Turiżmu u Kultura — Karozzi environmental friendly
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti kollha li jaqgħu taħtu ma xtraw l-ebda karozza tat-tip li qed jirreferi għalih l-Onor interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-aħħar ta' April 2007 l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu għandha arretrati x'tiġbor f'liċenzji minn operaturi turistiċi? X'ammonti għandhom dovuta għas-sena 2005 u għas-sena 2006?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi sa l-aħħar ta’ April 2007, l-arretrati li kellha tiġbor l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu f’liċenzji minn operaturi turistiċi jammontaw għal Lm387,248. Id-Dettalji tagħhom jidhru hawn taht:
Dettalji
Ammont (Lm)
2006
220,230
2005
92,185
Qabel 2005
74,833
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ppubblikat l-aħħar direttorju kulturali? Jista' ġentilment ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illli skond ir-records li għandu l-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti l-aħħar direttorju kulturali ġie ppublikat f’Ottubru 1999.
Il-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti qiegħed fil-proċess li joħroġ direttorju kulturali ġdid ta’ l-artisti kollha ta’ kwalunkwe ġenere ta’ l-arti. Dan ser ikun imqassam f’ġeneri ta’ l-arti. Fil-verżjoni
on-line
ser ikun possibbli li jsiru
links
ma' kwalunkwe organizzazzjoni li tkun tixtieq tagħmel dan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom? X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif jidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 26268, peress li jiena ma staqsejtx f'liema stadju waslu l-preparazzjonijiet ta' dan il-proġett (Bajja tal-Balluta) imma meta huwa mistenni li jinbeda u jitlesta, jista' l-Ministru jwieġeb dik il-mistoqsija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi f'dan l-istadju mhemmx dati previsti rigward dak li qed isaqsi l-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26021 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferita lilu u jgħid xi trading licences għandha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li jiġġestixxi negozju taħt l-isem li qiegħed jinbagħat separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Bi tweġiba għall-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant, fejn id-dettaliji ntbagħtu separatament, ninsab infurmat illi hemm liċenzja ta' Snack Bar Second Class.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26270 u jgħid kemm huwa s-salarju ta' l-uffiċjal eżekuttiv ewlieni ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu? X'pakkett ta' ħlasijiet u benefiċċji oħra għandu għall-funzjoni tiegħu fl-MTA? X'ħinijiet tax-xogħol għandu? Kemm qed iżomm kuntatt kontinwu ma' l-impjegati ta' l-MTA?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi s-salarju u l-pakkett ta' ħlasijiet u benefiċċji li għandu l-uffiċjal eżekuttiv ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu huwa kif ġej:
salarju li jammonta għal Lm36,091 fis-sena
bonus tal-Gvern
Performance Bonus
ħlas tat-telefon ċelulari u tad-dar (skond il-proċedura tal-MTA)
Il-ħinijiet tax-xogħol tal-kap eżekuttiv huma dawk stipulati fil-kuntratt tax-xogħol, jiġifieri 40 siegħa fil-ġimgħa. Madankollu minħabba n-natura tal-kariga hija prassi illi l-kap eżekuttiv jaħdem siegħat li jmorru ferm 'l hinn mill-40 siegħa fil-ġimgħa, inkluż filgħaxijiet u weekends.
Ninsab infurmat illi l-kap eżekuttiv tal-MTA qiegħed iżomm kuntatt kostanti u kontinwu mal-ħaddiema kollha ta' l-Awtorita', f'kull livell, min dak maniġerjali sa dak klerikali u ta' taħtu.
Peress li fil-financial estimates 2007 tal-MTA mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra f'paġna 17 taħt 13. Staff Costs and Employee Information jingħad li n-nefqa ta' Lm1,932,404 (sena 2005) niżlet għal Lm1,553,292 (sena 2006) għax in-numru ta' mpjegati niżel minn 198 fis-sena 2005 għal 149 fis-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm mit-tnaqqis fin-nefqa u fin-numru ta' mpjegati jirriżulta:
mill-għeluq ta' uffiċini f'pajjiżi oħra
mill-iskema ta' rtirar kmieni?
B'referenza għall-financial estimates2007 tal-MTA mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra jista' jagħti breakdown ta' kif u lil min tħallsu Lm81,476 għas-sena 2005 u Lm91,285 għas-sena 2006 imniżżla bħala management remuneration f'paġna 17?
B'referenza għall-financial estimates2007 tal-MTA mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, min huma related parties msemmija f'paġna 24 li l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu għandha tagħti Lm400,763 għas-sena 2005 u Lm883,285 għas-sena 2006?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi r-related parties imsemmija f'Paġna 24 tal-Financial Estimates 2007, li l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu għandha tagħti Lm400,763 għas-sena 2005 u Lm883,285 għas-sena 2006 huma kif ġej:
Related Party
2006 (Lm)
2005 (Lm)
Malta Marketing Co. Ltd
748,183
386,531
AirMalta plc
121,513
14,232
Dipartimenti tal-Gvern
13,589
-
Total
883,285
400,763
Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-aħħar ta' April 2007 l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu għandha arretrati x'tiġbor minn operaturi turistiċi? X'ammonti għadhom dovuti għas-sena 2005 u għas-sena 2006?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi sa l-aħħar ta’ April 2007, l-arretrati li kellha tiġbor l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu minn operaturi turistiċi esklużi l-liċenzji għas-snin 2005 u 2006 jammontaw għal Lm326,735. Id-dettalji jidhru hawn taħt :
Dettalji
Ammont (Lm)
2006
116,332
2005
90,059
Qabel 2005
120,344
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa s-salarju ta' l-uffiċjal eżekuttiv ewlieni ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu? X'pakkett ta' ħlasijiet u benefiċċji oħra għandu għall-funzjoni tiegħu fl-MTA? X'ħinijiet tax-xogħol għandu? Kemm qed iżomm kuntatt kontinwu ma' l-impjegati ta' l-MTA?
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda u meta huwa mistenni li jitlesta l-proġett tar-ramla fil-bajja tal-Balluta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li f'dan l-istadju għadu qed issiru l-evalwazjonijiet premilinarji fuq dan il-proġett flimkien ma' l-Awtorita' Maltija għall-Ambjent u Ppjanar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet ta' Lm 16,715.35
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu ma xtrawx karozzi ġodda matul Jannar, Frar u Marzu 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm beach cleaners mal-ministeru tiegħu? X'qed isir biex dawn jiġu detailed u deployed kif suppost fid-diversi xtajtiet Maltin u Għawdxin? X'forma ta' superviżjoni qed issir biex jiġi żgurat li x-xogħol isir sew u fil-ħin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi mal- Ministeru għat-Turiżmu u Kultura hemm 81 beach cleaner li jinkludu is-supervisors u 15 -il persuna oħra li huma mislufa mill- IPSL li bħalissa huma imqassmin kif gej:
North 18
Central 31
South 27
W.Shop 9
Back Up 11
Kull taqsima għandha s-
supervisor
tagħha li huwa d-dmir tiegħu li jara li dawn il-ħaddiema iwettqu xogħolhom sew. It-tqassim tan-nies isir minn żewġ uffiċċjali li qegħdin fi skala 7 u li għandhom esperjenza ta’ dan it-tip ta xogħol skont ma jidrilhom li tkun il-ħtieġa.