Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #21375 Sitting 443 2006-10-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Hospitality

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Lista li turi kemm intefqu flus bħala ‘hospitality’ mill-Ministeru u mid-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006: Head Office Lm41,393.00, Forum Malta fl-Ewropa Lm6,486.00, Ambaxxati u Rappreżentazzjonijiet Permanenti Lm28,011.
Leg 10 PQ #21368 Sitting 442 2006-10-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Karozzi Mikrija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lil-Onorevoli Interpellant illi l-karozzi mikrija matul din is-sena mill-Ministeru, mid-departimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huma kif ġej: Head Office karozza waħda Lm 29.50 kuljum Forum Malta fl-Ewropa karozza waħda Lm 5.90 kuljum Geneva karozza waħda Lm 244.30 fix-xahar
Leg 10 PQ #21157 Sitting 438 2006-10-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Forum Malta fl-Ewropa — Kap Eżekuttiv

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' l-impjieg tal-Kap Eżekuttiv tal-Forum Malta fl-Ewropa? Jista' jgħid jekk kenitx inħarġet sejħa għal applikazzjonijiet għal din il-kariga? Jekk le, jista' jgħid għaliex?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-ħlas tal-Kap Eżekuttiv tal-Forum Malta fl-Ewropa huwa Lm 15,000. Din il-persuna ġiet magħżula għall-kompetenza u l-esperjenza tagħha. Il-persuna hija marbuta b` kuntratt deffinit li kopja tiegħu qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, bil kunsens tal-persuna in-nifisa`.
Leg 10 PQ #20508 Sitting 437 2006-10-11 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Rapporti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati rapporti fid-dekasteru tiegħu kull sena għal dawn l-aħħar erba' snin? Kemm swew kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ir-rapporti li ġew ikkummissjonati fid-dekasteru tiegħi għal dawn l-aħħar erba' snin huma kif jidhru hawn taħt: Kumpanija Rapport Sewa Data MISCO Int EU Survey Lm 1,495.00 25.02.2003 Market Intelligence Unit EU Survey Lm 3,737.50 09.04.2003 Shield Security Consultants Security Consultancy Services Lm 472.00 24.01.2006
Leg 10 PQ #20902 Sitting 437 2006-10-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ajruplani tal-gwerra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu ajruplani tal-gwerra fl-ispazju ta' l-ajru Malti din is-sena? Ta' liema nazzjonalita' kienu u kemm minn dawn niżlu Malta?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Matul din is-sena kien hemm total ta’ 313 ajruplan militari li daħlu fl-ispazju ta’ l-ajru Malti u minnhom 102 niżlu Malta. In-nazzjonalitajiet kienu varji, u cioe` : Italy, USA, France, Tunis, Algeria, Libya, China, Serb/Mont, Germany, Russia, Macedonia, Turkmenistan, Greece, Mozambique, Spain, UAE, Gabon, Oman, UK, Canada, Uruguay, Brazil, Ethopia, Netherlands, Croatia, Pakistan, Serbia, Saudi Arabia, Kazakhstan, Portugal, Botswana, Turkey, Bulgaria, Sudan, South Africa, Poland, Morocco, Sweden, United Nations, Egypt, Denmark, Philipinnes, Switzerland, Colombia, Syria, Venezuela, Mali, Ireland, Rep Of Korea, Luxembourg, Angola
Leg 10 PQ #20795 Sitting 435 2006-10-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Arab League — Kopja tal-Memorandum

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-memorandum of understanding iffirmat ma' l-Arab League?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ffirmajt fi New York fl-20 ta` Settembru mas-Segretarju Ġenerali tal-Lega ta' l-Istati Għarab. Kif spjegat fil-miri strateġiċi tal-Politika Barranija ta' Malta li ppubblika l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin aktar kmieni din is-sena, Il-Gvern Malti jibqa' kontinwament ifittex li jsaħħaħ ir-relazzjoni politika bejn Malta u d-Dinja Għarbija. F'dan il-kuntest allura, Malta u l-Lega Għarbija ffirmaw Memorandum of Understanding li jipprovdi għal djalogu strutturat u laqgħat kull sena bejn il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' Malta u s-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija. Il-ftehim ġie ffirmat minni u minn Amr Moussa, Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija nhar il-Ġimgħa 22 ta' Settembru 2006 fi New York waqt il-61 Sessjoni ta' l-Assembleja Ġenerali tal-Ġnus Magħquda. Inżid ukoll li, sussegwement għal dan il-ftehim, l-ALECSO (L-organizazzjoni dwar edukazzjoni, xjenza u kultura tal-lega għarbija) iffirmat ftehim ta` kooperazzjoni ma` l-Universita ta' Malta. Dan il-ftehim ġie iffirmat fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin nhar it-Tnejn 2 ta' Ottubru. Id-diskussjonijiet dwar dan il-ftehim kienu bdew waqt waħda miż-żjarat tiegħi fit-Tuneżija. Id-Direttur Ġenerali Dr Bousnina kien għal żjara uffiċjali f'Malta 'l Ġimgħa li għaddiet.
Leg 10 PQ #20894 Sitting 435 2006-10-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Maltin f'istituzzjonijiet ta' l-EU

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' Maltin li bħalissa qed jaħdmu f'istituzzjonijiet ta' l-EU u xi grad għandhom?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 10 PQ #20674 Sitting 433 2006-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Tħaffir għaż-żejt — Rapport Tekniku

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tekniku li kellu jitħejja fi żmien tliet xhur dwar it-tħaffir għaż-żejt mat-Tuneżija?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ma nħossx li jkun ta' interess nazzjonali li f'dan l-istadju jiġi ppreżentat dan ir-rapport għall-iskrutinju pubbliku.
Leg 10 PQ #20671 Sitting 432 2006-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru, mingħajr ma jsemmi ismijiet, jagħti dettalji dwar l-istruttura tal-membri tas-segretarjat tiegħu, bit-titli kollha tal-karigi involuti? Jista' jindika kemm u liema minn dawn il-postijiet - inklużi ħaddiema tas-segretarjat non-klerikali - huma okkupati minn nies bil-kuntratt definit?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-istruttura tas-Segretarjat tiegħi hija mibnija skond id-dokument "Engagement of Staff for Ministerial Secretariat". In-nies kollha f`segretarjati jkunu kollha f`kuntratt definit kemm jekk humiex mis-servizz pubbliku jew le.
Leg 10 PQ #20827 Sitting 432 2006-10-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Konvenzjoni għal Protezzjoni tad-Drittijiet u Libertajiet Fundamentali

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 20676, jista' il-Ministru jagħti tweġiba għall-aħħar parti tad-domanda?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nitolbok tirreferi din il-mistoqsija lill Ministru konċernat u cioe` l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Leg 10 PQ #20588 Sitting 431 2006-09-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Passiġġieri ta' l-ajruplan Egypt Air

Question

Jista' il-Ministru jagħti r-raġunijiet li ta il-Gvern Malti fin-note verbale tiegħu lill-Gvern Amerikan għat-talba ta' l-avukati Amerikani għall-għajnuna mill-Gvern Malti lill-passiġġieri ta' l-ajruplan ta' l-Egypt Air li kien ġie hi-jacked f'Malta snin ilu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Din il-materja kienet ittrattata fi skambju ta korrispondenza bejn iż-żewġ gvernijiet. Fuq parir ta` l-Avukat Ġenerali, il-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin kien informa lill-Gvern Amerikan li t-talba kienet ġenerika wisq.
Leg 10 PQ #20676 Sitting 430 2006-09-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Konvenzjoni għal Protezzjoni tad-Drittijiet u Libertajiet Fundamentali

Question

Jista' il-Ministru jindika meta Protokolli 1, 4, 6, 7, 12 u 13, kif emendati bi Protokol II dwar il-Konvenzjoni għal Protezzjoni tad-Drittijiet u Libertajiet Fundamentali, ġew ratifikati mill-Gvern Malti? Minfejn wieħed jista' jakkwista kopji bil-Malti ta' dawn il-protokolli u ta' l-istess konvenzjoni?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Protokolli 1, 4, 6, 7 u 13, kif emendati bi Protokol 2, dwar il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet u Libertajiet Fundamentali, tal-Kunsill ta' l-Ewropa, ġew ratifikati minn Malta kif jidher hawn taħt: Protokol Numru 01: 21 ta' Jannar 1967 Protokol Numru 04: 05 ta' Ġunju 2002 Prokolol Numru 06: 26 ta' Marzu 1991 Protokol Numru 07: 15 ta' Jannar 2003 Protokol Numru 13: 03 ta'Mejju 2002 Il-Gvern Malti għadu qed jikkonsidra li jaċċedi għall-Protokol Numru 12 tal-Konvenzjoni imsemmija u għal dan il-għan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin qiegħed f'konsultazzjoni ma' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.
Leg 10 PQ #20546 Sitting 429 2006-09-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Gvern Amerikan — Trasferiment ta' Art

Question

Billi waqt id-dibattitu dwar it-trasferiment ta' art lill-Gvern Amerikan għall-bini ta' ambaxxata ġdida jien bqajt mingħajr tweġiba għall-mistoqsija jekk is-sistema PISCES hijiex stand-alone system jew jekk xi gvern barrani għandux aċċess għat-tagħrif miġbur permezz tagħha dwar nies li jkunu deħlin l-ajruport ta' pajjiżna, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #20413 Sitting 428 2006-07-28 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Uffiċjali governattivi ġewwa Brussels

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' uffiċjali governattivi li qegħdin jagħmlu xogħol ta' natura permanenti ġewwa Brussels b'konnessjoni max-xogħol li għandu x'jaqsam ma' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti ismijiet, gradi u n-natura tax-xogħol li kull uffiċjal huwa huwa responsabbli għalih? X'inhi l-istruttura tar-responsabbiltajiet u ċ-chain command? Jista' jgħid meta beda l-placement ta' kull impjegat u meta huwa mistenni li jispiċċa l-kuntratt ta' kull impjegat, jekk il-kuntratt huwa definit?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-Informazzjoni dettaljata li talab l-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar. Ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 10 PQ #20329 Sitting 423 2006-07-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Fond tas-Soċjeta' Ċivili

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-NGOs, korpi kostitwiti u individwi li gawdew minn xi forma ta' sussidju mill-Fond tas-Soċjeta' Ċivili bejn l-2005/2006? Kemm kien is-sussidju u għaliex ingħata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-korpi kostitwiti u għaqdiet mhux governattivi li gawdew minn xi forma ta` sussidju mill-Fond tas-Soċjeta` Ċivili bejn l-2005 u l-2006 huma dawk elenkati fil-lista ta` hawn taħt. Ebda flus mill-Fond tas-Soċjeta Ċivili ma ngħataw lil individwi. Il-flus ingħataw wara li ħarġet sejħa pubblika għal dawk l-għaqdiet interessati li jieħdu fondi ħalli jkunu jistgħu jiffinanzjaw parti mill-attivitajiet marbuta ma` l-Unjoni Ewropea, bħal parteċipazzjoni f'konferenzi. Il-proposti ta` kull għaqda ġew miflija minn kumitat maħtur mill- Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin. Organizzazzjoni : Association of Anaesthesiologists, 2005 : Lm750, Organizzazzjoni : Association of Farmers, 2005 : Lm3,000, Organizzazzjoni : Association of Speech Language Pathologists, 2005 : Lm450, Organizzazzjoni: Assoċjazzjoni Ħwienet Wied il-Għajn, 2005 : Lm1,500, Organizzazzjoni : Ceratonia Foundation, 2005 : Lm750, Organizzazzjoni : Commission for the Church in Malta & Europe, 2005 : Lm4,000, Organizzazzjoni :Confederation of Malta Trde Unions, 2005 : Lm8,000, Organizzazzjoni : Dental Association of Malta, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni : Eurolinks Foundation Malta, 2005 : Lm500, Organizzazzzjoni ; European Movement, 2005 : Lm5,500, Organizzazzjoni : Federation of Malta Hotels, Pensions & Catering Establishments, 2005 : Lm2,000, Organizzazzjoni : Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, 2005 : Lm2,000, Organizzazzjoni : Fondazzjoni Reggie Miller, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : Fondazzjoni Temi Zammit, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : General Workers Unions, 2005 : Lm25,000, Organizzazzjoni : Genista Foundation, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : Għaqda Bdiewa Progressivi, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni : Għaqda tal-Konsumaturi, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni : Gozo Business Chamber, 2005 : Lm3,000, Organizzazzjoni : Hotel and Catering International Management Association Malta, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : Institute of Financial Services Malta (also Chartered Institute of Bankers), 2005 ; Lm1,000, Organizzazzjoni : Kamra tal-Periti, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni ; Kunsill Studenti Universitarji, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni ; Malta Chamber of Pharmacists, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni : Malta Dental Technologists Association, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : Malta Federation of Professional Associations, 2005 : Lm4,000, Organizzazzjoni : Malta Institute of Accountants, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni : Malta Institute of Management, 2005 : Lm3,000, Organizzazzjoni ; Malta Resource Centre, 2005 : Lm1,500, Organizzazzjoni : Malta Resuscitation Council, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : Malta Tourism Society, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : Malta Union of Bank Employees, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni : Malta Union of Professional Psychologists, 2005 : Lm750, Organizzazzjoni : Malta Union of Teachers, 2005 : Lm4,000, Organizzazzjoni : Medecology, 2005 : Lm500, Organizzazzjoni : Medical Association of Malta, 2005 : Lm2,500, Organizzazzjoni : National Council of Women, 2005 : Lm1,500, Organizzazzjoni : National Student Travel Foundation, 2005 : Lm1,000, Organizzazzjoni : Richmond Foundation, 2005 : Lm750, Organizzazzjoni : Solidarity Overseas Service Malta, 2005 : Lm500 Din is-sena, l-ebda korp għadu ma gawda minn xi sussidju mill-Fond tas-Soċjeta Ċivili.
Leg 10 PQ #20299 Sitting 422 2006-07-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU — Immigranti Illegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna Malta mill-Unjoni Ewropea għal kontra l-immigranti illegali sal-lum?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-Onorevoli Adrian Vassallo huwa ġentilment mitlub jindirizza din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #20311 Sitting 422 2006-07-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Immigrazzjoni illegali

Question

Billi issa l-Unjoni Ewropea se twaqqaf patrols bil-baħar kontra l-immigrazzjoni illegali, jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-immigranti miġbura fuq dawn il-vapuri f'każ ta' emerġenza, dawn se jinġiebu Malta? Jekk se jsir dan, ma jaħsibx il-Ministru li l-problema li diġa' għandna se tikber?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Id-dettalji operativi tal-patrols għadhom qed jinħadmu mill-FRONTEX. Il-Gvern Malti qiegħed f`kuntatt mill-qrib mal-FRONTEX dwar dan.
Leg 10 PQ #20320 Sitting 422 2006-07-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Public Relations/Marketing

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-kumpanniji u/jew persuni li wettqu xogħol ta' public relations jew marketing għall-Ministeru bejn Mejju 2003 u l-aħħar ta' Mejju 2006? F'liema okkażjoni u kemm kien il-ħlas kull darba?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena infurmat li l-Ministeru ma qabbad l-ebda kumpanija/i jew persuna/i biex iwettqu xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew marketing bejn Mejju 2003 u l-aħħar ta' Mejju 2006.
Leg 10 PQ #20078 Sitting 419 2006-07-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Visas

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu visas is-sena l-oħra u din is-sena u minn liema pajjiż ġew il-viżitaturi? Kemm-il talba saret li ġiet rifjutata u minn fejn saret it-talba?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-Onorevoli interpellant għandu jirreferi l-mistoqsija lill- Ministru konċernat.