Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1254 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Malta — Awstralja - Ftehim għall-kura b'xejn

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistix ftehim bejn il-Gvern Malti u dak Awstraljan dwar kura tas-saħħa b'xejn? Jista' il-Ministru jgħid jekk ċittadini Maltin li jkunu fuq żjara fl-Awstralja għandhomx dritt għal-kura b'xejn fi sptarijiet tal-istat Awstraljan u jekk ċittadini Awstraljani għandhomx l-istess drittijiet tal-istat Malti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant illi jeżisti ftehim bilaterali dwar servizzi tas-saħħa bejn il-Gvern Malti u l-Gvern ta' l-Awstralja; dan il-ftehim ġie ffirmat f'Lulju tal-1988 u emendat f' Awissu 1997. Skond dan il-ftehim, ċittadini Maltin li jkunu fuq żjara fl-Awstralja għandhom aċċess limitat b'xejn għas-servizzi tas-saħħa tad-diversi stati fl-Awstralja (jigifieri t-territorju kollu ta' l-Awstralja kif ukoll il-gżira ta' Cocos (Keeling) u l-gżira tal-Christmas), sa perjodu ta' sitt xhur mill-bidu tal-mawra tagħhom fl-Awstralja. Dan japplika biss f'każi ta' trattament ta' mard jew trawma li sseħħ matul il-btala u li jirrikjedi trattament ta' emerġenza qabel ma l-persuna tirritorna f'pajjiżha. Jekk il-kundizzjoni medika ta' persuna eliġibbli taħt dan il-ftehim tirrikjedi ammisjoni fi sptar, dan jiġi trattat bħala pazjent pubbliku, u l-kura medika tingħata biss fi sptar pubbliku. L-istess japplika għal ċittadini Awstraljani li jkunu għal btala f'Malta. Studenti ta' ċittadinanza Maltija li jmorru biex jistudjaw fl-Awstralja mhumiex koperti minn dan il-ftehim tant li jeħtieġ li jkollhom l-Overseas Student Health Cover (OHSC).
Leg 10 PQ #1263 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Psychiatric Unit

Question

Jista' il-Ministru jispjega kif kamra fil-ġnien tal-Psychiatric Unit tal-isptar San Luqa qed tintuża għat-trobbija ta' l-għasafar? Jikkonfermax li din il-kamra qed tintuża f'dan is-sens mill-kap ta' din il-unit stess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Huwa veru li kamra fil-ġnien tal-Psychiatric Unit ta' l-isptar San Luqa qegħda tintuża għat-trobbija ta' l-għasafar. L-uniku skop għal din il-kamra huwa li jservi bħala forma ta' terapija u żvog għal pazjenti rikoverati f'din il-Unit. Dan it-tip ta' żvog jeżisti wkoll f'ċerti swali fl-isptar Monte Carmeli. Eżempju l-Young People's Unit u l-Male Ward 8.
Leg 10 PQ #1265 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Floriana — Ċentru tas-saħħa - vann li jintuża għall-maintenance

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-vann li jintuża fiċ-ċentru tas-saħħa fil-Floriana għall-maintenance għaddiex mill-VRT?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-van li jintuża fiċ-ċentru tas-saħħa fil-Furjana għal maintenance, intbagħat għall-VRT li rriżulta li huwa tajjeb.
Leg 10 PQ #1355 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Sanita' — Leakage tad-drenaġġ - Kalkara

Question

Jista' il-Ministru jara li d-Dipatiment tas-Sanita' jieħu l-passi neċessarji kollha ħalli jitneħħa l-leakage ta' drenaġġ fil-fond numru 5, Sqaq Marine Numru 2, Kalkara peress li wara li kont għamilt mistoqsija parlamentari 786 ftit taż-żmien ilu jirriżulta li din il-problema mhix solvuta kollha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li għalkemm instab sadd fis-sistema tad-drenaġġ biswit il-fond bin-numru 5, fuq ordni tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika dan tneħħa. Infurmat ukoll li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għadu għaddej bl-investigazzjonijiet tiegħu sabiex l-inkonvenjent jiġi eliminat.
Leg 10 PQ #1156 Sitting 26 2003-07-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar tal-Gvern — Pilloli out of stock

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn pilloli out of stock taħt special items fl-isptar tal-Gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #424 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Qali — Crafts Village - latrina

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex minkejja li nbniet latrina ġdida fil-Crafts Village ta' Ta' Qali din għadha magħluqa għad-detriment tat-turisti li jkollhom jużaw il-latrina mibnija mis-servizzi Ingliżi fi żmien it-tieni gwerra? Meta nbniet il-latrina ġdida u kemm swiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għad-domanda numru 356 ta' l-Onorevoli Mario Galea.
Leg 10 PQ #1142 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Marda tal-Cancer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni bil-marda tal-cancer fis-sena 2003 sal-lum u kemm kellhom eta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li kif hemm 332 persuna li mietu bil-marda tal-kanċer matul l-ewwel ħames xhur ta' 2003 f'residenti ta' Malta u Għawdex, skond iċ-ċertifikati li waslu fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. L-etajiet ta' dawn il-persuni hija kif ġej: Eta` Numru ta' Mwiet 0-14 0 15-24 1 25-34 3 35-44 10 45-54 22 55-64 58 65-74 112 75 and over 126 TOTAL 332
Leg 10 PQ #1000 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Titqiba tal-meningite

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 706 u cioe' jista' jgħid jekk it-titqiba tal-meningite hux out of stock jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hu maħsub li din tkun fiċ-ċentri tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta għad-Domanda Numru 706 li tajt fis-Seduta Numru 21.
Leg 10 PQ #978 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa għandha 29 karozza tal-Gvern u tikri erba' karozzi oħra. Il-karozzi mikrija huma 'leased on contract'. Tnejn minn dawn il-karozzi mikrija jinkrew għal LM6.75 kuljum u jintużaw mill-uffiċjali ta' l-Environmental Health Unit bejn il-19.05.2003 sa 26.10.2003. Iż-żewġ karozzi oħra mikrija jinkrew għal żewġ persuni fil-Minsiteru tas-Saħħa, il-'Personal Assistant' - LM6.70 kuljum u l-'Assistant Private Secretary' - LM6.25 kuljum skond kif stipulat fil-memorandum of engagement.
Leg 10 PQ #1064 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti mibgħuta għall-kura barra minn Malta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 873 u cioe' jgħid kemm pazjenti ntbagħtu għall-kura barra minn Malta taħt ir-reciprocal agreement bejn il-gvern Malti u dak Ingliż f'dawn l-aħħar sitt snin, sena b'sena? X'kien it-tip ta' mard u operazzjonijiet li kienu jeħtieġu kura barra minn Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li f'dawn l-aħħar sitt snin, intbagħtu 180 pazjent kull sena għall-kura barra minn Malta taħt ir-Reciprocal Agreement bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ingliż. Dawn il-pazjenti ntbagħtu għal investigazzjonijiet u operazzjonijiet speċjalizzati fil-moħħ u fid-dahar, fl-għadam, fl-għajnejn, fil-widnejn, fl-imsaren, fil-kliewi. Intbagħtu wkoll pazjenti għal trapjanti tal-fwied u tal-mudullun u tfal għal operazzjoni fuq il-qalb.
Leg 10 PQ #1065 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern — Operazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 874 u cioe' jgħid kemm hu n-numru totali ta' operazzjonijiet li saru fl-isptarijiet tal-gvern f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni mis-Surgical Operations Register ta' l-isptarijiet ta' San Luqa u Karin Grech (SLH-KGH) għal dawn l-aħħar tmien snin. It-tabella hawn taħt turi n-numru ta' episodji kirurġiċi li saru sena b'sena. Rigward l-informazzjoni fuq Għawdex, l-Onor Membru għandu jitlob l-informazzjoni mill-Ministru kkonċernat. Sena Numru ta' Episodji Kirurġ iċ i 1995 22037 1996 22708 1997 23316 1998 24453 1999 24364 2000 24599 2001 26606 2002 27692
Leg 10 PQ #1066 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern/Privat — Inductions

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' inductions fl-isptarijiet tal-gvern u tal-privat fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Numru 868.
Leg 10 PQ #1067 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern — Ċesarji

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 869 u cioe' jgħid x'kienet ir-rata taċ-ċesarji fl-isptarijiet tal-gvern u tal-privat fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni nazzjonali dwar ir-rata taċ-ċesarji fl-isptarijiet tal-gvern u tal-privat mis-sena 1995 sa 2002. L-istatistika għal dawn l-aħħar tmien snin hija: 1995 1996 1997 1998 1999 2000 2001 2002 Numru totali ta' ċ esarji 838 867 918 960 998 1045 957 956 % ta' ċ esarji li saru fis-settur pubbliku 98% 92% 89% 87% 89% 86% 83% 88% % ta' ċ esarji li saru fis-settur privat 2% 8% 11% 13% 11% 14% 17% 12%
Leg 10 PQ #1090 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa/Sptar Stoke Mandeville — Pazjenti li jintbagħtu għall-kura

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-relazzjoni bejn id-dipartiment tas-saħħa u l-isptar Stoke Mandeville ġewwa l-Ingilterra? Meta ntbagħat l-aħħar pazjent Malti għall-kura f'dan l-isptar? Se jibqgħu jintbagħtu pazjenti bi spinal injuries għall-kura f'dan l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-relazzjonijiet bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-isptar Stoke Mandeville ġewwa l-Ingilterra huma tajbin. L-aħħar pazjent Malti ntbagħat għall-kura ta f'dan l-isptar ix-xahar li għadda. Jekk ikun hemm il-bżonn, jistgħu jintbagħtu pazjenti oħra f'dan l-isptar.
Leg 10 PQ #1091 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Programm access dimension

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema ditta ngħatat l-inkarigu li tħaddem il-programm Access Dimension fl-isptar Monte Carmeli? Din il-kumpannija rebħet il-kuntratt wara ħruġ ta' tenders, bi quotation, jew b'direct order? Meta b eda l-programm imsemmi? Minn meta beda l-programm kemm tħallas il-kuntrattur xahar b'xahar għal dan il-programm u servizzi oħra assoċjati miegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #706 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Mediċini - Meningite

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-titqiba tal-meningite hux out of stock jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hu maħsub li din tkun fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li kien hemm perjodu bejn l-ewwel ta' Mejju u d-dsatax ta' Ġunju fejn il-HIB kienet out of stock. Dan irriżulta minħabba li l-aġent lokali li kien jissuplixxi din il-mediċina abbanduna l-kuntratt u l-konsenja fl-imħażen tal-gvern skadiet fl-aħħar ta' Mejju. Saret talba lill-Finanzi biex tinxtara konsenja u din ġiet approvata. Bħalissa hemm ordni ta' 6500 doża u din mistennija tiġi pprovduta fi żmien xagħrejn. Saret ukoll xirja żgħira ta' 45 doża mis-suq lokali biex jiġu moqdija l-pazjenti. Din waslet fiċ-Ċentru tal-Furjana fid-dsatax ta' Ġunju u fil-preżent qed tingħata lill-pazjenti li jkollhom bżonnha.
Leg 10 PQ #860 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Kunċett E-Health

Question

Il-kunċett E-Health daħal f'Malta? Min ħa u/jew se jieħu responsabbilta' tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Ministeru tas-Saħħa permezz tal-'website' tiegħu li jiġi aġġornat mit-taqsima fi ħdanu ta' l-'Information Managment Unit', diġa qed joffri servizz ta' informazzjoni biex iżomm lill-pubbliku aġġornat dwar dak li qed jiġri fil-qasam tas-Saħħa. F'dan ir-rigward, diġa sar xi xogħol ta' M-Gov fejn in-'National Blood Transfusion Centre', jista jibgħat messaġġi lid-donaturi dwar tip ta' demm li jkun hemm bżonn. Proġett ieħor li sar kien, fejn tobba mis-settur privat, jibgħatu notifika lill-Ministeru tas-Saħħa dwar tilqim jew infezzjonijiet b'mod-elettroniku, flok bil-posta normali. Hemm il-ħsieb li l-Ministeru jintroduċi xi servizzi ġodda b'dan il-kunċett aktar tard is-sena d-dieħla.
Leg 10 PQ #865 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Kliniċi f' Malta u Għawdex — Permessi

Question

Liema huma l-isptarijiet u kliniċi f' Malta u f'Għawdex li għandhom permess biex jagħtu servizz ta' emerġenza jew ta' dianjosija bħal x-ray, laboratorji, operazzjonijiet,etc?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-isptarijiet pubbliċi li joffru servizzi ta' emerġenza huma l-Isptar San Luqa, u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex filwaqt li l-Isptar Monte Carmeli jammetti pazjenti psikjatriċi b'urġenza fejn meħtieġ. Sptarijiet privati ma jinħtieġux permess speċjali sabiex joffru servizzi ta' emerġenza. Dawn jistgħu joffru servizzi għall-emerġenzi fil-parametri li għalihom huma liċenzjati.
Leg 10 PQ #1061 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet/polikliniċi — Servizz ta' emerġenza

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 865 u cioe' jista' il-Ministru jgħid liema huma l-isptarijiet u kliniċi f'Malta u f'Għawdex li għandhom permess biex jagħtu servizz ta' emerġenza jew ta' dianjosija bħal x-ray, laboratorji, operazzjonijiet, eċċ.?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li diġa tajt fis-seduta numru 21.
Leg 10 PQ #1062 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Qwiebel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentaru numru 870 u cioe' jgħid x'kien in-numru ta' qwiebel impjegati mad-dipartiment ta' l-obstetrics and synaecology fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? X'kien il-budget totali ta' dan id-dipartiment kull sena tul l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Sena Numru ta' Qwiebel Pagi LM 1993 8 13,835.96 1994 51 174,487.81 1995 60 261,336.51 1996 78 370,031.64 1997 76 425,072.96 1998 89 478,941.05 1999 94 511,535.11 2000 114 601,586.27 2001 104 720,556.91 2002 109 726,752.20