Persuni b’diżabilità li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm iktar persuni b'diżabilità daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol, f'dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni b'diżabilità li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar erba’ snin kien ta’ 887.
Persuni ‘l fuq minn 50 sena li daħlu fid-dinja tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm iktar persuni 'l fuq minn 50 sena daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni li kienu jaħdmu full time u part time bħala xogħol ewlieni u għandhom ’l fuq minn 50 sena fl-aħħar ta’ Ġunju tas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 kien kif muri fit-tabella hawn taħt. It-tabella turi wkoll iż-żieda sena fuq sena.
Persuni jaħdmu
full time
u
part time
bħala xogħol ewlieni
Żieda sena fuq sena
Ġunju 2013
47,246
Ġunju 2014
49,633
2,387
Ġunju 2015
51,511
1,878
Ġunju 2016
53,599
2,088
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-tfal li sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat, ibbenefikaw mis-servizz b’xejn ta’ child care li beda joffri l-Gvern fl-1 ta’ April 2014? X’kienet in-nefqa fl-istess perjodu fuq din il-miżura? Kemm hemm ċentri li qed jieħdu sehem bħalissa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ applikazzjonijiet attivi li mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Jannar ibbenefikaw mis-servizz ta’ Childcare b’xejn hu ta’ 3,366 għal spiża f’Jannar 2017 ta’ €1.2 miljun.
Fis-snin 2014, 2015, u 2016, l-istatistika fuq in-numru ta’ applikazzjonijiet kienet kif muri f’din it-tabella:
Sena
Perjodu
Nru. ta’ applikazzjonijiet matul is-sena
Spiża (€ miljuni)
2014
1 Apr - 31 Dec
3,856
5.2
2015
1 Jan - 31 Dec
2,843
10.0
2016
1 Jan - 31 Dec
3,020
12.6
Ċentri irreġistrati fl-iskema hemm 98.
Kemm huwa n-numru ta’studenti li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjoni nutrittiv li beda joffri l-gvern mill-1 ta’ April 2014 ? X’kienet in-nefqa sena b’sena fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-bidu tal-ftuħ tas-servizz tal-Breakfast Club, fis-sena skolastika 2014-2015 ibbenefikaw 2,433 student, fis-sena skolastika 2015-2016 ibbenefikaw 3,362 student u fis-sena skolastika 2016-2017 (minn Settembru sa Jannar 2017) ibbenefikaw 4,003 student.
In-nefqa mill-ftuħ tal-Breakfast Club minn April 2014 sal-aħħar ta’ Jannar 2017 kienet ta’ €1,464,795.95. Din tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Coordinators (wieħed kull Kulleġġ), ħlasijiet lill-ħaddiema (għalliema, LSAs, eċċ.), kif ukoll ix-xiri tal-prodotti għall-Breakfast Club, kif hawn imniżżel f’din it-tabella:
Sena Skolastika
Nefqa
2014-2015
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€41,205.00
Hlasijiet lill-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€397,783.52
2015-2016
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€41,420.76
Hlasijiet lill-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€644,101.56
2016-2017
Settembru sa Diċembru 2016
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€17,265.00
Settembru sa Diċembru 2016
Hlasijiet lill-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€121,196.36
2014 sa Diċembru 2016
Tqassim ta’ Fondi lill-iskejjel
€201,823.75
TOTAL
€1,464,795.95
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ studenti li fl-aħħar snin irrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-istipendju xorta? X’kienet l-ispiża totali fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti fis-snin skolastiċi 2013/2014, 2014/2015 u 2015/6 kienu kif ġej:-
Sena skolastika 2013/2014
Numru ta’ studenti: 1043
Nefqa totali: €421,774
Sena skolastika 2014/2015
Numru ta’ studenti: 1031
Nefqa totali: €702,320
Sena skolastika 2015/2016
Numru ta’ studenti: 976
Nefqa totali: €736,728
L-ammonti indikati jkopru studenti li rrepetew sena fil-kors ta’ studju tagħhom fil-livell post sekondarju u terzjarju u ngħataw stipendju wara li applikaw. Xi studenti jkunu wkoll eliġibbli għall-għotja supplimentari.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa u investiment mill-Jobsplus f'taħriġ u għajnuna lil dawk li qed ifittxu impjieg jew li jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom matul l-2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li n-nefqa u l-investiment mill-Jobsplus f'taħriġ u għajnuna lil dawk li qed ifittxu impjieg jew li jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom matul l-2016 kien ta’ €9,364,289.27 li jikkonsisti minn taħriġ (€227,851.17), inizjattivi favur persuni b’diżabilità (€1,284,876.24) u inizjattivi varji (€7,851,561.86).
Università u MCAST – għajnuna lill-istudenti waqt l-eżamijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi jew titjieb fl-għajnuna li tingħata lill-istudenti waqt l-eżamijiet (access arrangements) tal-Università u l-MCAST matul din is-sena skolastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-Università ta’ Malta
L-Università tagħmel arranġamenti differenti għall-istudenti skont id-diżabilità jew kundizzjoni tagħhom.
Dawn l-arranġamenti ilhom isiru u jinstabu fil-ktejjeb: University of Malta Access Arrangements 2013 li jinstab fuq http://www.um.edu.mt/__data/assets/pdf_file/0020/204419/accessbooklet2013.pdf L-arranġamenti jiġu deċiżi skont l-individwu u l-ispjegazzjoni li tiġi ċċertifikata mill-ispeċjalista dwar kif id-diżabilità taffettwa kif l-istudent jiffunzjoni fil-kuntest tal-Università.
A. Għall-eżamijiet:
· Il-maġġoranza tal-istudenti b’diżabilità jibbenefikaw minn
ħin miżjud
(
extra time).
· Għal xi oħrajn ikun hemm arranġamenti minħabba l-kundizzjoni medika partikolari tagħhom eż.
· l-istudenti bid-dijabete Type I jingħataw
il-ħin biex ipatti għall-ħin li jkunu tilfu
jekk ikollhom jiċċekjaw iz-zokkor fid-demm jew jieklu jew għax ikollhom
hypo
,
· l-istudenti b’epilessija jibbenefikaw mill-ħin biex ipatti fil-każ li jkollhom
aċċessjoni.
jew
ħin ta’ serħan
fil-każ tal-istudenti b’diżabilità bħal-
cerebral palsy
jew
lupus.
· L-istudenti bl-ADHD jingħataw kumpens ta’
ħin biex jistrieħu (
supervised rest breaks
)
minn ħin għal ħin.
· L-istudenti bin-nuqqas ta’ vista jew għomja jingħataw
word processor
,
software
ta’
screen reader
, kif ukoll
ħin miżjud.
· L-istudenti bid-
dyspraxia
wkoll jibbenefikaw mill-
użu tal-
word processor
u ħin miżjud.
· Oħrajn b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali jingħataw
kamra ta
l-eżami bi ftit studenti
, ħin biex jissetiljaw
u
ħin miżjud
jekk ikunu fuq xi mediċini li jaffettwaw il-ħidma tagħhom.
· Kull arranġament li jintalab jiġi kkunsidrat basta jkun relatat mad-diżabilità u ma jtellifx is-serjetà jew l-integrità tal-eżami.
B. Għall-kors:
· L-Università tagħmel ukoll arranġamenti biex l-istudenti b’diżabilità jaċċessaw il-kors tagħhom, partikolarment il-
lectures
. Dawn l-arranġamenti jiġu diskussi mal-
lecturers
individwalment. Xi studenti jibbenefikaw mill-estensjoni tal-kors fuq żmien itwal li b’hekk ikollhom ħin biżżejjed biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-istudji kif ukoll jkollhom ċans biżżejjed biex jippreżentaw l-
assignments.
MCAST
In-numru ta’ studenti bi bżonnijiet partikolari li huma rreġistrati mal-Inclusive Education Unit fl-MCAST matul is-sena akkademika 2016-2017 huwa ta’ 826. Arranġamenti tipiċi waqt l-eżamijiet jinkludu, imma mhux biss, qarrejja, kittieba, prompters kif ukoll ħin addizzjonali. Matul l-ewwel simestru (Settembru – Frar) tressqu 1,657 rikjesta għal arranġamenti waqt l-eżamijiet. Dawn ġew kollha proċessati fil-ħin sabiex l-arranġamenti setgħu jingħataw.
Din is-sena ġiet imsaħħa s-sistema ta’ kif jiġi rikjest is-sapport waqt l-eżamijiet partikolarment permezz ta’ titjib fil-kanali ta’ komunikazzjoni bejn id-diversi partijiet involuti kif ukoll immassimizzar tar-riżorsi attwalment disponibbli.
L-MCAST ma jipprovdix biss sapport waqt l-eżamijiet iżda wkoll arranġamenti diversi matul is-sena li jgħinu lill-istudenti jilħqu l-miri tagħhom. Għaldaqstant, din is-sena saru diversi laqgħat fejn, bis-sehem tan-nies kollha involuti fl-edukazzjoni tal-istudenti konċernati, ġew imfassla programmi akkademiċi speċifiċi skond il-bżonnijiet u l-potenzjal ta’ studenti partikolari. Din il-ħidma qegħda tagħti opportunità ġdida lil studenti bi bżonnijiet partikolari sabiex jiżviluppaw il-ħiliet speċifiċi tagħhom minkejja d-diffikultà f’oqsma oħra tal-kurrikulu.
Numru ta’ assistenti personali ġew ukoll assenjati mill-Kulleġġ sabiex jissapportjaw studenti bi bżonnijiet partikolari jew diżabilità.
Skejjel – klassijiet – investiment fuq teknoloġija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investimenti kollha li saru rigward it-teknoloġija fil-klassijiet f'dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mill-Information Management Unit - Schools li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat ukoll mill-Information Management Unit (IMU) tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li fl-2016 inxtraw:
- 27 kopja ta’ StaffCover software għall-iskejjel mingħand October ReSolutions Ltd għall-ammont ta’ €11,503.82 inkluż il-vat;
- IEP writer software għall-iskejjel kollha - negotiated procedure approvata mill-Ministeru għall-Finanzi (dirct order) ma’ Edukey Education Ltd Provision Map - valur stmat ta’ €80,000 (vat eskluż) fis-sena għal perjodu ta’ ħames (5) snin;
- Talking Word Processor software – Write Online – Monpalao Trading Ltd - €120,000;
- Talking Word Processor Age Appropriate software – Clicker 7 - Monpalao Trading Ltd - €120,000;
- Create symbol-based communication and educational materials software – Board Maker - Monpalao Trading Ltd - €120,000.
Inizjattiva – My Journey/Il-Vjaġġ Tiegħi — rendikont
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-inizjattiva My Journey /Il-Vjaġġ Tiegħi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li wara li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ippubblika ‘Il-Vjaġġ Tiegħi: Nasal minn toroq differenti’ fit-23 ta’ Novembru, ġie ffirmat Memorandum of Understanding b’rabta mat-taħriġ inizjali u dak kontinwu għall-għalliema bejn il-Ministeru, l-Università ta’ Malta, il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u t-Teknoloġija, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, l-Istitut għall-Edukazzjoni, u Haaga Helia University of Applied Science. Tfasslu u saru 31 laqgħa ta’ informazzjoni għall-Kapijiet tal-Iskejjel tal-Istat, l-Assistenti Kapijiet, il-Kapijiet tad-Dipartimenti, il-professjonisti fis-servizzi, u għall-ġenituri. Hemm ippjanati wkoll laqgħat għall-għalliema li ser ikunu integrati bħala parti mit-taħriġ u t-tħejjijiet tal-għalliema b’rabta mal-Qafas ta’ Ħiliet fit-Tagħlim (Learning Outcomes Framework). Qed isiru laqgħat bejn id-Dipartimenti u d-Direttorati b’rabta fost l-oħrajn ma’ programmi ta’ tagħlim u modi differenti ta’ assessjar, tħejjijiet meħtieġa fuq loġistika, riżorsi, u servizz nazzjonali marbut mal-karrieri.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-Unit Għożża u kemm-il persuna ġiet megħjuna b'dan is-servizz matul l-2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Servizz Għożża huwa servizz fi ħdan id-Direttorat Għal Servizzi Edukattivi li joffri għajnuna u sapport lit-tfajliet minorenni, lill-partners u ’l-ġenituri tagħhom. Dan jintlaħaq permezz ta’ diversi programmi li jinkludu:
1. Programm speċifiku għat-tfajla tqila li jiltaqa’ tliet darbiet fil-ġimgħa.
2. Grupp ta’ sapport għat-tfajla omm u t-tarbija li jiltaqa’ darba fil-ġimgħa.
3. Programm ta’ appoġġ għall-ġenituri tal-ommijiet u missirijiet żgħażagħ.
4. Programmi ta’ prevenzjoni għall-ġenituri fl-Iskejjel Sekondarji kemm tal-Istat kif ukoll tal-Knisja u dawk Independenti.
5. Programmi ta’ prevenzjoni għall-istudenti tal-Form 4.
6. Laqgħat ta’ Informazzjoni minn speċjalisti fil-qasam mediku, legali, edukattiv u soċjali.
7. Counselling għat-tfajla tqila/tfajla omm, il-partner u l-ġenituri tagħhom.
8. Żvilupp ta’ pjan ta’ azzjoni li jirrifletti l-bżonnijiet tat-tfajla omm u tat-tarbija, flimkien ma’ professjonisti oħra. Dan jintlaħaq permezz ta’ networking ma’ entitajiet u aġenziji oħra fosthom, l-Aġenzija Appoġġ, Servizz Benniena, Parentcraft, LEAP u l-Fondazzjoni tal-President għat-Tisħiħ tas-Soċjetà.
A. In-numru ta’ tfajliet tqal li ġew megħjuna matul l-2016 kien 52 kif muri hawn taħt:
Età
Nu ta’ Tfajliet Tqal
13
1
14
1
15
2
16
13
17
24
18
7
18+
4
B. L-istatistika tal-Programmi ta’ Prevenzjoni tinġabar fuq bażi skolastika. Hawn taħt wieħed isib figuri ta’ studenti u ġenituri li attendew għall-programmi organizzati minn Servizz Għożża bejn l-2015-2016 u l-2016-2017 (Frar).
Dawn il-programmi joffru tagħlim u informazzjoni dwar l-iżvilupp emozzjonali, fiżiku u psikoloġiku tal-adolexxenti kif ukoll jiddiskutu temi speċifiċi bħal relazzjonijiet u esperimentazzjoni sesswali fost l-adolexxenti.
Programmi ta’ Prevenzjoni
Skejjel tal-Istat – Numru ta’ studenti
Skejjel tal-Knisja - Numru ta’ studenti
Programm ta’ Prevenzjoni għas-subien tar-raba’ sena sekondarja
286
Programm ta’ Prevenzjoni għat-tfajliet tar-raba’ sena sekondarja
160
Programm ta’ Prevenzjoni għall-ġenituri tal-istudenti fl-ewwel sena skolastika
335
227
Programm ta’ Prevenzjoni għall-ġenituri tat-tfajliet tqal
11
Programm ta’ Prevenzjoni speċifiku (4 sezzjonijiet)
*4
Programm ta’ Prevenzjoni għal studenti Post-Sekondarji
55
*Dan il-programm sar ma’ grupp ta’ studenti jattendu l-LSZ.
B1. Sena 2016-2017 (Frar)
Programmi ta’ Prevenzjoni
Skejjel tal-Istat - Numru ta’ studenti
Skejjel tal-Knisja - Numru ta’ studenti
Programm ta’ Prevenzjoni għall-istudenti tat-tielet sena Sekondarja (Co-ed)
176
Programm ta’ Prevenzjoni għall-ġenituri tal-istudenti fl-ewwel sena ta’ skola Sekondarja
272
103
Programm ta’ Prevenzjoni għall-ġenituri tat-tfajliet tqal
5
Programm ta’ Prevenzjoni għall-istudenti Post-Sekondarji
100
Ċ. Sessjonijiet ta’ Counselling
2015-2016
89
Ċ1. Sessjonijiet ta’ Counselling
2016-2017 (Frar)
48
D. Sessjonijiet ta’ helping skills mill-għalliema tal-guidance
2015-2016
115
D1. Sessjonijiet ta’ helping skills mill-għalliema tal-guidance
2016-2017 (Frar)
44
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kif sejjer il-programm tal-Alternative Learning Programme (ALP) u x'tip ta' taħriġ qed jingħata din is-sena skolastika lil dawn iż-żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-programm tal-ALP ta’ din is-sena jidher li qed iħalli l-frott meħtieġ fejn l-istudenti qed jingħataw taħriġ vokazzjonali u applikat f’diversi suġġetti bħal Inġinerija, Servizzi jew ‘Performing Arts’. L-istudenti jingħataw ukoll tagħlim fis-suġġetti prinċipali bħal Matematika, Ingliż, Malti u ICT, kif ukoll fis-suġġetti l-oħra supplimentari. Din is-sena qed jattendu 154 studenti (co-ed), fejn qed jilħqu livell MQF 1 jew 2 fil-ħames sena tas-Sekondarja, filwaqt li għandna 24 student Post-Sekondarju fejn qed jistudjaw Welding & Fabrication jew Hospitality & Customer Care f’livell 3. L-għan huwa li dawn inħeġġuhom biex ikomplu jistudjaw l-MCAST jew l-ITS.
Qed noffru wkoll is-servizz ta’ tagħlim fil-Matematika, Ingliż u Malti bħala preparazzjoni fil-MATSEC ‘O Level’ wara l-ħin tal-iskola bla ebda ħlas bejn it-2.45 u l-4.45 ta’ wara nofsinhar, għal dawk l-istudenti li wrew ix-xewqa li joqgħodu għal dawn l-eżamijiet. Jidher li dan il-programm qed iħalli l-benefiċċju meħtieġ għax l-attendenza ta’ dawn l-istudenti hija regolari u hemm l-involviment u l-koperazzjoni meħtieġa min-naħa tal-istudenti u tal-ġenituri tagħhom.
San Pawl il-Baħar – Skola Primarja — Klassi bla għalliem u eżami ta’ nofs is-sena
Question
B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 30498 u 30499, peress li jirriżulta li l-klassi inkwistjoni baqgħet mingħajr għalliema b'mod ripetut filwaqt li kelli konferma wkoll mingħand numru ta' ġenituri li l-karta tal-eżami kienet ta’ sena iżgħar, jista' l-Ministru jerġa' jindaga dwar kif l-fatti huma fil-verità? .
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għalliema tal-klassi daħlet lura għax-xogħol imma reġgħet falliet. Infurmat li qed jittieħdu l-passi kollha li jistgħu jittieħdu.
Sadattant, l-istudenti mhumiex jitħallew bla lezzjonijiet għax dawn qed jipprovduhom għalliema oħra.
L-istudenti tas-6.6, bħall-istudenti l-oħra tas-Sitt Sena se jingħataw karta li hija tal-Year 6.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Segretarjat Privat – Safar
Question
Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Taljana tul din is-sena akkademika,fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Taljana tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej:
Skejjel SekondarjiStudentiTotal ta' StudentiGħalliema
SubienBniet
Statali322129376158105 + 7 HODs*
tal-Knisja31792826600561
Indipendenti940773171318
*105 Għalliem u 7 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Franċiża tul din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Franċiża tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej:
Skejjel SekondarjiStudentiTotal ta' StudentiGħalliema
SubienBniet
Statali7041187189160 + 5 HODs*
tal-Knisja22832117440045
Indipendenti929840176911
*60 Għalliem u 5 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching
SportMalta – bini ta’ tinda għall-Malta Judo Federation
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-involviment ta' SportMalta sabiex inbniet it-tinda li qed tintuża' mill-Malta Judo Federation ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li SportMalta tgħat assistenza lil Judo Federation ta’ €99,647 biex tkopri l-ispejjeż tax-xiri tat-tinda. Dan sar billi fl-istadju tat-tender li ħareġ mill-federazzjoni ġie immoniterat minn SportMalta.
School Football Tournament – skejjel li qed jipparteċipaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li qed jipparteċipaw fl-iSchools Football Tournament din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s’issa kien organizzat il-logħob ta’ kwalifikazzjoni għall-Iskejjel Sekondarji tal-Istat fejn b’kollox ħadu sehem ħdax-il skola. Il-fażi finali se ssir f’Mejju flimkien ma’ skejjel tal-Knisja u Indipendenti.
Hemm 15-il skola tipparteċipa fl-iSchools Football Tournament din is-sena.
F’Marzu se jsiru tournaments għall-Iskejjel Primarji kif ukoll dawk Medji.
Dan il-logħob kollu qiegħed isir fl-istejdjum il-ġdid li nbena fis-sit tal-eks Skola Sekondarja Maria Assunta, fil-Ħamrun.
Dawn it-tournaments isiru kemm għas-subien kif ukoll għall-bniet b’mod separat.
Wara li sena ilu SportMalta organizzat b'suċċess kors għall-Amministraturi fl-isport, jista' l-Ministru jagħti ftit informazzjoni fuq il-kors li se jkun organizzat mill-istess SportMalta flimkien mal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) fiż-żmien li ġej?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li SportMalta dejjem kienet minn ta’ quddiem biex tinvesti fil-ħaddiema tagħha u toħloq opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ. Kif diġà ġie elenkat, is-sena l-oħra il-ħaddiema ta’ SportMalta kif ukoll ħaddiema oħra mis-servizz pubbliku, temmew b’suċċess il-kors “Public Service Sport Administration” li kien iċċertifikat bħala MCAST Level 5 Award. Dan il-kors kien sar bil-kollaborazzjoni tal-MCAST u kien iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew.
Din is-sena SportMalta ħasset il-ħtieġa li tniedi kors innovattiv fil-qasam tiegħu – “Kors għal-Voluntiera fl-Isports”. Dan il-kors huwa intenzjonat li jilħaq il-voluntiera li jaħdmu fil-kamp sportiv u li se jwassal għal ċertifikazzjoni formali għal dawk li jattendu u jaħdmu f’dan il-mistier.
Il-kors ġie imfassal minn SportMalta u d-dipartiment tal-isports fl-MCAST. L-għan prinċipali kien li SportMalta tinvesti u tipprovdi taħriġ kontinwu lill-impjegati tagħha kif ukoll lil dawk kollha li jaħdmu fl-għaqdiet sportivi li huma reġistrati magħha, biex jiżviluppaw il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom f’oqsma diversi. Infatti s-suġġetti magħżula jkopru informazzjoni u t-tagħlim neċessarju (kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika) li l-voluntier għandu bżonn ikun jaf/juża waqt ħidmietu. SportMalta qed tieħu din l-inizjattiva biex dawk kollha li jattendu jingħataw ukoll rikonoxximent għax-xogħol siewi li qed jagħmlu fl-għaqdiet rispettivi tagħhom. Kull min ser jispiċċa l-kors b’suċċess se jingħata ċertifikat mill-MCAST
“Level 2 Award in Sport Volunteering”.
Ta’ min jgħid ukoll li dan il-kors ser ikun marbut mal-Presidenza, fejn SportMalta se tkun qed tippreżenta r-riżultat ta’ dan il-proġett pilota bħala wieħed mill-prattiċi tajbin li nistgħu nagħmlu fil-qasam tal-volontarjat fl-Unjoni Ewropeja.
Finalment, il-ħsieb hu li jinħoloq reġistru uffiċjali bl-ismijiet tal-parteċipanti voluntiera li jkunu temmew dan il-kors b’suċċess biex iservi ta’ referenza għall-assoċjazzjonijiet u klabbs sportivi. B’hekk inkunu qed niffaċilitaw ukoll il-proċess li wieħed isib voluntier kwalifikat meta jkun irid jorganizza xi attivitajiet/kompetizzjonijiet fuq livell nazzjonali jew internazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal Għawdxin li ħadu sehem fil-programm Summer on the Move fis-sajf li għadda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-programm Summer on the Move tas-sajf li għadda, in-numru ta' tfal Għawdxin li ħadu sehem kien ta’ 75. Dan kien l-ewwel sajf li Summer on the Move sar f’Għawdex wara programm OnTheMove tax-xitwa li wkoll sar l-ewwel darba u kien suċċess. Din is-sena komplejna nibnu fuq dan is-suċċess fejn għall-programm OnTheMove tax-xitwa, in-numru ta’ parteċipanti laħaq it-395.