Legislature:
Category:
Reset
Active:

Unfair Commercial Practices

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni pubblika rigward kif il-gvern beħsiebu jimplimenta d-direttiva ta' l-Unfair Commercial Practices?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' PQ 24800.

Reġistrazzjoni ta' karozzi second hand

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar ir-reġistrazzjoni ta' karozzi second hand li jinxtraw minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas għar-reġistrazzjoni ta' dawn il-karozzi skond it-tipi differenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni — Direttur Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki - u f'liema qasam huma - tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li qegħda tokkupa l-pożizzjoni ta' direttur ġenerali fid-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.

Post ta' direttur ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm uffiċjali applikaw għall-post ta' direttur ġenerali fid-diviżjoni tal-konsumatur u kompetizzjoni? Jista' jgħid kull wieħed u waħda mill-applikanti xi kwalifiki u esperjenza għandhom? Jista' jgħid jekk sarx short-listing ta' dawn l-applikazzjonijiet? Jekk iva, jista' jgħid min ġie short-listed?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.

Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk l-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Bordijiet/Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ksur tal-Liġi — Copyright

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mressqa l-qorti fuq ksur tal-liġi tal-copyright matul is-sena 2006?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fid-Diviżjoni għall-Kummerċ m'għandiex ir-responsabilita jew l-awtorita taħt il-liġi (KAP 415) li tressaq persuni l-Qorti fuq ksur tal-liġi tal-copyright. Persuna tista titressaq il-Qorti fuq ksur tal-liġi tal-copyright jew minn persuna oħra li tħoss li nkisser id-dritt tal-copyright tagħha jew mill-Pulizija bħala att kriminali.

Reġistrar ta' Pleasure boats

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati pleasure boats matul is-sena 2006, u jgħid ta' liema tul kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta’ pleasure boats reġistrati matul is-sena 2006 mill-Awtorita’ Marittima huwa kif ġej: Pleasure Boats reġistrati taħt l-Small Ships Register Taħt l-4m 164 4m – 6m 136 6m – 8m 14 Aktar minn 8m 4 Total 318 Pleasure Boats reġistrati taħt l-Bandiera Maltija 6m – 10m 97 10m – 16m 77 16m – 20m 20 Aktar minn 20m 34 Total 228

Unfair Commercial Practices Directive

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24598 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa s'issa l-gvern biex jieħu ħsieb biex jimplimenta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar Unfair Commercial Practices li suppost għandha ssir liġi sat-12 ta' Ġunju 2007?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħejja abbozz ta' liġi sabiex tiġi mplimentata d-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, liema abbozz se jiġi sottomess għal konsultazzjoni pubblika.

Qrati — Avviz Legali Nru 283

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24597 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2002 sal-lum kemm-il każ tressaq il-qorti fir-rigward ta' ksur ta' xi dispożizzjoni ta' Avviż Legali Nru. 283 tas-sena 2002?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Diviżjoni tal-Konsumatur ħarġet dsatax il- Ordni ta' Tħaris mis-sena 2002 sa llum. Fil-Fatt ħadd ma tressaq il-Qorti għax il-ħwienet in kwistjoni ġew konformi mal-liġi fi żmien stipulat fl-Ordni ta' Tħaris.

Qrati — Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24594 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sal-lum, kemm-il każ tressaq il-qorti fir-rigward ta' ksur ta' xi dispożizzjoni ta' l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap 378 tal-Liġijiet ta' Malta)? Liema kienu d-dispożizzjonijiet li allura ttieħdet azzjoni u x'kien l-eżitu f'kull każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mis-sena 2000 sa llum, ma tressaq l-ebda każ quddiem il-Qorti Maġisterjali fuq allegat ksur ta' xi disposizzjoni ta' l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap 378). Iżda, apparti is-setgħa li jittellgħu każijiet il-Qorti, l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur jagħti ukoll setgħa lid-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur joħroġ Ordni ta' Tħaris, liema setgħa tobbliga lid-Direttur illi l-ewwel jipprova jikseb konformita' volontarja mingħand il-persuna nvoluta qabel ma jipproċedi. F'dawn l-aħħar sentejn, jiġiefieri bejn l-2005 u l-2006, id-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur investiga tmienja u erbgħin ilment rigward allegat ksur ta' diversi dispożizzjonijiet ta' l-Att. Fil-maġġor parti investigati mid-Dipartiment, il-prattika investigata waqfet, peress illi n-negozjanti in kwistjoni kkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tad-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur.

Tribunal għall-Kompetizzjoni Ġusta

Question

Jaf il-Ministru li għad li hemm iċ-Chairman tat-Tribunal għall-Kompetizzjoni Ġusta maħtur u li huwa l-Maġistrat Silvio Meli, ż-żewġ membri l-oħra għadhom m'humiex maħtura u għalhekk l-istess tribunal ma jistax jiffunzjona? X'miżuri beħsiebu jieħu l-Ministru f'dan is-sens?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fit-3 t'April 2007 ġiet maħtura il-Kummisjoni dwar il-Kummerċ Ġust. Din hija komposta minn Dott. Silvio Meli bħala Chairman u il-Prof. Lino P. Brigulio u is-Sur Carmel Farrugia bħala membri. Il-ħatra tal-memebri hija għall tlett snin b'seħħ mit-2 ta' Frar 2007.

Trading licence

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-indirizz ta' l-aġenzija, li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separtament? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-indirizz inbidilx matul dawn l-aħħar ħames snin għall-finijiet tal-ħlas tat-trading licence?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ebda nformazzjoni ma nstabet fis-sistema ta' l-Licensing Management Systemrigward Lazda Supermarket (Operatur Louis Brincat).

Mediċini — Differenza fil-prezz

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-mediċini li raħsu u jew li għolew minn Novembru li għadda? X'kienu u x'kienet id-differenza 'l fuq jew 'l isfel?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Direttorju tat-telefon ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24127 u 24004 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, u cioe' peress li sar ħafna tibdil fin-numru ta' bibien f'diversi bliet u rħula, tista' tgħid meta huwa maħsub li joħroġ id-direttorju tat-telefon il-ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi ggħar-risposta mgħotija f'Mistoqsija Parlamentari Nru.24322.

Servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23960 dwar il-kabotaġġ marittimu, jista' l-Ministru jgħid: jekk il-Kummissjoni Ewropea kenitx rikonoxxiet li l-Public Service Obligation Contract mal-Gozo Channel kellu jibqa' fis-seħħ mal-Gozo Channel anke wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? jekk il-Kummissjoni Ewropea kenitx aċċettat li l-Gozo Channel tibqa' tgawdi l-monopolju u allura tkun l-uniku operatur tas-servizzi bil-baħar bejn Malta u Għawdex anke wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti relattivi dwar iż-żewġ punti msemmija hawn fuq u li jikkonfermaw l-istqarrijiet tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għad-domanda nru. 24156. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja ta' din il-Pożizzjoni Komuni kienet tagħmel parti mid-dokumentazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fl-għeluq tan-negozjati fit-2002.

Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Direttorju tat-telefon ġdid

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24004 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Investiment, l-Industrija u t-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, peress li sar ħafna tibdil fin-numru ta' bibien f'diversi bliet u rħula, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li joħroġ id-direttorju tat-telefon il-ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li direttorju tat-telefon huwa ntiż biex jipprovdi nformazzjoni dwar in-numri tat-telefon u mhux in-numri ta' bibien f'diversi bliet u rhula. Fil-fatt diversi abbonati li jawtoriżżaw lill-Maltacom li tippubblika n-numru tat-telefon tagħhom fuq direttorji tagħha, jeżerċitaw ukoll id-dritt li bħala ndirizz jidher biss il-belt jew rahal fejn huma joqgħodu. Il-Maltacom preżentement qegħda tikkunsidra bis-serjeta jekk tippubblikax fiż-żmien li ġej direttorju ġdid jew update ta' dak ezistenti. Sadattant, il-Maltacom tfakkar li tipprovdi servizz bla ħlas ta' direttorju online b' informazzjoni aġġornata li jista' jinstab f' http://www.maltacom.com/edirnew/modules/edirmain.asp . Barra minnhekk, il-Maltacom tipprovdi wkoll servizz bi ħlas ta' directory enquiries li wieħed jista' juża billi jċempel in-numru 1182.

MMA — Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intuża fuel kull xahar fl-2006 minn kull min għandu karozza ta' l-Malta Martime Authority (MMA)( manager/senior staff, diretturi)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.