Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk il-hospital auxiliariesli jaħdmu f'San Vincenz de Paule Residence u li f'Novembru 2006 għalqu 15-il sena fis-servizz u għalhekk suppost li ġew imsejħa għal kors ta' health assistants għadhom ma ġew imsejħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li billi n-numru ta' Hospital Auxiliaries li għalqu 15 -il sena servizz mall-Gvern, huwa kbir, qegħdin jitqassmu fi gruppi, biex jagħmlu l-imsemmi kors.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk l-impjegati f'San Vincenz de Paule Residence li għamlu l-kors ta' health assistancts f'April 2006 għadhom ma ngħatawx l-appointments ta' health assistants? Meta se jingħata dan l-appointment? Jaf l-Ministru li dan id-dewmien tellifhom il-flus? Jista' jgħid jekk l-appointment għaldaqstant hux se jingħata b'lura u dawn l-impjegati jieħdu l-flus li tilfu bl-arretrati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-impjegati msemmija li għamlu l-kors ta' Health Assistants ikunu jistgħu jieħdu l-Appointment ta' Health Assistant wara li toħroġ sejħa għall-applikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid meta d-Day Dimentia Unit f'San Vincenz de Paule Residence se jinfetaħ u jilqa' lill-anzjani li jbatu minn din il-kundizzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Activity Centre ġewwa San Vinċenz ilu jopera u jagħti servizz lill-anzjani mis-26 ta' Frar 2007.
L-Activity Centre iservi kemm għar-residenti ġewwa San Vinċenz kif ukoll bħala Dementia Day Centre għall-anzjani li jgħixu fil-komunita'. Iċ-Ċentru jinfetaħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd.
Għaliex il-cold store fil-kċina ta' San Vincenz de Paule Residence dam madwar xahar bil-ħsara? Għaliex ma ssewwiex mill-ewwel? Kemm sewa flus il-van tal-friza li ġie mikri sakemm isewwiet din il-cold store? Kemm sewa flus il-laħam li kellu jintrema' meta din il-cold store marret bil-ħsara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Largactel 100 mg la qed jingħataw lill-pazjenti u li jinħtieġuhom f'Mt Carmel Hospital u lanqas qed isibu jixtruhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pilloli Chlorpromazine 100mg qatt ma kienet out of stock fl-isptar Monte Carmeli. Huwa l-konsulent li jiddeċiedi liema pilloli jieħdu l-pazjenti taħt il-kura tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu appuntati n-nursing officers u d-deputy nursing officers li l-applikazzjoni għal dawn il-postijiet ħarġu f'April 2007? X'inhuma l-kriterji stabbiliti għall-għażla ta' dawn l-uffiċjali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' Nursing Officer u Deputy Nursing Officer qed jiġu pproċessati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC). Il-kriterji għall-għażla ta' dawn l-uffiċjali huma dawk stabbiliti mill-istess Kummissjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul il-perjodu ta' studju waqt il-course għal enrolled nurse titħallasx bolla (mill-gvern) u allura jekk jiġu kkalkulati għal fini ta' pensjoni?
Billi għal dan l-aħħar żmien kien hemm u għad hemm motor launch fi stat ta' abbandun fil-quayside qrib is-Sa Maison Boathouse f'Tal-Pieta' li tinsab infestata bil-ġrieden, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi mmedjati biex din tinqered, għaliex qed tkun health hazardgħan-nies fl-inħawi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika spezzjonaw il-quayside indikat u rriżulta li hemm avviż ta' żgumbrament fuq il-lanċa f'isem il-Kummissarju tal-Pulizija.
Ħaddiema tal-Pest Control fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa għamlu trattament intensiv fl-akkwati msemmija fis-6, fid-9 u fit-13 ta' Lulju 2007 wara li rċieva dan l-ilment mill-Kunsill Lokali rispettiv. Din iż-żona ser tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-security guards li hemm bħalissa fl-Isptar San Lua humiex se jiġu trasferiti għall-Isptar Mater Dei u jekk iva, meta?
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li flow pumps fl-Isptar Mater Dei ser jittellgħu mill-Isptar St Lukes?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema flow pumps qiegħed jirreferi minħabba li ġewwa l-isptar Mater Dei hemm varji tipi ta' flow pumps.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li l-laboratorji tal-patoloġija fl-Isptar Mater Dei ma jilħqux il-livelli rikjesti mill-Unjoni Ewropea?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-laboratorji l-ġodda tal-Patoloġija jikkonsistu minn laboratorji moderni u ta' teknoloġija avvanzata, mgħammra b'apparat sofistikat u modern.
Il-livelli ta' kwalita' tal-laboratorji ġewwa l-Mater Dei jiżbqu bil-kbir dawk ta' ħafna laboratorji ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li sodod mill-Isptar ta' San Luqa ser jiġu trasferiti fl-Isptar Mater Dei? Jista' jikkonferma jekk is-sodod fl-isptar il-ġdid hux kollha ser ikunu elettroniċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ser jiġu trasferiti 250 sodda mill-Isptar San Luqa għall-isptar Mater Dei, li dawn jitħaddmu kollh mekanikament. Is-sodod l-oħra ta' l-isptar Mater Dei jitħaddmu kollha bl-elettriku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna għaddiet bord mediku u ngħatat l-għajnuna finanzjarja neċessarja matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007?
Jista' jgħid min kienu l-membri tal-bordijiet mediċi f'dan il-perijodu u jagħti dettalji ta' kif il-bordijiet kienu komposti u jispeċifika kemm-il kaz kull bord mediku individwali kif kompost laqa' talbiet minn individwi partikolari?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid n-numru minimu ta' membri li assoċjazzjoni medika jew ta' speċjalita' medika għandu jkollha fi ħdana sabiex tirrappreżenta lill-ispeċjalita' tagħha fl-SAC (Specialist Accredition Committee)?
Jista' jgħid ukoll jekk dawn il-membri fi ħdan assoċjazzjoni iridu ikunu
full members
li jipprattikaw Malta jew jekk
associate/affiliate/adjunct members
jitqisux parti minn numru minimu rikjest mil-liġi biex assoċjazzjoni tirrappreżenta lill-ispeċjalisti fi ħdana? Jekk il-membri jridu jkunu
full-time
, xi skritunju qiegħed isir biex is-SAC taċċerta ruħha fuq l-eliġibilita'ta' dawn il-membri fi ħdan assoċjazzjoni? F'dan l-ambitu, jista' jelenka l-assoċjazzjonijiet kollha rappreżentati fl-SAC bin-numru ta' membri dikjarati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Assoċjazzjoni Professjonali rappreżentati fuq l-Specialist Accreditation Committee huma regolati permezz tar-raba' skeda ta' l-Att Nru.XII ta' l-2003 (Kap. 464) li jirregola l-Professjonijiet tas-Saħħa.
Ta' kull sena dawn l-Assoċjazzjonijiet elenkati fit-tieni parti ta' l-istess skeda huma obligati li jibgħatu lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika dak li hemm provdut fl-istess regolamenti msemmija partikolarment Art. 1, 2 u 4 (jiġifieri Rapport Annwali, kopja ta' l-Istatut, Numru ta' Speċjalisti membri, etc.).
Jekk ikun il-kaz li xi Assoċjazzjoni minn dawn ma tittemporax ruħha ma' dawn ir-regolamenti hemm provdut fl-istess Skeda li dik l-Assoċjazzjoni ma tibqax rappreżentata fuq l-SAC.
Ma jirriżultax li f'dawn l-aħħar tlett snin minn meta ġiet in vigore l-liġi kien hemm xi Assoċjazzjoni Medika li ma kinitx qegħda tittempora ruħha mal-liġi.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija l-assoċjazzjonijiet jirregolaw il-pożizzjoni tal-membri (speċjalisti) tagħhom skond l-istatut partikolari ta' kull waħda minnhom.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li fit-13 ta'Awissu 207 l-bajja tal-Balluta ġiet magħluqa għal għawm mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ħareġ avviż li ma jirrakomandax li jsir għawm fil-bajja tal-Balluta - San Ġiljan, peres li r-riżultati tal-kampjuni ta' ilma baħar meħuda minn din il-bajja jindikaw kontaminazzjoni ta' drenaġġ.
Saru wkoll spezzjonijiet fil-lokal u rriżulta li kien hemm sadd u ħsarat fil-medda prinċipali tad-drenaġġ.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri fuq l-admissions board ta' San Vincenz de Paule Residence? Kull meta jiltaqa'? X'inhija l-proċedura li jsegwi biex jiddeċiedi l-każijiet ta' admissions kemm permanentment kif ukoll fuq bażi ta' respite? Min huma l-esperti mediċi, paramediċi u ħaddiema soċjali li jiġu kkonsultati fil-proċess ta' l-admissions f'SVPR mill-bord?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri ta’ l-Admissions Board huma:
Is-Sur Saviour Sciberras – Chairperson
Dr Frank Bartolo – Superintendent Mediku, Sptar San Luqa
Dr Ronald Fiorentino – Superindent, SVPR
Is-Sur Remigio Zammit – Department Nursing Manager
Is-Sinjura Bernardette Psaila – Social Worker
Is-Sinjura Faustina Sammut – Lay Representative
Is-Sinjura Jessica Calleja – Segretarja tal-Board
Il-Board jiltaqa` regolari darba fil-ġimgħa.
Il-Board jara u jeżamina kull applikazzjoni li ssir għad-dħul kemm għall-San Vinċenz kif ukoll għad-djar tal-Gvern. L-applikazzjoni flimkien mas-
Social Re
port
tas-
Social Workers
fi ħdan d-Dipartiment ta’ l-Anzjani jipprovdu biżżejjed dettal sabiex il-
Board
ikun jista’ jagħmel deċiżjoni oġġettiva dwar kull każ. Il-Board huwa kompost minn nies ta’ professjonijiet varji li huma kapaċi sabiex jaslu għal deċiżjoni. Meta jkun hemm nuqqas ta’ informazzjoni sabiex il-Board jasal għal deċiżjoni, jiġu nterpellati professjonisti oħrajn minn San Vinċenz u mid-Dipartiment għall-Kura ta’ l-Anzjani kif ukoll tista’ tintalab aktar kjarifika mit-tabib li jkun għamel l-applikazzjoni. Dwar
respite admissions
teżististi proċedura separata li titmexxa minn tim multi-dixxiplinarju li jagħmel analiżi tal-ħtiġijiet mediċi u soċjali ta’ l-individwu u l-familja tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani direttament fis-swali ta' San Vincenz de Paule Residence mingħajr m'għaddew mill-proċedura segwita mill-admissions board u l-admissions ward matul is-sena 2007?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lll-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani li daħlu San Vinċenz mingħajr ma kien infurmat il-Board minn qabel, jammontaw għal tlieta min-nies. Dawn daħlu minn St Lukes u l-Board ġie infurmat fl-ewwel laqgħa li kien imiss.
Anzjani li daħlu ġewwa San Vinċenz mingħajr ma ddaħlu l-Admissions Ward kienu jammontaw għal għoxtin persuna. Dawn daħlu direttamentġos-swali minħabba li l-Admissions Ward kienet mimlija b'pazjenti li kienu għaddejjin mill-proċess ta' riabilitazzjoni u kien hemm diversi sodod vojta ġewwa s-swali ta' San Vinċenz. L-anzjani kollha li daħlu direttament ġos-swali għaddew mill-istess proċess li jsir fl-Admissions Ward.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani f'San Vincenz de Paule Residence, fid-djar ta' l-anzjani fil-komunita' u fis-swal ta' Mount Carmel bejn Jannar u l-aħħar ta' Awissu 2007, xahar b'xahar, minn liema lokalitajiet f'Malta u f'liema residenza intbagħtu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed nehmeż tliet listi b'risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal il-proċess biex titressaq fil-parlament il-liġi dwar is-saħħa mentali? Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha din il-liġi li marret fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-draft finali tlestiet u ntbgħatet għand l-Avukat Ġenerali dan is-Sajf. Ser titressaq il-Parlament wara li tkun finaliżżata.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-Isptar Zammit Clapp? L-assistant physiotherapists ta' Zammit Clapp se jinżammu fil-kariga li għandhom u jekk iva, minn fejn se jkunu qed jagħtu s-servizz tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Huwa ppjanat li eventwalment il-bini ta' l-isptar Zammit Clapp ser jintuża għall-pazjenti tal-Oncology.
L-Assistant Phsiotherapists ta' Zammit Clapp se jkomplu jagħtu s-servizz tagħhom fid-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fl-isptar ta' riabilitazzjoni u temporanjament fl-isptar Karen Grech.