Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-impjegati kollha, inklużi industrijali, grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li kien hemm fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fl-1 ta' Jannar 1998 u fl-1 ta' Ottubru 2001?
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx minnhom li huma meqjusa żejda u jekk jeżistux vakanzi f' xi kategoriji ta' impjegati?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li bejn Settembru 1998 sallum daħlu 28 persuna mas-Servizz Pubbliku u l-Awtorita’ tat-Turiżmu fi gradi Industrijali.
Il-Gradi tagħhom u s-sena meta daħlu huma kif jidhru hawn taħt:-
· Dipartiment tat-Turiżmu:
SENA GRAD NUMRU TA’
IMPJEGATI
1998 xejn 0
(06/09/98 – 31/12/98)
1999 xejn 0
2000 Labourer 26
(Ex Impressed Driver)
2001 xejn 0
· Awtorita’ tat-Turiżmu:
2001 Ex Impressed Drivers 2
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, l-awtoritajiet, l-kummissjonijiet mwaqqfa mill-gvern? X' inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?
Response (REFALO, MICHAEL)
Għandi nifhem li l-Onor Membru qed tirreferi għall-Bordijiet u Awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Il-pożizzjoni hi kif jidher hawn taħt:
Irġiel Nisa
L-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta 11 -
Minn dawn 5 mhux nominati mill-Gvern
L-Istitut dwar l-Istudji Turistiċi 9 5
Minn dawn 2 mhux nominati mill-Gvern
Il-Bord tal-Lukandi u Stabbilimenti li 9 2
Jipprovdu Ikel
Minn dawn 2 mhux nominati mill-Gvern
L-ebda persuna mhux nominata mill-Gvern m’hi mara.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti biex jidħlu għal xi kors ta' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Kemm f'kull kors? Kemm ġew aċċettati studenti? Kemm f'kull kors? Kemm ġew aċċettati studenti ? Kemm f'kull kors?
Response (REFALO, MICHAEL)
RISPOSTA
--------------
Infurmat li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi rċieva 425 applikazzjoni li minnhom ġew aċċettati 213 għall-korsijiet “full time” fil-Hospitality Management, Hotel Operations, Accommodation Operations, Food Preparation and Service (Foundation), Hotel Services (Foundation).
Fit-tabella ta’ hawn taħt qed nagħti d-dettalji mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija.
Korsijiet Full-Time
Total ta’ Applikazzjonijiet
Total ta’ Applikazzjonijiet Aċ
ċ
ettati
Hospitality Management
59
20
Hotel Operations
63
20
Accommodation Operations
74
33
Food Preparation & Service (Foundation)
199
126
Hotel Services (Foundation)
30
15
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' ilmenti li saru minn studenti barranin fil-konfront tal-host families fix-xhur Mejju - Awissu 2001, xahar b'xahar? X'tip ta' ilmenti daħlu u x'passi ttieħdu mill-Awtoritajiet f'dawn il-każi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li bejn Mejju u Awissu2001 kien hemm ilment wieħed biss minn studenti barranin li kienu alloġġati ma host families Maltin.
F’Lulju missier ta’ studenta barranija lmenta li bintu ġiet trattata ħażin mill- host family. Il-Ministeru nvestiga l-każ mall- host family, mall-aġenzija li ġabet lill-istudenta, kif ukoll mall-Pulizija tad-distrett. Irriżulta li l-istudenta, flimkien ma’ studenti oħra li kienu alloġġati ma’ l-istess familja, għamlu ħsara fid-dar u anke nstabu affarijiet nieqsa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu l-kuntratt għall-ħarsien tal-kumpless White Rocks mal-Kumpanija ta' Sigurta' Group 4? B' liema valur ngħata l-kuntratt? X' servizz hija obbligata tipprovdi din il-kumpanija?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li l-Kumpanija Group 4 ilha tieħu ħsieb il-ħarsien tal-White Rocks Holiday Complex mit-13 ta’ Novembru 2000.
Is-servizz jikkonsisti f’għassa ta’ 24 siegħa, 7 ijiem fil-ġimgħa (persuna waħda) u
ħamsin patrol fil-ġimgħa minn karozza tal-Group 4, b’valur ta’ Lm427 fil-ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministru u Dipartimenti/Agenziji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 tal-lum?
Response (REFALO, MICHAEL)
Minn Jannar 2001 sal-lum l-impiegi ġodda mal-Ministeru u Dipartiment tat-Turiżmu u Entitajiet li jaqgħu taħtu huma kif ġej:
Dipartiment tat-Turiżmu
1 Principal
1 Clerk
1 Part-Time Clerk
Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu
2 Managers
2 Senior Executives
2 Clerks
*2 Senior Executives
*1 Clerk
*impjegati li ġew trasferiti mill-HCEB
Istitut għall-Istudji Turistiċi
1 Assistant Lecturer
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27804?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li sa l-aħħar ta’ Lulju kien hemm 705 residenza liċenzjata biex jilqgħu turisti f’Malta u Għawdex. Qed inpoġġi l-lista fuq il-Mejda tal-Kamra.
Residenzi li dwarhom issir applikazzjoni ġdida jiġu spezzjonati mill-Uffiċċjali tal-“Bord tal-Lukandi u Stabbilimenti li Jipprovdu Ikel” qabel ma tinħareġ liċenzja biex jiġi żgurat il-livell mistenni minnhom.
Spezzjonijiet isiru wara li l-Bord jirċievi rapporti dwar familji li allegatament iżommu għandhom numru ta’ persuni aktar milli permess. Dan l-aħħar ġew irtirati tlett liċenzji
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn host families f'Malta u Għawdex li għandhom permess iżomm għandhom persuni li jiġu jitgħallmu l-Ingliz f'pajjiżna matul din is-sena? Jista' jagħti t-tagħrif lokalita' b' lokalita'?
X'xogħol qed isir biex jiġi żgurat li qed iħarsu l-kundizzjonijiet tal-permess peress li hemm familji li jżommu għandhom studenti iżjed milli permess?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress lil-informazzjoni għadha qed tinġabar tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid x'passi tieħu l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu meta jkollha rapporti li residenti ta' lukandi bhal dik tan-New Paradise Bay li jilmentaw minn storbju ta' discos f'bajjiet qrib il jibqgħu joperaw sas-sigħat bikrin ta' filgħodu b'disturb u ħsara għall-industrija tat-turiżmu f'pajjiżna?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu ma rċevietx rapporti simili.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Proximus hijiex tagħmel xi xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mal-Ministeru tiegħu, jew xi kumpanija, agenzija jew entita oħra li taqa' taħt ir-responsabilita' tiegħu?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: X'inhu t-tip ta' xogħol? Kif saret l-għażla tal-kumpanija? Jekk saritx sejħa għall-offerti jew inkella ingħatax b'direct order? Meta l-entita' bdiet tagħmel użu mis-servizzi ta' din il-kumpanija? Xi ħlas sar lil din il-kumpanija min mindu din ingħatat ix-xogħol? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija fit-12 il-xahar li ġejjien? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija sat-terminu tal-kuntratt, fejn huwa l-każ? Xi inhuwa it-terminu tal-kuntratt fejn huwa l-każ?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li l-kumpanija Proximus mhix tagħmel xogħol ta’ relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mal-Ministeru jew ma’ xi aġenzija jew entita’ oħra li taqa’ taħt id-dikasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26608?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Membru li għall-ħtiġijiet legali l-Ministeru jinkariga lill-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali.
L-Awtorita’ tat-Turiżmu tħallas retainer ta’ Lm3,000 fis-sena lid-ditta Grech, Tortell u Hyzler.`
Jista' l-Ministru jgħati tweġiba kompleta ta' mistoqsijiet parlamentari nru. 26827 u 25547?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Peress li parti mill-informazzjoni mitluba mill-Awtorita’ tat-Turiżmu hi ta’ natura kummerċjali, qed jingħata biss l-ammont kumplessiv tan-nefqa.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar, 2001 ma kien hemm l-ebda uffiċjal minn skala 5 'l fuq jew xi konsulent li żdieditlu l-allowance jew ġie mogħti xi allowance kompletament ġdida ħlief dik li semma l-Onor. Prim Ministru fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija Parlamentari Numru 26419.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm huwa n-numru ta' studenti fl-ITS li temmew b'suċċess il-kors tagħhom full-time u part-time matul din is-sena akkademika? Jista' jgħid kemm kien hemm studenti għal kull kors rispettiv?
(PQ waslet 19/6/2001)
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li r-riżultati għal din is-sena huma mistennija għall-aħħar ta’ Lulju. Għaldaqstant tweġiba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija tingħata aktar 'il quddiem.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li fi tmiem iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni ta' l-istudenti ta' l-ITS li saret fis-sala ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi nhar il-Ġimgħa 15 ta' Ġunju, 2001 ma saritx reception kif dejjem sar fil-passat?
(PQ waslet 19/6/2001)
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li mhijiex l-ewwel darba li ma ġiex offrut riċeviment fl-okkażjoni taċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni ta’ l-I.T.S.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm konsulenti ingaġġati mal-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma dawn il-konsulenti, meta bdew il-konsulenza tagħhom u meta jgħalaq il-kuntratt rispettiv tagħhom? Jista' jgħid separatament xi ħlas qed jirċievu u x'kundizzjonijiet għandhom?
(PQ waslet 19/6/2001)
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 25547?
(PQ waslet 12/6/2001)
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub inġabar iżda peress li t-tweġiba li waslet mill-Awtorita’ tat-Turiżmu kif ukoll l-elenku ta’ pubblikazzjonijiet ġie miktub bl-Ingliż, intbagħtet lura biex tiġi maqluba għall-Malti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum?
Jista' l-Ministru jgħid separatament:
(1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru;
(2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti;
(3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti?
(PQ waslet 6/6/2001)
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien m’inhix sodisfatt li l-utilita’ ta’ l-informazzjoni dettaljata mitluba f’din il-mistoqsija tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar.
Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara’ l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.