Legislature:
Category:
Reset
Active:

Spezzjoni fit-tuck shops

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saru spezzjonijiet fl-iskejjel ta' l-istat, tal-Knisja u tal-privat f'din is-sena skolastika biex jiġi zgurat li mit-tuck shops/canteensta' l-iskejjel qed jinbiegħu biss ikel u xorb li jgħin is-saħħa tat-tfal? F'kemm-il skola sar dawn l-ispezzjonijiet? Instabu xi rregolaritajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Healthy Eating Lifestyle Plan (HELP) ġiet introdotta din is-sena u skond il-pjan imfassal fiha, l-iskejjel iridu jibdew jikkonformaw magħha minn Jannar 2008.

Manutenzjoni rikorrenti

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28211, jista' jagħti breakdown ta' kif intnefqu Lm30,000 fuq manutenzjoni rikkorenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Repairs and Maintenance work Lm Construction works & plastering works 765.23 Repair of depilated and steel reinforcement for the concrete columns 16831.96 Laying of concrete screed over ramp in diving pool 8032.50 Floodlighting maintenance 617.68 Repairs and Maintenance to scoreboard 2265.83 Paints 1486.80

PSD

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W411 u jgħid f'liema snin qed jiġi mgħallem is-suġġett tal-PSD u kemm għandhom lezzjonijiet fil-ġimgħa skond kull każ? Kemm hemm għalliema li qed igħallmu dan is-suġġett? Kemm daħlu għalliema f'dawn l-aħħar tlett snin separatament? Jista' jgħid jekk jeżistux vakanzi f'dan is-suġġett u kemm hemm għalliema li applikaw u għadhom ma ġewx magħżula biex igħallmu l-PSD?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Skejjel ta' l-Istat - Fis-Settur Primarju qed jiġi mgħallem fil-Year 4, 5, 6 u 7. It-tfal għandhom lezzjoni waħda fil-ġimgħa. Fil-bidu tas-sena kien hemm 45 għalliem/a ta' dan is-suġġett. Tlett snin ilu daħlu 6 għalliema ġodda, Sentejn ilu daħlu 2 u din is-sena daħlet għalliema ġdida. Ma jeżistu l-ebda nuqqasijiet t'għalliema tal-PSD fil-Primarja. Fis-Settur Sekondarju hemm 132 għalliem/a li jgħallmu l-PSD bħala main subject u 20 bħala subsidary subject. Tlett snin ilu daħlu 8 għalliema ġodda, Sentejn ilu daħlu 2 u din is-sena daħlu 4 għalliema ġodda. M'hemmx vakanzi f'dan is-suġġett. Kien hemm 36 persuna li għaddew mill-intervista tal-PSD u 32 minnhom għadhom qed jistennew biex jiġu mpjegati. Skejjel tal-Knisja - L-PSD jiġi mgħallem mill-Form 1 sal-Form 5 u l-maġġoranza ta' l-iskejjel għandhom lezzjoni waħda fil-ġimgħa f'kull Form. In-numru ta' għalliema hu ta' 50. Tlett snin ilu daħlu 7 għalliema ġodda, Sentejn ilu daħlu 7 u din is-sena daħlu 8 għalliema ġodda. Skejjel Indipendenti - L-PSD jiġi mgħallem mill-Form 1 sal-Form 5 u l-maġġoranza ta' l-iskejjel għandhom lezzjoni waħda fil-ġimgħa f'kull Form. In-numru ta' għalliema hu ta' 7. Tlett snin ilu daħlet għalliema ġdida, Sentejn ilu daħlu 3 u din is-sena daħlet 1 għalliema ġdida.

Kapijiet u Assistenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W409 u jgħid min huma l-Kapijiet u Assistenti Kapijiet fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' Malta u Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W357 u jgħid x'inhi r-raġuni li fl-aħħar ġurnata ta' l-iskola fl-MCAST ġiet mibdula t-time-table b'konsegwenza li eżami ta' l-accounts li kellu jsir fit-22 ta' Ġunju ta' din is-sena issa ġie mressaq għas-6 ta' Ġunju? Japprezza li l-istudenti għandhom eżamijiet oħra u jkunu anke qassmu x-xogħol tagħhom skond it-time-table oriġinali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-timetable annwali għall-Accounting fil-livell avvanzat għal studenti ta' l-ewwel sena fil-Matriculation Certificate Course kienet mibdula fil-bidu ta' Mejju u mhux fl-aħħar ġurnata ta' l-iskola (il-ġimgħa l-1 ta' Ġunju). Kienet ippublikata għall-istudenti immedjatament fil-bidu ta' Mejju. Ir-raġuni għall-bidla kienet minħabba li waħda mill-istudenti kienet qed tipparteċipa fil-Logħob tal-Pajjizi z-Zagħar u kien hemm talba mill-Kumitat Olimpiku biex tiġi rranġata t-timetable biex l-istudenta tkun tista' tipparteċipa fil-logħob u tkun tista' taqgħod għall-ezamijiet fl-istess ħin. Dawn l-istudenti ta' l-Accounting jidher li ma rawx in-notice board għalkemm dejjem kienu avzati (u kienet miktuba fil-handbook tagħhom) biex jiċċekkjaw in-notice boards kuljum. L-unika timetable li ħarġet jumejn qabel l-aħħar ġurnata ta' l-iskola, u mhux fl-aħħar ġurnata, hija t-timetable li tindika l-allokazzjoni tal-kmamar. L-allokazzjoni tal-kmamar toħroġ dejjem ezatt qabel l-ezamijiet. L-istudenti kollha tal-Matriculation Certificate Course kienu jafu b'dawn il-bidliet minn ġimgħat qabel. Jidher li dawn il-ħames jew sitt studenti biss ma kienux jafu.

Karta ta' l-eżami tal-farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W360 u jara x'inhi r-raġuni li fil-karta ta' l-eżami ta' l-ewwel sena tal-farmaċija ġewwa l-Universita' ta' Malta kien hemm partijiet importanti mill-istess karta fejn ma kenux koperti matul din is-sena akkademika? X'impatt ser ikollu dan il-fatt fuq l-istudenti jekk ma jġibux marki biżżejjed sabiex ikomplu dan l-istess kors fit-tieni sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirrizultax li f'xi karta ta' l-ezami ta' l-ewwel sena tal-Farmaċija ta' l-Universita' ta' Malta kien hemm partijiet importanti mill-istess karta fejn ma kinux koperti matul is-sena akkademika. Madnakollu jekk xi student/a għandu xi diffikulta', dan hu mistieden ikellem lill-kap tad-dipartiment kif dejjem isir meta jkun hemm il-bzonn.

Riżenji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W430 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26704, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm riżenji minn bordijiet, awtoritajiet, fondazzjonijiet u kumitati oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru? Jekk fl-affermattiv, min huma u meta rriżenjaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li l-bidliet li saru ta' membri fuq bordijiet imsemmija kien riżultat ta' għeluq ta' terminu ta' l-istess bordijiet.

Liceo Mikiel Anton Vassalli

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28568 u jgħid liema klassijiet fil-Liceo Mikiel Anton Vassalli tal-Handaq huma bla għalliema fl-istudji tal-kompjuter? Meta l-istudenti se jingħataw dawn l-għalliema li bħalissa huma nieqsa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn nhar it-Tnejn, 5 ta' Novembru, 2007, l-istudenti li għandhom studji tal-kompjuter fl-iskola sekondarja subien fil-kulleġġ Sant'Injazju għandhom l-għalliema meħtieġa.

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Universita' ta' Malta għandix rabta ma' Gian Pietro Caliari li jgħid li huwa Professur ta' l-istess Universita' (Ref: http://www.gianpietrocaliari.eu/?page_id=2)

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Laboratorji

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W423 u jgħid matul is-sena li ninsabu fiha kemm inbnew laboratorji tax-xjenzi, tat-teknoloġija u tal-lingwi? Fejn inbnew dawn il-laboratorji u kemm ġew jiswew?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif li laħaq wasal fl-uffiċju ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tagħrif dwar il-laboratorji tax-Xjenza u tal-Lingwi għadu qed jinġabar.

Master plan ta' l-MCAST

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W421 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-master plan tal-Campus ta' l-MCAST? Meta saret l-applikazzjoni mal-MEPA? Jista' jgħid ukoll kif saret l-istima ta' Lm50 miljun u fhiex tikkonsisti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-applikazzjoni ta' l-Outline Development Permit mall-MEPA saret fl-10 ta' Awissu 2007. Dwar il-kopja tal-Master Plan tal-Campus ta' l-MCAST nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 26521. Informat ukoll li l-akbar spiza se tkun għall-izvilupp tal-Kampus kif ġie indikat minn Mangion and Mangion. Informat ukoll li spiza addizzjonali tinkludi l-ispejjez professjonali, il-permessi, il-makkinarju, l-għamara, l-istrutturi temporanji, il-mobilization u l-migration.

Għalliema peripateċipi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema peripatetiċi u x'inhu s-suġġett li huma qed ighallmu? Kemm huma il-lezzjonijiet li huma jagħmlu f'kull skola bħala average fil-ġimgħa? Jista' jgħid ukoll liema huma dawk is-suġġetti peripatetiċi li għandhom Ufficjal Edukattiv u/jew subject co-ordinator? Jista' jgħid jekk dan is-servizz ta' l-għalliema peripatetiċi hux se jibqa' jiġi provdut b'mod ċentrali?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — Korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W418 u jgħid x’inhi r-raġuni li l-istudenti li kienu qed jagħmlu kors part-time l-MCAST fit-2D Computer Aided Draughting & Design AutoCAD għadhom ma għamlux l-eżami tat-teorija li normalment isir on line? Meta huwa maħsub li dan isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 28559.

Warrant permanenti

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W414 u jgħid x’inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma ngħatatx warrant permanenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna konċernata ma tikkwalifikax għal dan il-warrant kif jitlob l-Att ta' l-Edukazzjoni Kapitolu 327 - Artiklu 11 (3c).

Studenti li ma jattendux skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kazijiet ta' studenti li mill-bidu ta' din is-sena skolastika sal-lum ma bdewx jattendu l-iskola u l-iskola ma ġietx infurmata dwar dan, jew inkella li l-istudenti ġew trasferiti f'xi skola oħra? X'passi jittieħdu f'dawn iċ-ċirkustanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu jrid jinġabar peress li s-sena skolastika ilha biss xahar li bdiet.

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28539 u jgħid kemm hemm persuni diżabbli li qed jattendu xi kors fl-MCAST? Jista' jgħid f'liema istituti jattendu u liema kors qed jieħdu? Jista' jgħid kemm hemm studenti (abbli u diżabbli) b'kollox f'MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ studenti bi ħtiġijiet speċjali fl-2007 – 2008 huwa ta’ 117 student. Inkluz f’din il-figura hemm : 3 studenti bi problemi severi ta’ smiegħ fuq in-National Diploma in Construction fl-Istitut tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Student wieħed bi problemi severi ta’ smiegħ fuq it-Technician Diploma in Motor Vehicle Engineering fl-Istitut ta' l-Inġinerija Mekkanika. Student wieħed bi problemi severi ta’ smiegħ fuq il-First Diploma in Art & Design fl-Istitut ta’ l-Arti u Disinn. Student wieħed bi problemi ta’ nuqqas ta’ smiegħ parzjali fuq il-programm tal-First Diploma for IT Practitioners fl-Istitut ta’ l-ICT. Student wieħed bi problemi severi ta’ smiegħ fuq il-First Diploma in Sports fl-Istitut għas-Servizzi fil-Komunita’. Student wieħed bi problemi ta’ nuqqas ta’ smiegħ parzjali fuq il-programm tal-Foundation Certificate in Care fl-Istitut għas-Servizzi fil-Komunita’. Student wieħed bi problemi ta’ vista fuq il-Higher National Diploma in Business fl-Istitut għan-Negozju u l-Kummerċ. Student wieħed bi problemi serji ta’ mobilita’ fuq in-National Diploma in Computing fl-Istitut ta' l-ICT. Student wieħed bi problemi serji ta’ mobilita’ (wheelchair) fuq il-programm tad-Diploma in Insurance Studies fl-Istitut għan-Negozju u l-Kummerċ. Student wieħed bi problemi serji ta’ mobilita’ (wheelchair) fuq il-programm tal-First Diploma for IT Practioners fl-Istitut ta' l ICT. Applikanti bi bzonnijiet speċjali li ma jkollhomx ir-rekwiziti meħtieġa skond il-prospett kif ippublikat ma jiġux kkunsidrati. Studenti oħra għandhom dawn il-kundizzjonijiet: – Dyslexia – Dyspraxia – Learning difficulties – Hydrocephalus – Cognitive Delay – Attention Deficit Disorder – Attention Deficit Hyperactive Disorder – Autism – Asperger’s syndrome – Elective Mutism – Tourettes’ Syndrome – Hyperkenetic Conduct Disorder

MCAST — Żgħażagħ disabbli

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28538 u jgħid kemm fl-aħħar tliet snin, sena b'sena, kien hemm żgħażagħ diżabbli li applikaw jew urew ix-xewqa li jattendu kors fl-MCAST u ġew aċċettati? Jekk ma ġewx aċċettati, għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti b'dizabilita' li applikaw biex isegwu kors fl-MCAST u ġew aċċettati kien kif ġej: 2004-2005 89 student bi bzonnijiet speċjali 2005-2006 89 student bi bzonnijiet speċjali 2006-2007 98 student bi bzonnijiet speċjali Dawn il-figuri jinkludu studenti fuq il-programm Pathway. Informat ukoll li studenti bi bzonnijiet speċjali li ma jkollhomx ir-rekwiziti meħtieġa skond il-prospett ma jiġux aċċettati.

ETC — Persuni Diżabbli

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28537 u jgħid kemm hemm persuni bla xogħol li huma diżabbli u qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Jista' jgħid sena b'sena fl-aħħar tliet snin x'korsijiet saru għal dawn il-persuna diżabbli u kemm kien hemm persuni diżabbli li attendew xi kors tal-korporazzjoni u x'kienu l-korsijiet li attendew?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jara meta se jingħata l-facilitator li tant għandu bżonn it-tifel, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ilha li saret applikazzjoni għalih mindu kien jattendi kindergarten t-tieni sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Istatementing Moderating Panel talab rapport mingħand l-għalliema ta' l-istudent konċernat. Kif dan ir-rapport jasal għand il-Bord il-ġenituri jingħataw appuntament flimkien mat-tifel biex jidhru quddiem l-istess Bord.

ITS — Smart Card

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 28015, jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni għal dan fejn fl-ITS għandek studenti li huma ntitolati għall-ismart card u oħrajn le?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħal ma diġa' ntqal fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28015, l-istudenti li jattendu l-ESTS Hospitality Trades fl-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi għandhom l-ismart card bħal kull student/a ieħor/oħra li jattendu xi kors taħt l-iskema Extended Skill Training Scheme. Mill-banda l-oħra, l-ITS għandu sistema ta' stipendji li ma tinkludix l-ismart card fil-kaz ta' studenti li m'humiex fl-iskema ta' apprendidtat ESTS.