Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34906 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jipparagunaw il-figuri tal-finanzi pubbliċi għall-ewwel ħames xhur tas-sena mal-projected figures tal-Ministeru tiegħu.

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan il-paragun diġa' sar b'mod dettaljat ħafna, proprju bil-figuri Jannar/Mejju 2002 paragunati ma' l-istimi għas-sena kollha, kemm fil-Gazzetta tal-Gvern tat-28 ta' Ġunju 2002 kif ukoll bil-kummentarju maħruġ mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika, immedjatament wara. Nerġansostni li dawn il-paraguni jistgħu jagħtu stampa ħażina billi d-dħul u l-ħruġ tal-Gvern m'humiex konsistenti xahar b'xahar u billi l-Gvern għadu jikkontja fuq bażi ta' cash flow.
Leg 9 PQ #34907 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Wage Freeze

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li billi ma kien hemm l-ebda żidiet fil-pagi ikkontemplati fil-kontro-proposti li ntbagħtu lill-unions għall-ftehim kollettiv ta' tliet snin minn Jannar 2002, ifissirx li l-Gvern qed jirrikorri għall-wage freeze li tant ikkritika fl-imgħoddi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-pożizjoni tal-Gvern dwar il-ftehim hu pubbliku u jafu kullħadd, wara iż-żidiet li ngħataw dan l-aħħar u li tant ġew kritikati mill-oppożizjoni, l-Gvern isostni li m'hemmx lok għal żidiet f'dan il-collective agreement. L-oppożizzjoni trid tiddeċidi l-pożizjonji tagħha u ma tibqgħax tgħix fil-konfużjoni tal-popolariżmu, li tikritika l-Gvern meta jgħati ż-żidiet u tikritika l-Gvern meta jgħid li mhux ser jgħati żidiet.
Leg 9 PQ #34961 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Data Protection Act

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma kategorikament li ma hemm ebda ksur tad-Data Protection Act fil-mod li bih l-entitajiet li qed jiġbru t-tagħrif dwar it-tax payers għat-Tax Compliance Unit qed jagħmlu xogħolhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern għandu d-dmir u l-obbligu li jiġbor informazzjoni minn għand entitajiet skond il-liġijiet eżistenti tal-pajjiż u dan isir fl-interess pubbliku, u l-infurzar kontra l-evażżjoni tat-taxxa hu fl-interess pubbliku. Nista nikkonferma kategorikament li l-Gvern ser jagħmel ħiltu kollha biex din il-liġi ma tinkisirx.
Leg 9 PQ #34962 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa dawk l-entitajiet li bħalissa qed jipprovdu lit-Tax Compliance Unit b'tagħrif sabiex jgħinuha tibni sistema ta' data warehousing fuq it-tax payers Maltin u Għawdxin? Hemm xi ħsieb li jiżdiedu inputs minn entitajiet oħrajn fil-ġejjieni qarib? Jekk iva, liema huma dawn l-entitajiet u meta mistenni jsir?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-Tax Compliance Unit bħalissa qed tiġbor informazzjoni fuq taxpayers għas-sistema ta' Data Warehousing tagħha minn dawn l-entitajiet- 1) is-sistema tal-VAT, 2) is-sistema tad-Dwana, 3) is-sistema VERA (Reġistrazzjoni tal-Vetturi), 4) ir-Reġistru tal-Kumpaniji tal-MFSC, 5) il-Common Data Base (Reġistrazzjoni Ċivili). Għadu kif sar ftehim biex is-sistema tal-Capital Transfer Duty (Kuntratti ta' bejgħ ta' proprjeta) u s-sistema tal-Liċenzji tal-Kummerċ (Trading Licences) ikunu ukoll parti mid-Data Warehouse li qed tiżviluppa it-TCU. Dawn iż-żewġ sistemi ser ikunu attivi fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa maħsub li fil-ġejjini qarib informazzjoni minn entitjaiet oħra tkun inkluża ukoll fid-Data Warehouse. Fost oħrajn dawn huma : - Is-sistema tad-DAS (informazzjoni fuq kuntratti tal-Gvern) tad-Dipartiment tat-Teżor - Ir-reġistru tal-Yachts u pleasure boats - Is-sistema Eureka tar-Reġistru Pubbliku (reġistrazzjoni ta' bejgħ ta' proprjeta' u ipoteki) - Informazzjoni mill-Awtorita' tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet tal-bini.
Leg 9 PQ #34883 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Corporate Fraud/Abuse

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl ta' dak li qed iseħħ fid-dinja ta' madwarna, il-Gvern Malti beħsiebu jieħu xi passi dwar il-corporate fraud u/jew corporate abuse ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif jaf sew, fl-1995 il-gvern ħa ħsieb li jgħaddi liġi ġdida u sostanzjali dwar il-kumpanniji, li fost ħwejjeġ oħra, introduċiet miżuri ġodda u pieni ħorox kontra diversi reati u aġir illeġittimu da parti tal-amministraturi tas-soċjetajiet u l-awdituri tagħhom. Ħafna minn dawk il-miżuri kienu ibbażati fuq il-provedimenti tal-liġi ingliża u fl-opinjoni tal-gvern huma suffiċjenti u adatti sabiex jipprovdu qafas kontra dan it-tip ta aġir. Din il-liġi ser tkompli tissaħħaħ permezz ta diversi emendi li biħsiebu iressaq quddiem din il-Kamra fix-xhur li ġejjin. Barra minn dan ninsab ċert li l-Accountancy Board qiegħed attent jissorvelja l-iżviluppi msemmija fid-domanda u qieghed iħejju liġi ġdida li għandha tipprovdi għal rijorganizazzjoni tal-professjoni tal-accountancy biex tissaħħah il-professjonalita u s-sorveljanza. Ngħid ukoll li f’Ottubru ta’ l-2001, il-Borża ta’ Malta ħarġet Kodiċi ta’ Prinċipji li jittrattaw dwar il-“Corporate Governance” applikabbli għall-kumpaniji kkwotati. Dawn il-prinċipji jirrepetu u jispjegaw il-prinċipji bażiċi nklużi fil-liġi dwar il-kumpaniji w ikomplu jżidu fuq dawn il-prinċipji bażiċi ta’ liġi biex kumpaniji kkwotati jilħqu livell għoli fit-tmexxija tagħhom, ibbażata fuq trasparenza li x-shareholders kollha u l-partijiet interessati jkunu ttrattati bl-istess mod, u fuq kollox, fuq “accountability”. Dawn il-Prinċipji huma mfasslin biex jinkoraġġixxu lill-kumpaniji kkwotati biex : · jipprovdu tmexxija fejn ikun hemm “accountability” lejn ix-shareholders · ikun hemm trasparenza fit-transazzjonijiet kollha li jinvolvu il-Board tad-Diretturi; direttur individwali; senior managers u uffiċċjali oħra tal-kumpanija f’posizzjoni ta’ fiduċja; u · jipproteġu lix-shareholders minn abbuż potenzjali minn dawk li għandhom f’idejhom it-tmexxija tal-kumpanija.
Leg 9 PQ #34705 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Lotterija Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus tal-biljetti tal-lotterija Nazzjonali li ntrebħu matul is-sena li għaddiet u din is-sena li baqgħu ma nġabrux?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' Lm7,100 jirrapreżenta rebħ li ma nġabarx għall-Lotteriji Nazzjonali li telgħu fl-2001; filwaqt li l-ammont ta' Lm3,600 huwa rebħ li ma ġiex miġbur fl-2002 għall-Lotteriji Nazzjonali ta' Frar u April, 2002. Billi r-rebħ għall-Lotterija Nazzjonali li telgħet f'Ġunju ta din is-sena għadu validu mhux possibbli li jingħad kemm il-premju ma ġiex miġbur.
Leg 9 PQ #34862 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

MALTACO

Question

Nirreferi lill-Ministru għat-tweġiba tal-mistoqsija nru. 34575, jista' jgħid minn min hija ffurmata l-kumpanija MALTACO? Min kienu s-seba` kumpanniji l-oħra li wrew interess fil-privatizzazzjoni tal-Lottu Pubbliku? Għamlu xi offerti preliminarji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Mataco Consortium hija ffurmata mil-kumapniji Intralot, L-associated Supplies Limited u l-Players Group. Fir-rigward tat-tieni mistoqsija, f’dan l-istadju ma’ jkunx prudenti li din l-informazzjoni tkun revelata minhabba li hi ta’ natura kummercjali
Leg 9 PQ #34814 Sitting 778 2002-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija 34547, jista' jgħid jekk il-permessi meħtieġa mill-ministru tal-finanzi ingħatawx biex il-Kalaxlokk tagħmel ix-xogħlijiet fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba hija fl-affermattiv.
Leg 9 PQ #34591 Sitting 777 2002-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

UE — Dazju/Tariffi fuq l-Ikel

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 33083, l-Ministru qed jikkonferma l-VAT fuq l-ikel 'le' wara sħubija, iżda dazji u tariffi fuq l-ikel wara sħubija 'iva'? Jekk fin-negattiva, għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru. 33083.
Leg 9 PQ #34405 Sitting 776 2002-07-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Serq

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna mistoqsija parlamentari 32682 - Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-minsteru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ttieħdu? Jista' jinformana wkoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001 - u jinformana x'inhija s-sitwazzjoni wara l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fid-dekasteru tiegħi kien hemm każ wieħed ta' serq mid-dipartiment tal-VAT. Dan kien safe water filter li jiswa madwar Lm30. Il-każ ġie rrapurtat l-għassa tal-Pulizija ta' B'Kara u qed issir ukoll investigazzjoni nterna biex ikun stabbilit x'wassal għan-nuqqas ta' dan l-oġġett.
Leg 9 PQ #34716 Sitting 776 2002-07-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Banek tal-Lottu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-każini tal-baned dwar il-kummissjoni li jirċievu mill-bejgħ tal-banka tal-lottu, fid-dawl tat-tibdil li sar riċentement fil-liġi u fid-dawl tal-privatizzazzjoni tal-lottu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm il-liġi għaddiet mill-Parlament din għadha ma bdietx taħdem u sakemm il-privatizzazzjoni tal-lottu tiġi finalizzata l-pożizzjoni dwar il-kummissjoni għadha kif kienet.
Leg 9 PQ #34689 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Investimenti Kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-snin 1999, 2000 u 2001 kemm investiment kapitali sar minn ċittadini Maltin f'pajjiżi oħra? Kemm kien l-ammont, sena b'sena? F'liema pajjiżi sar dan l-investiment kapitali?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji dwar l-investiment kapitali li sar minn ċittadini Maltin normalment permezz ta' entitajiet u kumpanniji reġistrati taħt l-Att ta' l-1994 dwar il-Kumpanniji fis-snin imsemmija. Dan juri li l-ekonomija tagħna qegħda timmatura.
Leg 9 PQ #34772 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Airport Taxes

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li meta faqqgħet il-kwistjoni tal-11 ta' Settembru, 2001 il-gvern Malti ma ikkunsidrax li jagħmel il-gvern Ċiprijott li neħħa l-airport taxes għall-perjodu ta' tliet xhur, liema perjodu issa ġie estiż għas-sajf li qegħdin fih minħabba li kellhom a soft market? L-istess seta applika għall-prezz tal-aviation fuel ex-Malta, għaliex jekk l-operators ma jkollhomx margini ta' qliegħ adegwat nistgħu nispiċċaw fil-qagħda li ninsabu fiha illum li klijenti li jmorru jibbukkjaw btala għal Malta jgħidlulhom li għal Malta kollox mimli, meta l-fatti jirriżultaw mod ieħor?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istrateġija tagħna kienet differenti minn dik ta' Ċipru u mmirata lejn l-operatur sew f'reklamar kif ukoll f'roħs ta' prezzijiet. Minkejja li s-suq għadu dipress, ir-riżultati tagħna huma aħjar min dawk ta' Ċipru fis-swieq ewlenini bħal dawk ta' l-Ingilterra u l-Ġermanja.
Leg 9 PQ #34834 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Investment Registration Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati investimenti minn barra l-pajjiż bejn tmiem Marzu u tmiem Ġunju 2002 taħt l-investment registration scheme?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-total ta' investiment minn barra l-pajjiż li ġie rreġistrat mill-bidu tas-sena sa Ġunju taħt l-Investment Registration Scheme ilaħħaq mal-200 miljun.
Leg 9 PQ #34632 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk intlewx il-postijiet vakanti mal-financial intelligence analysis unit? Jekk le, liema imtlew u liema għadhom vakanti? X'rimunerazzjoni qegħda titħallas lill-karigi li imtlew, fosthom tac-chairman?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Board tal-Financial Intelligence Analysis Unit qed jaħdem biex jimtlew il-postijiet ta' Direttur, ta' Analisti u ta' Skrivan. Wara sejħa għal applikazzjonijiet saru l-intervisti għall-mili ta' kariga ta' Direttur u dawk ta' Analisit. Fil-waqt illi l-Bord diġa' identifika persuna għal post ta' Direttur, ma jdumux ma jsiru l-intervisti finali għall-Analisti. Il-membri tal-Bord, inkluż iċ-Chairman, sa issa għadhom m'humiex jirċievu rimunerazzjoni.
Leg 9 PQ #34633 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — VAT

Question

B'riferenza għad-domanda preċedenti tiegħi dwar allegat abbuż tad-dwana minn importatur ta' l-aluminium profile, il-VAT no. tad-ditta konċernata li dwarha wasluli allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet qed nibgħatu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru l-investigazzjonijiet dwar il-każ imsemmi u nittama li nkun nista' nirraporta malli jkolli xi tagħrif x'ngħati.
Leg 9 PQ #34659 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Tarzna — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jintbagħtu l-arretrati tal-ftehim kollettiv tat-Tarzna lill-ħaddiema tat-Tarzna u lil dawk li illum ma għadhomx jaħdmu hemm?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #34039 Sitting 772 2002-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mill-ħlas tal-VAT mill-istabbilimenti turistiċi, separatament matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena, Jannar, Frar, Marzu u April? X'kienet is-sitwazzjoni għas-sena 2001 u 2002 għall-istess perjodu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-Gvern mill-ħlas tal-VAT mill-istabbilimenti turistiċi kien : 2001 - Jannar sa' April - Lm1,344,117.76 2002 - Jannar sa' April - Lm1,326,534.95
Leg 9 PQ #34040 Sitting 772 2002-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mill-ħlas tal-VAT mis-servizzi, separatament matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena, Jannar, Frar, Marzu u April? X'kienet is-sitwazzjoni għas-sena 2001 u 2002 għall-istess perjodu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-Gvern mill-VAT mis-servizzi kien : 2001 - Jannar sa' April - Lm13,102,045.53 2002 - Jannar sa' April - Lm14,557,479.70
Leg 9 PQ #34037 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mill-ħlas tal-VAT fuq il-fuel, petrol, lead free, diesel eċċ. mill-pompi tal-petrol f'Malta u Għawdex separatament matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm kien il-ħlas għall-istess perjodu għas-sena 2001 u 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dħul tal-Gvern mill-bejgħ ta' prodotti ta' fuel mill-Enemalta lill-pompi tal-petrol f'Malta u Għawdex għall-perjodu msemmiji fil-mistoqsija.