Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27236, 27802 u 27929 u jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum kemm kien hemm każi ta' qtugħ ta' dawl f'Malta u f'Għawdex, bid-dati, bit-tul ta' ħin u lokalita' b'lokalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Gozo Channel — Servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu biljetti mill-Gozo Channel għas-servizz tal-baħar bejn Malta u u Għawdex xahar xahar minn April 2007 'il hawn lill-:
*Passiġġieri residenti f'Għawdex bla vettura;
*Passiġġieri residenti f'Għawdex bil-vettura;
*Passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin bla vettura;
*Passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin bil-vettura?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tibgħat il-kont ta' l-ilma u d-dawl lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, f'isimha wara li żewġha miet f'Awissu li għadda u wara li nfurmat lill-korporazzjoni fl-24 ta' Settembru, 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ġie solvut. Il-Kont ġie reġistrat kif intalab mill-konsumatur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sistema tad-drenaġġ fi Triq Dun Manwel Zammit fis-Siġġiewi tnaddfitx wara li far id-drenaġġ nhar il-Ħadd 14 ta' Ottubru, 2007 u daħal saħansitra f'xi basements ta' djar? Jista' jgħid x'se jsir biex jiġi assigurat li din is-sitwazzjoni ma tirrepetix ruħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara li nhar il-Ħadd l-14 t’ Ottubru, id-drenaġġ far fi Triq Dun Manwel Zammit, Siggiewi, il-mejn tat-triq kollha tnaddaf nhar it-Tlieta 16 t’Ottubru u minnu ittellgħet ġebla kbira. Is-sitwazzjoni issa ġiet lura għan-normal.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25439 u jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm xi żvilupp fuq il-flus dovuti msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5564 tas-6.05.04?
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni li qed jitħallsu mill-Kordin Grain Terminal Co. Ltd.? X'inhi l-kariga ta' kull individwu u x'salarji u benefiċċji jgawdi kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista tal-impjegati ta' Kordin Grain Terminal, bis-salarji tagħhom.
L-impjegati kollha ta' KGT bħala benefiċċju għandhom Medical Insurance.
Jista' l-Ministru jagħti lista tas-safar li sar f'dawn l-aħħar tmien snin miċ-chairman u kull individwu ieħor konness mal-Kordin Grain Terminal Co. Ltd.? Jista' jgħid f'liema pajjiżi sar is-safar u kemm ġiet tiswa kull safra? Jista' jgħid jekk jintbgħatx rapport ta' kull mawra barra lill-MIMCOL?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi l-Kordin Grain Terminal ġie mibni bil-ħsieb li jintuża għat-transhipment tal-qmuħ, jista' l-Ministru jgħid xi kwantitajiet ta' qmuħ ġew maħżuna kull sena dawn l-aħħar tmien snin għal dan l-iskop?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn l-ahhar tmien snin ġewwa Kordin Grain Terminal ġew maħżuna għat-transhipment tal-qmuħ,
dawn l-ammonti kull sena :
Sena Kwantita
metric tonnes
2000 8,078.120
2001 25,468.190
2002 29,474.285
2003 94,544.435
2004 6,585.000 (fire incident at KGT)
2005 39,358.920
2006 12,444.880
2007 65,454.855 (1 Jan to 21 October 2007)
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bord tal-Kordin Grain Terminal Co. Ltd., qattx ikkunsidra li jkun ta' benefiċċju għal pajjiżna li jsir hedging with future contracts għall-qmuħ li nimpurtaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kordin Grain Terminal la jixtri u lanqas jimporta qmuħ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-MIMCOL qattx ġibdet l-attenzjoni tiegħu għal konflitt ta' interess li seta' kellu ċ-chairman tal-Kordin Grain Terminal Co. Ltd., billi kien ukoll iċ-chairman tal-Federated Mills Co. Ltd u kien jimporta u jbiegħ lill-kumpannija tiegħu innifsu għal tmien snin sħaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MIMCOL qatt ma' ġibdet l-attenzjoni tiegħi fuq xi fatt simili probabli għaliex ma' hemm l-ebda konflitt ta' interess peress illi l-Kordin Grain Terminal, kontra għal dak li qed jallega l-Interpellant, la qatt biegħet u lanqas qatt ma xtrat ċereali.
Il-Federated Mills Plc, tixtri l-qamħ hi stess għaliha kif jagħmlu wkoll il-feed mills l-oħra ta' Malta.
Kull ma jsir mill-Kordin Grain Terminal hu li 'storage' ta' kull ċereali impurtat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tinbidel it-tappiera antika tad-drenaġġ li hemm fi Triq il-Blata, f"Hal Qormi quddiem ir-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li din hija miksura u qed jitilgħu ħafna ġrieden fit-triq minn ġo fiha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tappiera tad-drenaġġ li hemm fi Triq il-Blata f'Ħal Qormi ser tinbidel fil-ġranet li ġejjin.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk impjegati governattivi jistgħux jużaw l-e-mail address tal-gov.mt fuq media stampata sabiex il-pubbliku jkun jista' jibgħat feedback, informazzjoni, kummenti eċċ fuq l-indirizz tal-gvern in konnessjoni mal-kontenut ta' l-artiklu, intervent, kumment eċċ fuq il-media stampata li ma jkollu ebda konnessjoni u jkun kompletament estranju għax-xogħol mal-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-website "http://ictpolicies.gov.mt" fejn tinsab l-informazzjoni mitluba.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex bejn il-ħin li jispiċċaw mix-xogħol u l-bidu ta' l-overtime, l-Maltapost mhux qed tħallashom ta' l-ewwel tletin (30) minuta?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-Gvern m'għadx għandu l-maġġoranza ta' l-ishma fil-Maltapost inħoss li m'għandix ngħati l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 26798.
Tista' l-Airmalta tikkunsidra li ssellef tennis court li hemm Pembroke, proprejta' tagħha u li tinstab fi stat tal-biki, lill-assoċjazzjoni tat-tennis tal-lokal biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu użu minnu, minbarra li jitnaddaf u jinżamm fi stat bħan-nies? Naturalment kemm-il darba l-Airmalta jkollha użu għalih, allura din l-assoċjazzjoni toħroġ 'l barra. Dan jgħin l-isport u l-ħajja soċjali f'dawn l-akwati.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fit-2 ta' Lulju 2007, ġie iffirmat ftehim bejn l-Air Malta u l-Pembroke Rackets Tennis Club biex dan it-tennis court jinkera lill-club.