Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Marfa – riġenerazzjoni ta’ binja

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern għandux ħsieb jiżviluppa jew joħroġ b'sejħa għar-riġenerazzjoni tal-binja li tinsab mal-baħar il-Marfa li kienet għal xi żmien okkupata mill-għaqda tal-MUSEUM?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bordijiet, Awtoritajiet u Kummissjonijiet tal-Gvern – persuni minn Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġislatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Il-proġett tal-hub marittimu fil-Marsa

Question

B’referenza għall-ftehim imħabbar illum jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li permezz tiegħu qiegħed jgħaddi s-sit tal-Marsa Shipbuilding lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk hux ser tiġi stabbilita xi forma ta’ Free Zone fil-proġett tal-hub marittimu fil-Marsa? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex ser tkun tikkonsisti u kif ser tkun regolata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

FDI – Qasam tal-Life Sciences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ Investiment Dirett Barrani (FDI) fil-qasam tal-Life Sciences fl-2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2015, l-investiment dirett barrani (FDI) f'pajjiżna fil-qasam tal-Life Sciences, hekk kif ippjanat abbażi ta' proġetti li fuqhom il-Malta Enterprise approvat assistenza matul il-perjodu 2013-2015, jammonta għal €25,741,775. Dawn jinkludu kumpaniji tal-farmaċewtika u 'medical devices'. Apparti dan l-investiment, matul is-sena 2015, il-Malta Enterprise approvat ħames proġetti ġodda b'investiment barrani fis-settur tal-Life Sciences li se jkunu qegħdin joperaw mill-Life Sciences Centre u li bejniethom mistennija li jwettqu investiment ta' iktar minn seba’ miljun ewro fuq perjodu ta' tlett snin li ġejjin. Iktar proġetti f'dan il-qasam mistennija jiġu approvati matul din is-sena.

Malta Industrial Parks – spazji industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ispazji industrijali kollha li l-Malta Industrial Parks qed tippjana li żżid fis-snin 2016, 2017 u 2018?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala indikazzjoni u fuq informazzjoni tal-passat, l-MIP ser iżid dawn l-ispazji kull sena: Ready Built Factory Space - Bejn 25-30 unit ta' circa 1,000/sq mt kull waħda Lease of Land Area - Bejn 10-15 land area ta' bejn 1500 -2500 sq mt. Barra minn dawn ikun hemm bżonn li jiġu allokati spazji għal proġetti ta' ħafna aktar kobor minn dawn. Fost dawn jista' jkun hemm espansjonijiet u proġetti kbar oħra.

FDI – analiżi tal-investiment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra analiżi tal-Investiment Dirett Barrani (FDI) f’pajjiżna fl-2015 u jaqsam ir-riżultati skont is-setturi rispettivi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Cruise liner terminal — Privatisation Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess quddiem il-Privatisation Unit sabiex isiru Cruise Liner Terminal u Yacht Marina oħra f'Għawdex? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn iż-żewġ proġetti li kienu mwegħda fil-programm elettorali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proċess fil-proġett tal-Cruise Liner Terminal u Yacht Marina f’Għawdex qiegħed fl-istadju ta’ diskussjonijiet mal-Proponent li ssottometta l-Proposta. Dwar meta huwa mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dan il-proġett, dan ikun jista’ jingħad meta l-kompiti kollha neċessarji relatati jkunu ġew imwettqa b’mod metikoluż.

Abbozz ta’ Liġi dwar l-Intrapriża Soċjali — diskussjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Intrapriża Soċjali u jgħid ukoll jekk u meta se jitressaq għad-diskussjoni fil-Parlament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li L-Abozz tal-Liġi dwar l-Intrapriżi Soċjali kien ippubblikat f’white paper. Tul dawn l-aħħar xhur kien qed issir ravizzjoni tal-feedback li wasal lura minn dan il-konsultazzjoni mal-pubbliku u issiru l-ammendi neċessarji fl-abozz ta’ dawk ir-rakkomondazzjonijiet li setgħu jiġu integrati fl-abozz. Illi l-abbozz finali qiegħed jiġi konkluz minnufih u fit-tmiem ta’ dan l- eżerċizzju ser jitressaq il-Kabinett għall-approvazzjoni sabiex il-abozz jitressaq il-Parlament.

Ħal Safi – Aviation Park — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm-il xahar waqa’ lura x-xogħol fuq l-Aviation Park ta’ Ħal Safi li kellu jkun lest sa Marzu 2015? Meta hu maħsub li se jkun lest?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett kellu jkun lest sa Awwissu 2015 imma minħabba diffikultajiet tekniċi x-xogħol waqa' lura. Il-hangers huma stmati li jkunu lesti sal-aħħar ta' Lulju 2016.

Maritime Hub — kuntratt

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22425, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra liema partijiet tas-sit li kien oriġinarjament jagħmel parti mill-proġett tal-Maritime Hubli se jkun inkluż fil-ftehim mal-kumpanija magħżula?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant l-offerent preferut ser ikun qed jingħata l-proprjeta' kollha li kienet ħarġet fl-RFP.