall-konsum tal-elettriku sabiex jiddawlu t-toroq, mhumiex factored in fil-kalkoli li jsiru sabiex tinħadem ir-rata ta' ħlas għall-elettriku.

Enemalta — Żieda fil-prezz tal-fuel

Question

Apparti ż-żieda fil-prezz tal-fuel u fis-surcharge, jista' il-Ministru jgħid x'miżuri qiegħda tieħu l-Enemalta biex taħdem b'mod aktar effiċjenti u b'hekk tikkontrolla aħjar l-ispiża u r-rendikont finanzjarju tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Impjant għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jispjega r-raġuni għala l-Enemalta ħarġet sejħa għall-provvista ta' impjant ġdid għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Enemalta għad ma' ħarġitx sejħa għall-provvista ta' impjant ġdid għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku.

PBS — Manager tal-kamra ta' l-aħbarijiet

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżultat ta' l-interviews li saru biex saret il-ħatra ta' manager tal-kamra ta' l-aħbarijiet tal-PBS?

Response (GATT, AUSTIN)

Nqis li r-riżultati ta' l-interviews li saru biex saret il-ħatra ta' Manager tal-Kamra ta' l-Aħbarijiet tal-PBS huma kunfidenzjali u m'għandhomx ikunu pubbliċi.

Air Malta — Rescue plan

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi twettaq s'issa mir-rescue plan ta' tliet snin li fih kellu jsir xogħol biex l-Air Malta taħdem b'mod differenti minn qabel? X'jonqos jitwettaq minn dan il-pjan?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li r-Rescue Plan iffirmat fis-26 ta' Mejju 2004 beda jitwettaq minnu fih. Matul l-ewwel sena ġew iffrankati spejjeż ta' Lm1.24 miljun liri fuq pagi, liema tfaddil tela' għal Lm2.2 miljun sa l-aħħar ta' Settembru 2005. Minn naħa tagħha l-Kumpanija wettqet numru ta' inizjattivi biex tfaddal f'dak li huma spejjeż amministrattivi (overheads) - dan sar proċess kontinwu. Is-servizz bl-ajru ġie rivedut u qed jiġu ffrankati ċertu spejjeż li fil-biċċa l-kbira ma kienux jagħtu valur adekwat lill-klijenti tal-Kumpanija - dan hu proċess li jkompli l'aktar għax hu marbut ma żviluppi kontinwi fis-suq. Ġew iffrankati spejjeż billi twettqet riorganizzazzjoni fl-uffiċini ta' barra minn Malta - illum qed nieħdu aktar valur ta' dak li qed jintnefaq. Fl'istess waqt bdiet u qed tkompli riforma fl-istruttura tas-Sales u l-Marketing biex il-Kumpanija taġġorna ruħha u tilqa' għal sfidi ġodda. L-Air Malta komplit issir aktar effiċjenti fl-operat tagħha f'dak li hu operating cost, għalkemm qed tħabbat wiċċa maż-żieda bla waqfien fil-prezz taż-żejt li qed jiekol ħafna minn dan is-suċess li kisbet. Waqt li aħna sodisfatti mill-progress li sar s'issa, hu meħtieġ li jsir ħafna aktar milli kien ippjanat fil-bidu mhux l'inqas minħabba li l-kompetizzjoni mistennija tiħrax aktar bil-għaġġla u s-sitwazzjoni tal-prezz taz-żejt qed dejjem aktar tiggrava.

San Ġiljan — Żbroff ta' drenaġġ fil-bajja ta' San Ġorġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa biex jinstab x'jikkaġuna l-iżbroff tad-drenaġġ fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan? Hemm xi ħjiel mnejn qed jiġi dan l-iżbroff? X'passi se jittieħdu biex dan l-iżbroff jitwaqqaf?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-iżbroff tad-drenaġġ fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan ġara għaliex waqgħu biċċiet tat-tarmac imdaqqsa fil-mejn tad-drenaġġ u s-sistema spiċċat imblukkata. Ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma ħadu azzjoni minnufih biex jirranġaw din il-ħsara. Dan l-iżbroff kien riżultat ta' blockage aċċidentali u mhux ta' ħsara permanenti fis-sisterna tad-drenaġġ.

Air Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi pjan strateġiku għandha l-Air Malta biex tiffaċċja b'suċċess l-isfidi tal-futur? X'inhuma l-miri ta' dan il-pjan u f'liema qafas ta' żmien huma ppjanati li jitwettqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Air Malta għandha pjan strateġiku maħdum fuq medda ta' tlitt snin li jibda minn April 2005. Is-suq li topera fiħ l-Air Malta llum hu tant dinamiku li huwa meħtieġ li l-pjan jiġi aġġornat kull sena jew meta żviluppi fis-suq ikunu tali li jirrekjedu aġġornament - huwa dak li jissejjah Rolling Plan. Il-mira prinċipali hi li taħt ċerti parametri l-Air Malta terġa' lura għal sitwazzjoni ta' qlieħ fi żmien ta' mhux anqas minn tlitt snin.

Air Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Air Malta s'issa biex tħejji lilha nnifisha ħalli tkompli tgħix fl-ambjent ġdid liberalizzat ta' l-avjazzjoni li jinkludi kompetizzjoni feroċi minn low cost airlines? X'passi oħra beħsiebha tieħu?

Response (GATT, AUSTIN)

L-ambjent ġdid liberaliżżat ta' l-avjazzjoni msemmi, jirriżulta mid-dħul ta' Malta fl-UE, għalkemm hu sosnut li minħabba l-globaliżżazzjoni, l-kompetizzjoni tiħrax xorta waħda. L-ambjent liberaliżżat ma wassalx biss ghall-kompetizzjoni feroċi, iżda ġab miegħu opportunitajiet ukoll. Ngħidu aħna, permezz tat-3rd package, l-Air Malta setgħat tibda ttir bejn zewġt ibliet fl-UE - Catania u Londra. L-Air Malta setgħat tibda topera ajruplani mill-Ingilterra għall-bliet oħra fl-UE. Dan kollu kabbar l-operat tal-Air Malta, b'opportunitajiet ġodda ta' dħul akbar. Dawn il-vantaġġi ma jistgħux jinkisbu waħedhom mingħajr ma jkun hemm kompetizzjoni reċiproka bħal dik tal-linji tal-ajru low cost. Biex tilqa' għal dawn l-isfidi l-Air Malta ħejjiet diversi pjanijiet ta' azzjoni. Ir-Rescue Plan iffirmat mal-Unions f'Mejju 2004 huwa ftehim mill-aktar importanti li qed jitwettaq. Il-Management tal-Air Malta qed iwettaq proċess ta' riorganizzazzjoni minn fuq s'isfel biex finalment l-Air Malta taħdem b'aktar effiċjenza, tirrispondi għall-isfidi ta' llum, u tkun aktar effettiva fil-ħidma tagħha. Sar Business Plan mill-aktar wiesa. Dak kurrenti jkopri tlitt snin minn April 2005, liema Business Plan jiġi aġġornat kull sena jew meta żviluppi fis-suq jkunu tali li jirrekjedu aġġornament. L-Air Malta tirrispondi għall-isfida tal-linji tal-ajru low cost skond il-mod kif jidħlu fis-suq fejn topera hi. Hi żżomm l-għazliet tagħha miftuħa u tieħu passi kif ikunu meħtieġa. Dawn huma ta' natura kummerċjali u għalhekk ma jistgħux ikunu speċifikati.