Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tatx kas tal-fatt li l-area fejn twaħħlet antenna tat-telekomunikazzjoni (ċioe fi 199, Triq iż-Żewġ Mini, Senglea) hija post dens ta' abitazzjoni, ta' l-oppożizzjoni tar-residenti għat-twaħħil ta' din l-istess antenna, kif wkoll ta' l-effett ħażin għas-saħħa u għall-ambjent li tista' tħalli din l-antenna
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-permess għall-applikazzjoni PA 6739/00, għat-twaħħil ta` "telecommunication antennae" fuq 199 Triq iż-Żewġ Mini, Isla, inħareġ fis-26 ta` Marzu 2001. Rigward periklu, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ġiet infurmata, permezz ta` ittra datata 17 t`Awissu 2000 mid-Dipartiment tas-Saħħa, li l-"mobile phone base stations" ma jikkawżawx periklu għas-saħħa sakemm jiġu osservati gwidi internazzjonali għall-installazzjoni ta` dan it-tip t`apparat.
Peress li l-Kunsill Lokali Senglea oggezzjona għat-twaħħil ta' telecommunication antenna fi Triq iż-Żewġ Mini Senglea, u peress li fid-deċiżjoni tagħha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tatx kas ta' din l-oggezzjoni magħmula mill-Gvern Lokali tal-Isla, u allura ħarġet il-permess, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandhiex tagħti widen lill-kelma tar-residenti riflessa f'petizzjoni ta' aktar minn 200 firma u din l-antenna titneħħa minn fejn hi u b'hekk isserraħ ras ir-residenti?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 30623 u Nru. 30627 f`din l-istess Seduta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' tal-Ippjanar taħsibx li l-Kunsilli Lokali għandhom ikollhom xi poteri (u allura t-talbiet tagħhom milqugħa) quddiem dak li jsir fil-lokal tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-oggezzjoni tal-Kunsill Lokali, Senglea ġietx diskussa għall-applikazzjoni PA 006739/00? Jista' l-Ministru ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-eżistu ta' din id-deċiżjoni?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30623 f`din l-istess Seduta, ninsab infurmat illi l-ittra ta` oġġezzjoni mill-Kunsill waslet għand l-Awtorita` fit-8 ta` Frar, 2001, mentri l-perijodu li fih setgħu jintħaqgħu l-oġġezzjonijiet kien skada fl-4 ta` Frar 2001. L-ittra tal-Kunsill tpoġġiet fil-file ta` l-applikazzjoni, u l-permess inħareġ fis-26 ta` Marzu 2001.
Infurmat ukoll illi l-kopja tal-petizzjoni mir-residenti kontra l-istallazzjoni ta` l-apparat waslet għand l-Awtorita` aktar minn sitt xhur wara minn meta nħareġ il-permess.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda 22740 jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza tas-Silġ biex lura f'iden l-Gvern u jekk le x'inhuwa previst li jsir fil-futur qrib?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nagħmel referenza għal risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29476, infakkar li l-Fortizza tas-Silġ hija mogħtija b`kera lil terzi persuni u mhux previst li jsir kambajment fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kien hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-:
1 bini ta' skejjel ġodda?
2 Estensjoni ta' skejjel ġodda?
Minn min saret kull applikazzjoni?
Meta saret?
F'liema lokalita?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, ġew sottomessi lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar 26 applikazzjoni għal bini ta` skejjel akkademiċi ġodda jew estensjonijiet lil skejjel akkademiċi. Id-dettalji ta` l-applikazzjonijiet hawn fuq imsemmija huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda nru. 22740 jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza San Rokku jew partijiet minnha hiex lura f'idejn l-Gvern u jekk le x'inhuwa previst li jsir fil-futur qarib?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-fortizza ta` San Rokku fil-Kalkara hija mogħtija ċens temporanju lil terzi u mill-informazzjoni li għandha s`issa t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ma jirriżultax li huwa previst xi kambjament fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda 20989 jgħid x'kien id-dħul minn ċnus u kirjiet u possibbilment separatament li kien hemm fl-uffiċċju konġunt din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-dħul tal-Uffiċċju Konġunt minn ċnus, qbiela u kirjiet din is-sena, sal-10 ta` Diċembru, kien kif ġej:-
Ċnus u qbiela - Lm312,672
Kirjiet ta` bini - Lm 53,650
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda 22740 jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza ta' Delimara jew partijiet minnha hiex lura f'idejn l-Gvern u jekk le x'inhuwa previst li jsir fil-futur qarib?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nagħmel referenza għal risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29476, infakkar li l-Fortizza ta` Delimara hija mogħtija b`kera lill-terzi persuni. Qegħdin isiru taħditiet mal-inkwilin biex forsi jintalaħaq ftehim amikevoli.
B'referenza għar-raba' li ttieħdet fl-Aħrax tal-Mellieħa li kien saqwi tant li jirriżulta li hemm ġiebja ta' l-ilma li ilha mibnija għall-dawn l-aħħar 100 sena, jista' l-Ministru jinfurmani kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma rikonoxxietx dan ir-raba' saqwi?
Jikkonferma l-Ministru li d-Dipartiment ta' l-Artijiet kien irċieva tagħrif mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li dan ir-raba fil-fatt huwa saqwi?
Response (BORG, TONIO)
Jekk il-mistoqsija qed tirreferi għas-sit li fuqu nħareġ il-permess għall-camping site, ninsab infurmat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar illi skond id-Dipartiment ta` l-Agrikoltura u Sajd, l-art hija kkunsidrata bħala "low potential irrigated area" minħabba li qiegħda viċin ħafna tal-baħar.
Jista' l-Ministru jgħid bħalissa x'inhu n-numru ta' pulizija li hemm fil-korp tal-pulizija?
Kemm kien hemm membri tal-korp li spiċċaw fl-2001 talli:
! laħqu l-eta' tal-irtirar?
2 għalqu il-25 servizz?
3 tkeċċew mis-servizz?
4 mietu?
5 irriżenjaw?
F'kull każ jista' jagħti r-rank tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-persuna applikat għaċ-ċittadinanza doppja matul din is-sena?
Kemm il-applikazzjoni ġiet rifjutata?
X'inhu t-total ta' persuni li applikaw għall ċittadinanza doppja mindu ġiet approvata il-liġi?
Kemm ġew aċċettati?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25175, hawn taħt tidher l-informazzjoni mitluba:-
2000
2001
Għadhom jistennew risposta
Talbiet li ġew miċħuda
Numru ta` persuni li jikkwalifikaw (awtomatikament) biex iżommu żewġ ċittadinanzi
1,352
1,131
398
-
Numru ta` persuni li ġew reġistrati bħala ċittadini Maltin
512
1,031
275
98
Numru ta` persuni li ġew naturalizzati bħala ċittadini Maltin
75
128
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet il-kwistjoni dwar ta' min hi l-art li fiha nvoluta l-familja li isimha qed jintbagħat separatament?
Meta se jkun hemm soluzzjoni għal din il-kwistjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kwistjoni dwar min hu l-proprjetarju ta` l-art li għamel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant tiddependi mill-eżitu tal-kawża li kienet għamlet il-familja nvoluta quddiem il-Qorti Ċivili.
Il-kawża qiegħda għar-rapport, u s-smiegħ li jmiss huwa appuntat għall-20 ta` Frar, 2002.
Jista' l-Ministru jgħid jistax l-kumitat tat-tiswija tat-toroq jikkkunsidrax favorevolment biex l-isem ta' Triq tal-Ħandaq jinbidel għal Triq John Michael Testa b'ġieħ għal din il-persuna li tant iddedikat ruħha għall-Junior Lyceum ta' l-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-isem tat-triq li rrefera għaliha huwa wieħed toponomastiku. Dan ma jeskludix illi tali suġġeriment jiġi ikkunsidrat għal xi triq oħra f`dawn il-viċinanzi.
L-Awtorita` ta` l-Ippjanar ippublikat għall-konsultazzjoni pubblika l-Pjan Lokali għall-Majjistral ta` Malta f`Lulju 2001. Is-sit li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa kopert bil-policy NWML 26 - Area for Garage Businesses fl-istess Pjan.
Il-konsultazzjoni pubblika fuq dan il-Pjan għalqet, u l-Awtorita` issa ser tieħu konjizzjoni tal-kummenti tal-pubbliku u tirrevedi l-Pjan fejn meħtieġ.
L-Awtorita` għandha applikazzjoni pendenti għal żvilupp ta` kumpless residenzjali fuq is-sit tal-barriera magħrufa bħala 'tal-blu'.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda parlamentari nru. 22740, jinforma lill-Kamra f'idejn liema dipartiment tinsab il-Fortizza tal-Mosta u x'qed jiġri preżentement minnha u tistax tiġi miftuħ għall-pubbliku b'dak li fiha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Fortizza tal-Mosta qiegħda f`idejn il-Forzi Armati ta` Malta, u għalhekk l-Onor. Membru huwa mitlub jirreferi t-tieni parti tad-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda nru. 22740, jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza ta' Bengħajsa jew partijiet minnha biex lura f'idejn l-Gvern u jekk le x'inhuwa previst li jsir fil-futur qarib?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nagħmel referenza għal risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 29476, infakkar illi l-Fortizza ta` Bengħajsa hija mogħtija b`kera lil terzi persuni taħt erba` kirjiet differenti u mhux previst li jsir kambjament fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda 22740, jinforma lill-kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza ta' Bingemma jew partijiet minnha hiex lura f'idejn l-Gvern u jekk le x'inhuwa previst li jsir fil-futur qarib?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nagħmel referenza għal risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29476, infakkar li l-Fortizza ta` Binġemma hija mogħtija b`kera lil terzi persuni u mhux previst li jsir kambjament fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għad-domanda nru. 22740 jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza ta' Żonqor jew partijiet minnha hiex lura f'idejn l-Gvern u jekk le, x'inhuwa previst li jsir fil-futur qarib?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nagħmel referenza għal risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29476, infakkar li l-Fortizza ta` Zonqor hija mogħtija b`kera lil terzi persuni u mhux previst li jsir kambjament fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nutara gradwati bħalissa li qegħdin jistennew li jsir l-eżami għall-warrant biex jkunu jistgħu jeserċitaw il-professjoni? Jista' jgħid meta huwa previst li jsir l-eżami tal-warrant li jmiss?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 8 nutara gradwati li qegħdin jistennew li jsir l-eżami għall-warrant. Huwa ippjanat li l-eżami tal-warrant li jmiss ser isir kmieni s-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid meta il-minerals subject plan kien ikkomissjonat, lil min, meta tlesta u kemm sewwa? 2) Min kienu il-konsulenti tal-kumpanija li għamlet il-minerals subject plan li ħadmu fuq il-pjan u xi esperjenza kellhom? 3) Kemm il-impjegati fi grad I professjonali ġew inġaggati mal-environment management unit f'dawn l-aħħar tlett snin; 4) Kemm il-konsulenza l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaddew lil-żewġ persuni li isimhom qed jintbagħtu separatament? Jista l-Ministru jgħidilna liema huma, f'isem min ħadmu u kemm tħallsu? 5) Meta il-persuna li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament daħal jaħdem fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar u f'liema grad? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra koppja tal-applikazzjoni ta' Mallia meta applika biex jidħol jaħdem l-Awtorita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
1) Il-Minerals Subject Plan ġie kommissjonat lil Entec UK Ltd abbażi ta` Tender T036/98 li għaliha intefgħu ħdax-il offerta li minnha rriżulta li l-prezz skond l-offerta mitfuha minn Entec UK Ltd kienet l-orħos waħda. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar fit-12 ta` Mejju 1999 iffirmat kuntratt ma` Entec UK Ltd sabiex ikun jista` jinbeda x-xogħol fuq il-Minerals Subject Plan. Il-Minerals Subject Plan għadu ma tlestiex. L-istima tat-tender sabiex ikun jista` jsir il-Minerals Subject Plan kienet tammonta għal Stg 43,795.30 (approx. Lm26,395.24)
2) Il-Minerals Subject Plan ġie fformulat minn tim ta` Entec UK Ltd immexxi minn wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija, Dr. Ian Cromie, li kien responsabbli biex jitfassal dan il-Pjan. Dr. Ian Cromie għandu First Class Degree fl-Ippjanar u PhD fl-Aggregate Planning. Dan il-konsulent qabel ġie mpjegat mill-Etnec ħadem għall-UK`s Quarry Products Association (QPA) bħala Planning Policy and Research Officer b`responsabbilita` biex jagħti pariri u għajnuna lill-industrija tal-minerali fil-minerals planning, environmental and planning legislation li jinkludi ukoll Mineral Planning Guidelines (MPG) u policies ta` l-Ewropa. Huwa għandu esperjenza konsiderevoli fil-Mineral Local Plan (MLP`s) UDP`s u Structure Plans. Kien ukoll involut f`inkjesti għal 5 MLP`s fl-Ingilterra u 1 fl-Iskozja. Kellu wkoll sehem fil-preparazzjoni ta` 4 county structure plans. Dr. Ian Cromie fl-aħħar 10 snin kien iffukat fuq il-Minerals Planning u issues oħra relatati.
3) In-nies li jiġu mpjegati m`humiex impjegati ma` section jew unit partikolari imma ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u imbagħad jiġu ppustjati skond il-bżonnijiet tal-organizzazjoni. F`dawn l-aħħar 3 snin ġew ingaġġati 4 persuni fi gradi professjonali mill-Awtorita` li kienu mpoġġija fl-environment management unit.
4) Dawn il-persuni tqabbdu mill-Awtorita` fuq numru ta` xogħlijiet kif elenkat hawn taħt:
Stħarriġ fuq Għar il-Friefet, somma ta` Lm63.25 mħallas lil Joseph A. Borg fid-9/9/97
Video survey ta` taħt il-baħar fl-akwati tal-proġett tal-Hilton għas-somma ta` Lm57.50 lil Joseph A. Borg fl-14/10/99
Spejjeż u servizzi professjonali konnessi ma` stħarriġ dwar l-irtirar ta` garanzija bankarja tal-Hilton għas-somma ta` Lm775.00 lil Professur Patrick Schembri fil-31/10/99
Dawn il-persuni kienu wkoll involuti bħala parti minn grupp ta` esperti mqabbda mill-Malta University Services Ltd fuq numru ta` konsulenzi għall-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
5) Is-Sur Adrian Mallia ġie ingaġġat mill-Awtorita` fl-1 ta` Settembru 1994 fi Grad B.