Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jindirizza d-domanda lil Ministru ta` l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi pendenti ta' annullament quddiem it-Tribunal Eklesjastiku?
Kemm huwa ż-żmien li persuna ddum tistenna, bejn wieħed u ieħor, qabel il-każ ikun magħluq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Tribunal Eklesjastiku huwa entita tal-Knisja u l-Ministeru tiegħi m`huwiex f`pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti bħalissa?
Liema hu l-aktar wieħed li ilu jistenna biex jibda?
Kemm hemm każijiet ta':
1 omiċidju
2 attentat ta' omiċidju
3 traffikar/pussess eċċ ta' drogi
4 serq
5 akkużi oħra
li qed jistennew biex l-akkużati jitressqu għall-ġuri?
Kemm saru ġurijiet s'issa din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bhalissa hemm tnejn u tletin(32) guri pendenti u li l-aktar wiehed li ilu jistenna jibda, jmur lura tnax-il sena - dan minhabba kawzi kostituzjonali pendenti.
Il-kazijiet huma mqassma hekk:
Omicidju 5
Attentat ta' Omicidju 5
Traffikar /pussess ecc ta' drogi 12
Serq 7
Akkuzi ohra 3
Din is-sena s'issa inqatghu 5 gurijiet u bhalissa ghaddej guri iehor.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li għandhom xi forma ta' arranġamenti u/jew ftehim ma' skejjel primarji u sekondarji tal-Gvern jew tal-Knisja dwar l-użu ta' l-istess skejjel jew ta' partijiet minnhom fil-ġranet u l-ħinijiet ta' wara l-iskola?
Jekk hemm dawn l-arranġamenti jew ftehim liema huma l-kunsilli lokali li għamluhom, ma' liema skejjel u f'hiex jikkonsisti tali arranġament jew ftehim?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kemm il-Ministeru tiegħi kif ukoll id-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, ma jżommu din it-tip ta` statistika.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li assumew id-devoluzzjoni totali tat-tqegħid ta' lampi ġodda u manutenzjoni ta' dawk eżistenti?
Jekk wara din id-deċiżjoni ta' prinċipu sarx minn dawn il-kunsilli x-xogħol tekniku neċessarju biex din id-devoluzzjoni tiġi fis-seħħ?
Jekk fl-affermattiv meta dawn il-kunsilli se jibdew jassumu r-responsabbilta' tat-tqegħid ta' lampi ġodda u l-manutenzjoni ta' dawk eżistenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Minkejja li ebda Kunsill Lokali ma irrifjuta d-devoluzzjoni tat-tqegħid ta` lampi ġodda u manutenzjoni ta` dawk eżistenti, l-ebda Kunsill jew grupp ta` Kunsilli Lokali għadu ma ngħata din id-delega peress li jew qegħdin fil-fazi tal-`award` tat-`tenders` relativvi jew id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin. Hu mistenni pero` li din id-delega toħroġ f`qasir żmien.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-flus li jiddaħħlu minn pieni li jiġu esegwiti mill-qorti fil-konfront ta' moħqrija tal-annimali jidħlu ġo fond apposta li imbagħad jitqassam lis-soċjetajiet NGO's li jittrattaw l-annimali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-flus li jidħlu minn pieni li jiġu esegwiti mill-Qorti, imorru fil-fond konsolidat.
Dwar it-twaqqif ta` fond apposta li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, nissuġġerixxi li t-talba għandha ssir lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqalgħu kawżi mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Ingustizzji, kontra xi dipartimenti jew entita' governattiva u jagħti d-dettalji?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat għall-għajnuna legali fil-Qrati Maltin? Matul is-sena 2001 kemm kien kien hemm każi fejn intalbet l-għajnuna legali? Kemm-il darba intlaqet? Meta ġiet rifjutata x'kienu r-raġunijiet principali għall-dawn? Jista' jagħti l-figuri għall-Qrati Inferjuri u dawk Superjuri f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru, issa li saru l-elezzjonijiet tas-sindki u l-viċi sindki fil-lokalitajiet fejn saru l-elezzjonijiet tad-9 ta' Marzu li għadda jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa u aġġornata tas-sindki u l-viċi sindki kollha ta' Malta u Għawdex u fejn dawn jistgħu jkunu kkuntattjati?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Issa li l-kunsilli lokali kienu infurmati bl-allokazzjoni tagħhom għal din is-sena, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif dwar l-allokazzjoni lil kull kunsill lokali u kif din hi maqsuma?
Issa li saru magħrufa l-allokazzjonijiet tal-kunsilli lokali għal din is-sena, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-allokazzjoni għal kull sena lil kunsill lokali mit-twaqqif tagħhom 'il hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kontravenzjonijiet mhux ta' traffiku rapportati mill-gwarjani lokali tul is-sena 2001?
Jista' jaqsamhom lokal b'lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ġew mogħtija lill-kunsilli lokali permezz ta' devoluzzjoni sal-lum?
Kemm u fuq liema propjeta' hemm talbiet għad-devoluzzjoni li għadhom qed jiġu proċessati?
Il-kunsill lokali ta' Ħ'Attard għamel talba għad-devoluzzjoni tal-propjeta magħrufa bħala biċerija fi Triq il-Pitkali?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Rigward id-devoluzzjoni tal-proprjeta magħrufa bħala Biċċerija l-Antika fi Triq il-Pitkali, Attard, ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Attard diġa għamel talba għal din id-devoluzzjoni pero` għad irid jissottometti rendikont ta` l-ispejjez involuti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm shelters ta' żmien it-tieni gwerra Ħal Tarxien
u fejn qegħdin?
Fejn qiegħed id-dħul u l-ħruġ tagħhom?
Hemmx xi ħsieb li minħabba n-natura storika tagħhom dawn jitnaddfu u jinfetħu
għall-użu turistiku?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub illi jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jgħid f'liema stadju waslet il-kawza li Martin Gaffarena qed jagħmel kontra l-ex Assistant Kummissarju Joe Psaila u l-Gvern dwar allegazzjonijiet ta' frame up li allegatament Psaila għamel kontra l-istess Gaffarena meta kien fil-pulizija; jekk kienx hemm xi tentattivi biex il-kawza tiġi transatta minn naħa tal-gvern u x'kien ir-riżultat ta' dawn it-tentattivi.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li quddiem l-istitut ta' Cini l-Ħamrun il-bankina ilha maqlugħa aktar minn 3 ġimgħat?
Peress li f'dan l-istitut hemm residenti anzjani, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex ix-xogħolijiet meħtieġa jsiru mmedjatament u bla aktar telf ta' ħin u ta' nkonvejnjent għall-pedestrians?
Jekk fl-affermattiv meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
X’kienu il-konklużjonijiet li wassal għalihom f‘ Marzu 89 il-maġistrat inkwerenti fl-inkjesta dwar is-sejbien ta’ katavru fil-Buskett, liema konkluzjonijiet intbgħatu lill-Avukat Ġenerali? Meta fl-Lulju ta’ 89 l-Avukat Ġenerali bagħat lura l-inkartament lil Dr David Scicluna, x’kienu preċiżament it-terms of reference li fuqhom kellu jaġixxi il-Maġistrat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi peress li l-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom mexjin il-konkluzjonijiet tal-Maġistrat fl-inkjesta f`dan l-istadju huma konfidenzjali u għalhekk ma tistax tingħata informazzjoni dwarhom u anqas tista` tingħata informazzjoni dwar xi terms of reference li l-Avukat Generali seta` deherlu li għandu jikkomunika lill-Maġistrat inkwirenti.