B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' other grains barra mill-UE hija 38.6% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.
Dwar jekk hux se tibqa ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.
Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess interpellant tant kien ibeżża li dawn ma konniex ser inkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.
L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju intilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista jgħodd għall kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mil-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
Common Agricultural Policy — Tariffa fuq Ħxejjex, Frott u Ġewż
Question
B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' vegetables, fruit, nuts barra mill-UE hija 14.5% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.
Dwar jekk hux se tibqa ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.
Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess interpellant tant kien ibeżża li dawn ma konniex ser inkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.
L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju intilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista jgħodd għall kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mil-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mill-programm tal-hands on fishing? Kemm-il darba saru matul dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena, dawn il-programmi u kemm kien in-numru ta' studenti preżenti? Min huma l-membri tal-bord li jieħdu ħsieb dawn il-programmi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li f'dawn l-aħħar erba' snin ma tnieda l-ebda programm ta' din ix-xorta.
Jista' il-Ministru jara tistax issir xi ħaġa fir-rigward ta' siġra kbira li hemm fuq il-maħżen tar-regatta Bormla, liema siġra qed tagħmel ħsarat kbar fis-saqaf ta' l-istess maħżen?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li s-siġra msemmija hi responsabbilta' tal-Kunsill Lokali ta' Bormla.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, kemm huma n-numru ta' special safeguards għas-settur tal-Biedja li pajjiżna se jonora sabiex ikun konformi mal-CAP. Kemm minn dawn l-ispecial safeguards diġa` huma reġistrati mal-WTO minn rata ta' l-UE u kemm minnhom fil-fatt jiproteġġu l-Biedja lokali.
Response (ZAMMIT, NINU)
Hu minnu li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta trid tikkonforma ma' l-acquis communitaire li jinkludi l-obligazzjonijiet mal-WTO.
L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li, bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-biedja Maltija tikkonforma mal-CAP f'dawk il-prodotti li nipproduċu lokalment. Biss dan isir fuq il-kundizzjonijiet li qegħdin ninnegozjaw. L-Onor. Interpellant għandu jibqa' ċert li Malta qegħda tinnegozja l-aħjar qafas.
Jista' l-Ministru jinformani kemm hija l-ispiża meħtieġa sabiex pajjiżna jintegra mal-IACS? Kemm mill-ispiża se joħroġhom il-Gvern Malti u kemm l-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Mill-1 ta' Marzu 2001 sal-lum intefqu Lm65,924 mill-Gvern Malti, iżda 'l biċċa l-kbira ta' l-ispejjeż qed jiġu ffinanzjati mill-UE. Skond il-ftehim mal Kumissjoni Ewropea, Malta ingħatat miljun Ewro (Lm400,000) biex titwaqqaf l-Integrated Administration and Control System'.
B'riferenza għall-istudju li sar matul dawn l-aħħar 4 snin u xogħol sabiex nintegraw l-amministrazzjoni u s-sistemi tal-kontrolli tal-CAP, jista' l-Ministru jinfurmani kemm huma kalkulat li trid tiżdied in-nefqa rekurrenti tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd sabiex effettivament issostni dan il-commitment.
Response (ZAMMIT, NINU)
Għadu prematur biex wieħed jgħid kemm se tkun l-ispiża biex titwaqqaf il-IACS. Nitlob, iżda, lill-Onor. Membru jirriferi għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija numru 36541 għal aktar dettalji.
Jista` l-Ministru jgħid kemm ġew importati bil-liċenzji neċċessarji:
a) għasafar
b) rettili (x'tip huma)
c) ħlejjaq oħra (x'tip huma)
Kemm minn dawn huma annimali velenużi u ta' liema tip
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li mill-bidu tas-sena kienu impurtati biss, bil-liċenzja meħtieġa, 13,902 għasafar. Ma kinux impurtati rettili jew annimali eżotiċi oħra. Annimali velenużi ma jitħallewx jidħlu Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-użu tal-purse seine nets (xbiki tat-ton)?
Saru applikazzjonijiet u jekk saru, meta saru u kemm saru f'isem sajjieda Maltin u Għawdxin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li, is-sena l-oħra, saru numru ta' talbiet minn sajjieda individwali, Maltin u Għawdxin, biex jarmaw għall-qbid tat-tonn bix-xibka. Fid-dawl tal-kwota limitata allokata lil Malta mill-ICCAT, fuq dikjarazzjonijiet tas-sajd tagħna, u l-fatt li għandna responsabbiltajiet internazzjonali li rridu nħarsu biex inżommu s-suq tat-tonn miftuh, it-Taqsima tas-Sajd ma tistax toħrog liċenzji għas-sajd għat-tonn bix-xibka bla rażan. In-numru tal-liċenzji jridu jkunu relattivi mal-qabda tat-tonn allokata lil Malta u jħarsu d-drittijiet ta' dawk li kienu jaħdmu għat-tonn.
Fil-preżent jeżisti grupp ta' sajjieda li normalment jistadu għat-tonn bil-konzijiet, li ġie iffurmat mill-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd, li ltaqa' mad-Direttur Generali tat-Taqsima tas-Sajd biex jiddiskuti din il-materja.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra liema huma s-sorsi tal-materja prima ta' l-ikel u tunnellaġġ tagħhom li Malta qed titlob supply measure għall-fini ta' importazzjoni wara sħubija ta' Malta fl-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant jista' jiksibha mill-pożizzjoni ta' Malta (Position Paper) dwar in-negozjati tal-kapitlu ta' l-Agrikoltura. Dan id-dokument jista' jinkiseb jew direttament mingħand il-MIC jew mill-website tal-MIC (www.mic.org.mt).
Jista' il-Ministru jinvestiga lmenti ta' bdiewa li għandhom ir-raba tagħhom fl-inħawi ta' wara l-ġnien taz-Zejtun li qed jitilfu uċuh tar-raba' għaliex kultant żmien ir-raba tagħhom qed jegħreq minħabba l-ilma tat-tisqija li qed jaqa' mill-open channels li konsegwenza tal-ħsarat li ġarrbu dawn ic-channels tbaxew ħafna u l-ilma malajr jaqleb għal ġor-raba'?
Possibli dawn jissewwew sew darba għal dejjem u mhux jibqgħu jisewwew temporanjament?
Jista' il-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu għax hemm bdiewa li diġa tilfu tlett uċuh tar-raba'?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-manutenzjoni fuq il-kanali li jwasslu l-ilma mill-Impjant ta' Sant'Antnin lill-bdiewa, issir minn grupp ta' ħaddiema tad-Divizjoni tax-Xogħlijiet. Dawn il-ħaddiema dejjem iduru u jsewwu l-ħsarat fil-kanali ta' l-ilma mifruxa fuq medda ta' 2,700 tomna (300 ettaru).
Ix-xogħol fuq dawn il-kanali hu estensiv sew minħabba ħsara li ssir biż-żmien u aktar u aktar minħabba vandaliżmu kontinwu li qed isir fuq dawn il-kanali minn persuni mhux magħrufa. Dan hu l-każ anki fuq tiswijiet li jkunu għadhom kif saru, bħall-inħawi msemmija ta' wara l-Ġnien taż-Żejtun. It-tiswija li ssir hi ssodisfaċenti u x-xogħol dejjem sar skond is-sengħa.
Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant li jekk hemm xi post partikulari li qiegħed jirriferi għalih nitolbu jispeċifika biex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista' il-Ministru jgħid x'sens jagħmel għall-pajjiżna li fiz-zona ta' konservazzjoni tas-sajd cioe' fil-25 mil Baħar ta' madwar il-kosta tal-gżejjer tagħna se jkunu jistgħu jidħlu bastimenti tas-sajd tat-tkarkir ta' l-istati membri ta' l-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma nistax nifhem kif wasal għall-konklużjoni li fil-25 mil baħar ta' madwar il-kosta tal-gżejjer tagħna se jidħlu bastimenti tas-sajd tat-tkarkir ta' l-istati membri ta' l-UE. Fin-negozjati dwar din iz-zona ġie iffissat l-isforz għal dak eżistenti.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta bl-indikazzjonijiet fejn jista' jsir is-sajd mill-bastimenti tat-tkabbir fil-25 mil tal-Baħar ta' madwar il-kosta tal-gżejjer tagħna, li ġiet mogħtija lill-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kopja tal-mapep konċernati qed jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'overtime u allowances oħra din is-sena? Kemm kien in-numru ta' persuni li tħallsu u kemm tħallsu individwalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena persuni fil-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu tħallsu Lm 97,481 f'sahra u Lm 211,411 f'allowances. Is-sahra tħallset lil 275 persuna u l-allowances lil 454 persuna. Parti mill-ħlas tas-sahra tinkludi xogħol li sar fl-2001. Ma naħsibx li jkun xçraq li nagħti dettalji ta' xi tħallas kull individu. Madankollu, jekk L-Onor. Interpellant jixtçq din l-informazzjoni dwar xi persuna partikolari jien lest li ngħaddilu l-informazzjoni b'mod kunfidenzjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm irziezet tat-trobbija tat-tiġieġ li għandhom permess joperaw bħalissa? Kemm hemm irziezet tat-tiġieġ li ġew magħluqa matul din is-sena għax kisru r-regolamenti rilevanti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li n-numru ta' rziezet għat-trobbija tat-tiġieġ li għandhom liċenzja hu 332. Matul din is-sena l-ebda razzet ma ngħalaq imma bħalissa għaddejja nvestigazzjoni dwar razzett.
Agrikoltura u Sajd — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati
Question
Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onor. Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikulari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm siġar taż-żebbuġ, u minn dawn jistax jiġi indikat liema varjeta`, ġew imħawwla madwar Malta u Għawdex? Jista' jiġi indikat kemm ġew imħawwla fit-tieni distrett?
Jista' il-Ministru jgħid hux possibbli li d-dipatiment ta' l-agrikoltura u s-sajd jinvestiga ilment li wasalli minn diversi bdiewa li main ta' l-ilma tat-tisqija li kien ħiereġ mill-ġibjun tal-Ħabel l-Abjad, f'Tal Kotob, Żejtun ġie magħluq minħabba xi ħsarat li kellu?
Billi konsegwenza ta' din id-deċiżjoni numru sostanzjali ta' bdiewa baqgħu bla ilma, possibbli jittieħdu passi biex din il-ħsara tissewwa?
Jista' il-Ministru jinvestiga l-fatt li minn meta sar dan il-main, il-bdiewa kienu ilhom jilmentaw ma' l-awtoritajiet konċernati li kien hemm din il-ħsara, liema ħsara tħalliet tiddeterjora sakemm issa sitt snin wara dan il-main ingħalaq?
Jista' jinformani meta se jissewwa dan il-main biex il-bdiewa li diġa` għandhom l-uċuh tar-raba' fosthom patata tax-xitwa u ful ma jsoffrux danni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-main ta' l-ilma tat-tisqija li ħiereġ mill-ġibjun ta' Ħabel l-Abjad ingħalaq sakemm tissewwa l-ħsara li hemm fil-main fi Triq Xrobb l-Għaġin, Misraħ Strejnu limiti taż-Żejtun, u li minbarra l-ħela ta' ilma, kien qiegħed jikkawża ħafna inkonvenjenzi lir-residenti tal-lokal.
Peress li t-tiswija tal-main trid issir mid-Dipartiment tad-Drenaġġ, saret talba biex il-ħsara tissewwa kemm jista' jkun malajr.
Jista` il-Ministru jgħid x’inhija l-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-BSE u x’inhija s-sitwazzjoni f’pajjiżna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Gvern ħa kull prekawzjoni biex jitneħħa kull riskju li tidħol il-marda f'Malta. Isiru wkoll testijiet fuq bażi regolari biex il-konsumatur ikun protett.
Is-sitwazzjoni preżenti f'Malta hi li wara tmintax-il xahar ta' testijiet ma nstabet l-ebda traċċa tal-marda tal-BSE fil-merħliet f'pajjiżna.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhija l-pożizzjoni tal-gvern dwar l-aħħar inċidenti li reġa' kellhom s-sajjieda Għawdxin mas-sajjieda Tuniżini? X'kienu l-iżviluppi li saru wara l-aħħar każ li kien tressaq mill-koperattiva tas-sajjieda f'Ottubru tas-sena l-oħra dwar l-istess ħniżrijiet li saru fil-konfront tas-sajjieda tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li mill-istaġun tas-sena l-oħra (2001) sal-lum kien hemm korrispondenza bejn il-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd, il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u t-Taqsima għall-Kontroll u l-Konservazzjoni tas-Sajd dwar il-kwistjoni. Il-kwistjoni kienet ġiet ittrattata ukoll waqt iż-żjara tal-Prim Ministru fit-Tuneżija f'Ottubru tas-sena l-oħra.
Diskussjonijiet oħra saru bejn it-Taqsima għall-Kontroll u l-Konservazzjoni tas-Sajd u d-Dipartiment tas-Sajd Tuneżin waqt laqgħa bilaterali li saret f'Malta f'Marzu ta' din is-sena. Waqt din il-laqgħa, waħda mis-soluzzjonijiet li kienu proposti kienet li noffru l-esperjenza tagħna biex l-Awtoritajiet tas-Sajd Tuneżini jkunu jistgħu jorganizzaw is-sajd tal-lampuki bil-kannizzati b'mod simili għal dak li nagħmlu Malta. Il-ħsieb kien li jekk is-sajjieda Tuneżini jkollhom il-kannizzati tagħhom, dawn ma jagħmlux aktar ħsara fil-kannizzati tas-sajjieda Maltin.
Il-minuti ta' dik il-laqgħa ġew iffirmati u irritornati f'April, iżda minn dakinhar ma saretx talba mill-Awtoritajiet Tuneżini biex ngħinuhom jorganizzaw dan is-sajd minn naħa tagħhom.
Id-Direttur Ġenerali tat-Taqsima għall-Kontroll u l-Konservazzjoni tas-Sajd kiteb lid-Direttur Ġenerali tas-Sajd Tuneżin fis-27 ta' Awissu.
Id-Direttur tas-Sajd Tuneżin wieġeb lejn l-aħħar ta' Settembru fejn infurmana li huma għamlu kampanja qabel ma beda l-istaġun fost is-sajjieda tagħhom fejn dawn ġew imħeġġa biex joperaw waqt li jkunu fuq il-baħar fi spirtu ta' rispett lejn sajjieda oħra, kemm Tuneżini kif ukoll barranin.
Barra minn hekk, huma qassmu ċirkolari lill-uffiċċju reġjonali tagħhom biex dawn jagħtu aktar attenzjoni lill-operat tas-sajjieda fuq il-baħar biex waqt il-ħidma tagħhom josservaw ir-regolamenti internazzjonali tas-sajd u b'hekk tiżdiet id-dixxiplina fuq il-baħar.
Jien infurmat ukoll li bdew isiru t-tħejjijiet għal laqgħa oħra bilaterali mat-Tuneżija. Din il-laqgħa hi ppjanata li ssir dan ix-xahar.
Minn Awissu 'l hawn saru tliet rapporti ta' inċidenti, tnejn diretti lit-Turretta u wieħed lid-Direttur tas-Sajd. Fit-13 ta' Settembru 2002 u fis-17 ta' Settembru 2002, ajruplan tal-Forzi Armati mar fuq il-post u ttieħdu anki ritratti. Sa issa għad m'hemmx evidenza fotografika tas-sajjieda Tuneżini jistadu fuq kannizzati. Li hemm huma ritratti ta' dgħajjes Tuneżini jbaħħru.
Tajjeb li jingħad ukoll li dawn l-inċidenti ta' sajd fuq il-kannizzati Maltin isiru f'ibħra internazzjonali u għalhekk l-liġi Maltija ma għandhiex ġurisdizzjoni, iżda Malta u l-pajjiżi l-oħra jridu jsibu qbil bejniethom volontarjament biex isolvu kwestjonijiet ta' din ix-xorta. Ikun fl-interess ta' kulħadd li dan il-qbil isir madwar il-mejda.