Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żona tad-Dwejra — Victoria Lines - tindif

Question

Jista' l-Ministru jieħu ġsieb li jsir tindif fiż-żona ta' Dwejra ħdejn il-Victoria Lines fejn nhar ta' Ħadd jkun hemm bosta familji għall-ħarġa u jidher li qed jiżdied l-ammont ta' skart u ħmieg f'din iż-żona?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif neċessarju sar minn ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif fis-17 ta Frar 2017.

Il-Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsir x-xogħol sabiex f'Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta jsir xogħol ta' għoti ta' tarmak meta l-ftehim oriġinali mal-Kunsill Lokali tal-Mosta kien li dan ix-xogħol jsir f'Jannar 2017?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq it-toroq isiru abbażi ta’ prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.

Triq l-Imġarr u Triq id-Dwejra — twessiegħ ta' bankina

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex fi Triq l-Imġarr, f'salib it-toroq ma' Triq id-Dwejra, u jsir xogħol ta' twessiegħ ta' bankina f'triq l-Imġarr fuq in-naħa ta' daħla ma' Triq id-Dwejra sabiex karozza nieżla minn Triq id-Dwejra għall-Imġarr tkun tista' tara karozzi ġejjin f'Triq l-Imġarr?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jikkjarifika l-ismijiet tat-toroq msemmija fil-Mistoqsija tiegħu.

Żejtun – Triq John Borg – ilma tax-xita li jinġabar

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jara jsibx soluzzjoni għall-ammont ta’ ilma tax-xita li qed jinġabar kull meta tkun xita qalila u jinġabar il-wied fi Triq John Borg iż-Żejtun eżatt ħdejn ir-razzett li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bil-konsegwenza li qed jidħol l-ilma ġewwa d-djar tar-residenti u l-wied qed jagħmel ħsara kbira lir-raba’ u xi drabi anke lill-annimali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser ngħaddi din it-talba lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura biex janalizza s-sitwazzjoni tal-ilma tax-xita fit-triq imsemmija u jagħmel rapport b'rakkomandazzjonijiet.

San Pawl il-Baħar – Triq J. Quintinus – permessi għal xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'permessi nħarġu minn Transport Malta (TM) matul din is-sena għal xogħol li sar fi Triq J. Quintinus, San Pawl il-Baħar? Xi spezzjonijiet wettqet TM fuq dan ix-xogħol, u x'tip ta' xogħol mistenni li jsir bħala tiswija tal-istess triq?

Response (MIZZI, JOE)

Jirriżulta li din is-sena nħarġu tlett permessi f’din it-triq. Inħarġu żewġ permessi, wieħed għall-Kumpanija GO u l-ieħor għall- Enemalta plc għall-installazzjoni ta’ arblu. Dawn il-permessi ma jinħtieġux ispezzjonijiet minħabba li x-xogħol hu minuri u l-konsultazzjoni mal-Kunsill obbligata li ssir min-naħa tal-Entita’. Inħareġ ukoll permess maġġuri għal tqegħid ta’ cables għall-Enemalta plc. Dan il-permess ġie spezzjonat regolarment waqt it-twettieq tax-xogħol fejn ġew meħuda azzjonijiet skont il-liġi minħabba nuqqasijiet fuq il-lant tax-xogħol. Jirriżulta li l-asfalt f’din it-triq tlesta l-Ġimgħa 17 ta’ Frar 2017. Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta m’għandha l-ebda xogħol ippjanat f’din it-triq.

Ħ’Attard — Triq Sant’Anton – one way

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li Triq Sant’Anton Ħ’Attard il-parti ma’ Triq it-Twila sa fejn ir-residenza tal-Ambaxxata Amerikana ssir one way għax din il-parti tat-triq hi dejqa wisq għal traffiku two way?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tali talba ma tistax tiġi milqugħa għax toħloq problema ta’ ċirkulazzjoni. Il-parkeġġ f’din it-triq huwa permess fuq naħa waħda u għalhekk it-triq hija wiegħsa biżżejjed għal traffiku two way.

Transport Malta — Ħ’Attard – Qormi Road – one way

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta ġietx konsultata dwar is-sistema ta’ one way f’Triq Ħal Qormi Ħ’Attard li ma tippermettix dħul fiċ-ċentru tar-raħal minn din it-triq? Jekk fl-affermattiv Transport Malta ħadet in konsiderazzjoni li din it-triq hija waħda minn żewġ toroq biss li hemm li jagħtu aċċess għaċ-ċentru ta’ Ħ’Attard u li t-triq l-oħra (Triq il-Kbira) mhux faċli li tintuża f’xi ħinijiet minħabba l-ammont kbir ta’ traffiku li jgħaddi mit-triq li twassal għaliha jiġifieri Mdina Road?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant illi din it-talba kienet saret mill- Kunsill Lokali lil Transport Malta biex jitneħħew it-tabelli ‘Except to Render a Service’ minħabba l-problemi li ċertu vetturi kbar kienu qed joħolqu fit-triq in kwistjoni. Minħabba li Transport Malta ma kienetx kompletament konvinta minn din ir-rikjesta l-Awtorita’ ipproponiet li joħroġ permess temporanju ta’ xahar bħala ‘trial period’ biex b’hekk ikun hemm viżibilta’ aħjar ta’ kif din ser taffettwa sew it-triq u r-residenti. Meta jkun hemm każ ta’ bżonn biex jidħlu ċertu vetturi kbar, il-Kunsill huwa lest li joħroġ permessi speċjali għal dan il-għan.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrasturttura — Konsulenti - remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm konsulent wieħed li ġie ingaġġat mill-2014 ‘l hawn u li jagħmel parti mill-Unit magħruf bħala Strategic and Priorities Unit (SPU) tal-Ministeru tiegħi. Ir- Remunerazzjoni tiegħu hija dik ekwivalenti għal skala 4.

Ħal Qormi – toroq ppjanati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġodda li huma ppjanati li jinbnew f’Ħal Qormi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obligi tagħhom.

Is-Siġġiewi — culverts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-culverts ippjanati li jinbnew fis-Siġġiewi biex itaffu l-problema tal-għargħar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet isiru skont il-prioritajiet nazzjonali u fondi pubbliċi.

Is-Siġġiewi – toroq ppjanati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġodda li huma ppjanati li jinbnew fis-Siġġiewi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżvillupaturi jew residenti, skont l-obligi tagħhom.

Is-Siġġiewi – Triq Mons. Mikiel Azzopardi — progress

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi progress sar u x’baqa’ jsir wara li kien hemm l-evalwazzjoni u l-istudji ta’ Transport Malta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu għal aktar saħħa u sigurtà fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi (il-bypass tas-Siġġiewi) biex jiġu evitati aktar aċċidenti fatali? Fiex waslu miżuri bħal speed cameras u oħrajn?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 30393 fejn ingħad li Transport Malta, b’kunsultazzjoni mal-LESA, approvat speed camera biex tħares il-veloċita’ fit-triq imsemmija.

San Pawl il-Baħar – Triq ix-Xagħra tal-Bandieri — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq it-Triq ix-Xagħra tal-Bandieri, f'San Pawl il-Baħar u li għaliha suppost li diġà ngħatat it-tender tax-xogħol meħtieġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet għandhom jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Ħal Luqa – Triq il-Karmnu – proġett ta’ culverts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett ta’ culverts biex itaffi l-problema tal-għargħar li jkun hemm fi Triq il-Karmnu Ħal Luqa u l-isqaqien li hemm f’din it-triq b’mod partikolari fi Sqaq Nru 4?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, u fondi pubbliċi.

Ħal Luqa — Culverts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-culverts ippjanati li jinbnew f’Ħal Luqa biex itaffu l-problema tal-għargħar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, u fondi pubbliċi.

Ħal Luqa – toroq ppjanati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġodda li huma ppjanati li jinbnew f’Ħal Luqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist ġaladarba jkunu ffurmati mill-izviluppaturi jew residenti, skont l-obligi tagħhom.

Ħal Qormi — culverts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-culverts ippjanati li jinbnew f’Ħal Qormi biex itaffu l- problema tal-għargħar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li wara li tlesta x-xogħol marbut mal-Proġett għat-Taffija tal-Għargħar f’Ħal Qormi b’fondi Ewropej, m’hemmx ħsieb li jinbnew iżjed culverts f’din il-lokalità minn dawn il-fondi. Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura xorta waħda qed janaliżża s-sitwazzjoni fi Triq Dun Marju u l-Isqaqien li hemm fiha, u l-parti ta’ Triq il-Ħammieri li tiġi kantuniera ma’ Triq ix-Xitwa biex jekk jirriżulta li hemm problema ta’ għargħar, il-culverts li jkun hemm bżonn jiddaħħlu fil-programm ta’ xogħlijiet tad-Dipartiment biex isiru minn fondi Nazzjonali.

Triq li twassal mix-Xemxija sal-Mellieħa

Question

Billi jidher li t-triq li twassal mix-Xemxija sal-Mellieħa mhux se ssir permezz tal-fondi tat-TEN-Ts, almenu sal-2025, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk din l-istess triq hux se ssir permezz ta' fondi nazzjonali? Jekk iva, meta hu mistenni li jsir ix-xogħol fuq din l-istess triq?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 30759, 30326, 29316, 29030, 28939, 28879, 28755, 25905, 20473, 20171.

Breakwater tal-ġebel — ħsarat

Question

Billi l-breakwater tal-ġebel li hemm ħdejn is-salini tal-melħ, liema breakwater jipproteġi lis-sukkors tal-ilma li hemm madwar l-istess salini tal-melħ, għandu partijiet sostanzjali tiegħu li tkissru, u billi dan qed jikkawża bosta problemi, u teżisti wkoll il-possibilità li ssir iktar ħsara, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-breakwater jitranġa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanat li fix-xhur li għaddew saru numru ta' spezzjonijiet fuq il-post u inkiteb ukoll rapport fuq dawn l-istrutturi. Ix-xogħlijiet isiru skont il-prioritajiet nazzjonali u fondi disponibbli.

Torri tal-Għallis – aċċessibilità

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex il-parking area ta' taħt it-Torri tal-Għallis li mhix aċċessibbli għall-karozzi, fil-fatt tibqa’ magħluqa għall-istess karozzi? Jista’ jara li din il-parking area tkun miftuħa qabel is-sajf biex il-persuni li jmorru l-baħar f'dawk l-inħawi jkollhom fejn jipparkjaw?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont kif inhu rikjest mill-Awtorita’ tal-Ippjanar f’permessi tal-iżvilupp kurrenti, l-asfalt fuq it-triq l-antika fl-inħawi tat-Torri tal-Għallis man-naħa tal-baħar għandu jitneħħa kompletament.