Sptar Mater Dei –post ta’ Consultant paediatrician with a special interest in Paediatric Emergency Care
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22607, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-post ta’ consultant paediatrician with a special interest in Paediatric Emergency Care imtlietx? Jekk iva, minn meta? Jekk le, għadhiex miftuħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej il-proċess ta’ selezzjoni għal dan il-post wara li għalqet is-sejħa fil-5 ta' dan ix-xahar.
B’referenza għall-introduzzjoni ta’ nurse navigators li ħabbar is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne fit-3 ta’ Frar 2016, jista’ l-Ministru jgħid:
a) kemm hemm infermiera li se jkunu
nurse navigators
;
b) dawn l-infermiera huma fost dawk li diġà jaħdmu fis-SAMOC;
c) fuq liema kriterji se jiġu assenjati mal-pazjenti; u
d) kull pazjent se jkun intitolat għal
nurse navigator
?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara s-sejha li harget fil-gazetta tal-gvern ghall-practice nurse u li ghalqet fil-21 ta’ Jannar, bhalissa qieghed isir il-process tal-ghazla ghal dawn l-infermiera. Dawn l-infermiera ser ikunu qed isegwu lill-dawk il-pazjenti li ghandhom dijanjosi ta’ kancer kolorettali jew tal-pulmun.
Pjan Nazzjonali tal-Kanċer – pubblikazzjoni tat-tieni pjan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi ppubblikat it-tieni Pjan Nazzjonali tal-Kanċer li kien imwiegħed mis-Segretarju Parlamentari fil-Jum Dinji kontra l-kanċer aktar minn sena ilu fi Frar 2015?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn inbidlet id-ditta tal-labar tal-Insulin Pens 8mm li jitqassmu permezz tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? Jista’ jikkonferma li kien hemm ħafna ilmenti fuq dawn il-labar u li kellha ssir investigazzjoni? Saret l-investigazzjoni? Jekk iva, x’kien l-outcome? Jekk le, meta se jsir?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-labar tal-Insulina ntagħżlu skont il-proċeduri stabbiliti wara li ħareġ it-tender fit-13 ta’ Mejju 2014. Is-CPSU qiegħed f’kuntatt man-numru żgħir ta’ pazjenti li urew preferenza għal-labar li kienu jużaw qabel ma’ ħareġ dan it-tender.
Ħal Qormi — Ħsejjes ta’ livelli għolja – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tad-Dipartiment tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, jara li tiġi kkuntattjata l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sabiex jiġi investigat każ ta’ ħsejjes ta’ livell għoli li qegħdin jirriżultaw f’problemi fuq is-saħħa tal-familja ta’ din il-persuna fil-lokalità ta’ Ħal Qormi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed ikun segwiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew iċċertifikati mejta fuq il-post (mhux l-isptar) b’attakk f’qalbhom, sena b’sena sa mis-sena 2006 sal-ġurnata tal-lum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni miġbura mir-Reġistru Nazzjonali tal-iMwiet, in-numru ta’ mwiet b’attakk f’qalbhom li mietu barra mill-isptar matul is-snin 2006-2014 f’residenti ta’ Malta u Għawdex huwa total ta’ 1803.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – San Pawl il-Baħar — sistema tal-ilma u drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi studji wettqet, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, matul l-aħħar tliet snin fuq is-sistemi tal-ilma u d-drenaġġ fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, kemm għal dawk li huma s-sistemi li hemm fil-post bħalissa, kif ukoll għal dak li jikkonċerna l-bżonnijiet tal-futur? Jista' jagħti tagħrif dwar min għamel l-istudji u jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li b’mod ġenerali jsiru diversi studji b’mod frekwenti kemm fuq is-sistema tal-ilma u kemm fuq is-sistema tad-drenaġġ.
Fuq is-sistema tal-ilma:
· jittieħdu kampjuni tal-ilma u jiġu analiżżati għall-kwalita’ fil-laboratorju tal-KSI
· jinbidlu sistsemi tal-ilma skont il-bżonn u
· isiru
detections
b’mod speċjali bil-lejl biex jinvestigaw fejn hemm il-ħsarat.
Fuq is-sistema tad-drenaġġ:
· isiru studji b’CCTV
camera
biex jiġi nvestiat il-kundizzjoni tal-
main
.
· jittieħdu kampjuni mill-
Pumping Stations
u jiġu analiżżati għall-kwalita’ fil-laboratorju tal-Korporazzjoni.
· jinbidlu s-sistemi tad-drenaġġ skont il-bżonn.
Triq li tagħti mix-Xewkija għar-Rabat – żbroff ta’ drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li nhar il-Ġimgħa 19 ta' Frar żbroffa ammont kbir ta' drenaġġ fi triq prinċipali f'Għawdex, ċjoè fit-triq li tagħti mix-Xewkija għar-Rabat ftit ‘il bogħod mill-Gozo Stadium? X'qed isir biex jiġi assigurat li din il-ħaġa ma terġax tiġri biex jiġi evitat mard u problemi li kull min kellu jidħol ir-Rabat min-naħa tal-Imġarr kellu jgħaddi minn ġo drenaġġ f'dik il-ġurnata partikulari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-fawran ta’ drenaġġ seħħ minn tappiera f’tarf tat-Triq Pitkalija fix-Xewkija, wara li sar tbattil sostanzjali ta’ materjal iġġenerat minn irziezet tal-baqar. Dan it-tbattil sar permezz ta’ bowser fid-discharge point li hemm fil-qrib.
Ħaddiema tal-Korporazzjoni flimkien ma’ ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ħadmu flimkien sabiex tnaddfet it-triq kif ukoll ġie mnaddaf is-sadd fil-katusi tad-drenaġġ.
Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali? X’inhuwa l-programm ta’ kull ġurnata f’dawn iċ-Ċentri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’kull Centru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali hemm 4 ħaddiema.
Il-programm ta’ kull guranata huwa varjat biex jindirizza il-bżonnijiet tal-persuni li jkunu qed jattendu skont l-għanijiet li jirriżultaw mill-proċess tal-evalwazzjoni.
Jiġu pjanati sessjonijiet individwali kif ukoll fi gruppi.
Jista’ l-Ministru jgħid totalment kemm intefqu flus fis-settur tas-Saħħa matul is-sena l-oħra u jista’ jgħid kemm dan żdied (jew tnaqqas) ikkomparat mal-aħħar 10 snin preċedenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali għas-sena 2015 kienet ta’ €460,788,750, filwaqt li tas-sena 2005 kienet ta’ €187,345,261.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi rranġat id-dawl fid-daħla taċ-Ċimiterju tal-Addolorata peress li hemm arbli maqlugħa, bozoz ma jixgħelux u l-ħin ta’ meta jinxtegħlu l-bozoz tad-dawl fuq l-arbli, huwa ħażin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.
B’referenza għall-istqarrija PR 160222 maħruġa fl-4 ta’ Frar 2016 fuq il-virus taz-Zika, jista’ l-Ministru jgħid:
a) għalfejn il-Ministeru ħareġ din l-istqarrija fl-4 ta’ Frar u mhux fl-1 ta’ Frar hekk kif ħareġ l-avviż tal-WHO;
b) huwa minnu li dan l-avviż ħareġ fil-fatt l-għada tal-wasla f’Malta ta’ Malti infettat b’dan il-virus;
c) liema huma dawk il-miżuri, azzjonijiet u prekawzjonijiet li ttieħdu qabel il-wasla tal-persuna infettata bil-virus taz-Zika f’pajjiżna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sahha Publika hareg diversi stqarrijiet dwar il-virus Zika. Fil-fatt sa minn qabel ma l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ddikjarat il-virus taz-Zika bħala Emerġenza għas-Saħħa Pubblika ta’ Tħassib Internazzjonali (Public Health Emergency of International Concern), id-dipartiment hareg stqarrija fejn fost oħrajn elenka numru ta’ pariri għal dawk il-vjaġġaturi li se jżuru pajjiżi affetwati.
Din l-istqarrija ġiet ippubblikata fis-26 ta’ Jannar 2016. Bhal ma’ taf l-Onorevoli Interperllant l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha ddikjarat emergenza ta' interess internazzjonali
fl-1 ta' Frar, jigrifieri 6 ijiem wara.
Fid-29 ta’ Jannar imbaghad, 3 ijiem qabel id-dikjarazzjoni tad-WHO, id-Dipartiment tas-Saħħa ordna l-kits biex ikun jista’ jsir test mediku għal dan il-virus.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22766, jista’ l-Ministru jgħid:
a) kemm damu l-Isptar Mater Dei dawn il-pazjenti;
b) kemm damu
in isolation
dawn il-pazjenti;
c) jekk kenux oriġinarjament fl-istess sala meta nstab li kienu
carriers
tal-NDM-1 Klebsiella;
d) x’kienet ir-raġuni li ġew identifikati erba’ pazjenti bil-mikrobu u mhux pazjent wieħed li seta’ ġie iżolat waħdu;
e) x’falla fis-sistema tal-
Infection Control
; u
f) hux qed issir investigazzjoni fuq dan il-każ?
B’referenza għat-tender Q031-8502/15 għall-kiri ta’ trasport minn u lejn l-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija li rebħet it-tender imsemmi ma kellhiex il-mini buses u/jew vetturi addattati biex jagħtu s-servizz meħtieġ lid-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghal din is-sejha ghall-kwotazzjoni ma ntefghet l-ebda offerta.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-servizz ta’ trasport għall-outpatients mhux qed jaħdem kif suppost għaliex il-vetturi li qed jintużaw kif speċifikat fit-tender huma żgħar wisq u mhux ilaħħqu mal-volum ta’ pazjenti li jridu jużaw dan is-servizz biex imorru għall-visti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li skada il-kuntratt mal-kumpanija li kienet qed toffri s-servizz tat-trasport ghall-outpatients, inhareg tender li gie aggudikat lill-kumpanija ohra fil-11 ta’ Frar 2016. Il-kuntratt ta’ din il-kumpanija mistenni jibda jopera mit-2 ta’ Marzu 2016. Bhalissa qed jintuza servizz temporanju biex jaqdi l-htigijiet necessarji.
Sptarijiet tal-Gvern — Servizz ta’ trasport għall-outpatients
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm numru ta’ pazjenti li qed jilmentaw mis-servizz inadegwat tat-trasport lejn l-outpatients tal-Istpar Mater Dei, Sptar San Luqa u Sptar Boffa għaliex it-trasport li qed jintużaw jieħu inqas passiġġieri u wheelchairs mis-servizz li kien qed jingħata sa Jannar 2016?