Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37762 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjonijiet/entitajiet pubbliċi — Ingaġġ ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul l-1999, is-sena 2000, l-2001 u l-2002 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37764 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Childcare centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn, minkejja li għadda ħafna żmien minn mindu l-Ministru ''fetaħ'' uffiċjalment iċ-childcare centre fl-Airmalta, dan għadu ma juffunzjonax?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37765 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Excessive billing

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga l-ilment tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament li wara li marru nies tekniċi tal-WSC biex jinvestigaw problemi li kellu bl-airlock minn fejn jgħaddi l-ilma nhar it-28.04.02, minn dak iż-żmien il- hawn ma ħadux azzjonijiet aktar rimedjali bil-konsegwenza li l-problema tal-excessive billing minħabba dan id-difett tekniku, baqgħet hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37766 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Taż-Żwejt — Sub Post Office

Question

Jistgħu jittieħdu passi mill-Maltapost biex tiġi stallata letter box u jsiru arranġamenti għal sub post office f'taż-Żwejt housing estate għall konvnejenza tar-residenti numerużu ta' l-area?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Maltapost għall-kunsiderazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #37786 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

M'Scala — Dawl baxx

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi nvestigata l-probelma li bosta residenti li joqogħdu fi Triq is-Silla ġewwa M'Scala u l-inħawi qed iħabbtu wiċċhom magħha u cioe' dik tan-nuqqas fis-saħħa tad-dawl? Jista' jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli tissaħħaħ il-provvista' tad-dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #37581 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq il-Palma - Arblu

Question

Jista' l-Ministru jara li arblu li hemm quddiem ir-residenza 13, Triq il-Palma, f'Ħal Tarxien jiġi rranġat peress li waqt il-maltemp ikun ħafna perikoluż?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37643 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vapuri tal-Gozo Channel — Manutenzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37456 jista' il-Ministru jgħid liema vapuri se tinbdilhom is-sistema tal-pipijiet ta' l-ilma? Jikkonferma il-Ministru li dan ix-xogħol ser javviċina l-ispiża ta' Lm400,000?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-tlitt vapuri ser tinbidlilhom is-sistema tal-pajpijiet ta' l-ilma (sea water). Peress li l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali, ma jkunx fl-interess ta' l-istess Gozo Channel li tali informazzjoni tingħata.
Leg 9 PQ #37653 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Kontijiet tat-telefon

Question

Jista' l-Ministru jassiugra li l-kontijiet tat-telefon li qed jintbagħatu kull xahar, ikunu jinkludu l-kera dovuta xahar b'xahar, u dan peress li l-aħħar kontijiet tal-Maltacom li ntbagħtu ta' xahar kienu jinkorporaw kera ta' xahrejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Maltacom għall-kunsiderazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #37655 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm ġew ingaġġati persuni/impjegati matul is-snin 2000, 2001 u 2002 sal-lum fl-Air Supplies, MIA u AirMalta, sena b'sena; b) kemm minnhom kienu ngaġġati b'kuntratt definit jew kuntratt indefinit, P/T u F/T, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informażżjoni mitluba fir-rigward ta' l-Air Malta hija kif ġej: FUQ KUNTRATT FUQ KUNTRATT FUQ BAZI SENA INDEFINITA DEFINIT PART-TIME 2000 41 144 253 2001 91 164 205 2002 49 141 227 Fir-rigward ta' l-M.I.A., illum din hija kumpanija b'maġġoranża ta' l-ishma tagħha f'idejn is-settur privat u għalhekk din l-informazzjoni hija meqjusa bħala waħda ta' natura kunfidenzjali.
Leg 9 PQ #37667 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kwalita' ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti evalwazzjoni ta' l-għażliet kollha li kkonsidrat il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma dwar kif tista' titjieb il-kwalita' ta' l-ilma f'Għawdex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37623 Sitting 835 2002-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laptop computers — Minsteri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laptop computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Leg 9 PQ #37259 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prezzijiet tal-Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalxiex jattribwixxi ż-żieda fil-prezz ta' ħafna mediċini f'dawn l-aħħar ġimgħat? Kif mediċini bħal Stilnox 10mg għolew minn Lm1.84 il-kaxxa għal Lm2.03 u l-pilloli Remov 100mg li huma wżati minn ħafna għall-uġiegħ kawżat mill-artrite minn Lm2.65 żdiedu għal Lm3.10?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-prezz tal-mediċina jista' jvarja minħabba tibdil fir-rata tal-kambju jew meta l-aġent jew il-manifattur jgħolli l-prezz. Jiena nfurmat li l-prezz tal-mediċina Stilnox ta' 10mg b'għoxrin ġie stabbilit għal Lm1.84ċ f' Ġunju tal-1998 u ma inbidilx sa Ġunju tal-1998 u ma inbidilx sa Ġunju li għadda. F'Lulju il-prezz għola minn barra biex sar Lm2.03ċ għall-konsumatur lokali. Fil-każ tar-Remov ta' 100mg bi tletin, il-prezz qatt ma' kien Lm2.65ċ. L-ewwel darba li daħal Malta kien fl-1997 u l-prezz kien ġie stabbilit għal Lm2.89ċ Fl-1999 il-prezz sar Lm2.98ċ u f' Lulju ta' din is-sena sar Lm3.10ċ għall-konsumatur lokali.
Leg 9 PQ #37545 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qtugħ tas-servizz tad-dawl u ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni inqatgħalhom is-servizz tad-dawl u ilma mill-1 ta' Jannar 2002 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37546 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kontijiet tad-dawl u ilma — Ilmenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti dwar kontijiet għolja tad-dawl u ilma minn Settembru 1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37607 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Rental fee

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar tliet xhur sarx tibdil fir-rental fee tal-kontijiet tat-telephone mill-kumpannija Maltacom? Jekk fl-affermattiv, x'kien dan it-tibdil?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37001 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Naxxar — Servizz ta' l-ilma

Question

X'inhi r-raġuni li residenti fit-toroq Leli Falzon, Mdina Road u Cross Street fin-Naxxar ilhom mill-11 ta' Novembru 2002 mingħajr ilma? Meta se jkollhom is-servizz tal-ilma b'mod regulari?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet ix-xogħolijiet li kienu meħtieġa fis-sistema tad-distribuzzjoni fit-toroq imsemmija. B'hekk ir-residenti ta' dawn it-toroq issa għandhom provvista ta' ilma regolari.
Leg 9 PQ #37002 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja'

Question

Kemm hemm imprendituri fil-villaġġ tas-snajja' Ta' Qali li s'issa wrew interess u ffirmaw li jaqblu mal-kundizzjonijiet offruti għat-tiġdid tal-faċilitajiet u l-istrutturi hemmhekk? Kif qed jiġu offruti kundizzjonijiet fejn l-ispejjeż huma d-doppju ta' stimi li tawhom kuntratturi differenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Skond informazzjoni li għandi jirriżulta li l-imprendituri fil-villaġġ tas-snajja f'Ta' Qali wrew interess u ffirmaw li jaqblu mal-kundizzjonijiet offruti għat-tiġdid tal-faċilitajiet li offra l-Gvern. Tajjeb jingħad li l-istima li ngħatat lill-imprendituri hija waħda massima. Fil-fatt, fil-futur mhux il-bogħod, il-Gvern ser jikkomunika ma' dawn l-imprendituri peress li l-ispejjeż ser ikunu riveduti.
Leg 9 PQ #37397 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl Pubbliku

Question

Peress li d-daħla tal-Qasam tad-Djar ta' Għar Barka, r-Rabat, Malta min-naħa tal-knisja tħalliet mudlama, jista' l-Ministru jara li jinvestiga u jirrimedja bi stallazzjonijiet ta' bozoz ġodda sabiex f'dawn l-inħawi mudlama ċappa jkun hemm dawl adekwat? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Leg 9 PQ #37486 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Labour supply — Tnaqqis

Question

Jista' il-Ministru jagħti spjega jew raġuni għat-tnaqqis li kien hemm fil-labour supply bejn is-sena 2001 u s-sena 2002?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-raġuni prinċipali wara t-tnaqqis fil-Labour Supply tidher li hi dovuta għal diversi skemi ta' irtirar kmieni bħal dik tat-Tarznari, tal-Maltacom u tal-Banek. Għal aktar dettalji nirreferi lil Onorevoli Membru għal paġna 55 ta' l-Economic Survey Jannar - Settembru 2002.