Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-każ tal-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - fejn kien kien hemm arranġament għall-ħlas bin-nifs, il-korporazzjoni ta' l-ilma qed tesiġi ħlas fl-intier, kontra l-istess ftehim u dan avolja l-ammont dovut kien wieħed superjuri u ilhom isiru ħlasijiet bin-nifs?
Jista' jara li fil-każ ta' din il-persna, fuq raġunijiet umanitarji, il-ħlas tal-bilanċ dovut jibqa' isir bl-istess mod li kien qiegħed jiġi affettwat?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma qed tesiġi ħlas fl-intier tiegħu, għaliex il-persuna indikata ma onoratx il-ftehim milħuq.
Minħabba l-qagħda finanzjarja li tinsab fiha l-pensjonanta anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - jista' jiġi vverifikat il-kont tagħha tad-dawl - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu wkoll separatament - u jekk jinstab li huwa korrett, il-ħlas forsi jkun jista' isir ftit ftit kull xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Gozo Channel li jaħdmu fl-uffiċini? Jista' jagħti l-mansjonijiet rispettivi u l-pagi u allowances rispettivi? Jista' jgħid kemm hemm impjegati mal-customer care section u kemm hi l-paga tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress illi fuq il-vapuri tal-Gozo Channel qed ikun hemm ħafna ħmieġ u peress li hemm ħafna tgergir mill-passiġġieri, jista' il-Ministru jgħid għaliex qed jiġri dan u jara li fuq il-vapuri jkun hemm l-indafa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8566 u cioe' jista' jgħid kif se jsiru n-negozjati biex il-gvern jiddisponi mill-proprjetajiet fil-qasam tal-lukandi li għandha l-Air Malta? Kif se jiġu identifikati x-xerrejja prospettivi? Minn min se jsiru n-negozjati għan-naħa tal-gvern mill-MIMCOL?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid, sakemm dan ma jikkaġunax xi preġudizzju għall-operat kummerċjali tal-korporazzjoni Enemalta u l-Airmalta, kemm żdiedet l-ispiża għal xiri taż-żejt mill-Airmalta u mill-korporazzjoni Enemalta minħabba l-prezzijiet rekord li laħaq iż-żejt dawn l-aħħar ġimgħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Iż-żieda fiż-żejt kkunsmat kemm mill-Air Malta kif ukoll mill-Enemalta tiddependi fuq il-prezz internazzjonali taż-żejt partikulari wżat (Jet A1 għall-Air Malta u Gas Oil/ Light Sulphur Fuel Oil), il-valur tad-dollaru kontra l-lira maltija u l-arranġament li jkun sar konness max-xiri. Hu għalhekk impossibli li nagħti ċifra preċiża jekk mhux relatata ma perjodu partikolari.
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-kumpanniji li applikaw għall-bini ta' l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex? X'kien il-valur ta' kull offerta? Fiex wasal il-proċess ta' l-aġġudikazzjoni u meta hu previst li se jinbeda x-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li billi din kienet talba għall-offerti maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant ġew pubblikati minn dak id-Dipartiment (u murija wkoll fin-notice board ta' l-istess dipartiment). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dwar il-proċess ta' aġġudikazzjoni ninsab infurmat li dan huwa fi stadju avvanzat ħafna u x-xogħol mistenni jinbeda għall-ħabta ta' April 2005.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7668 u cioe' jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretarti tal-kontijiet ta' l-ilma li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha tiġbor?
Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u kemm hu n-numru ta' stabilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. separatament li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet ta' l-ilma?
Skond dawn l-arranġamenti ta' arretrati, jista' jgħid kemm tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li sa l-aħħar t'Awwissu l-Water Services Corporation kellha tiġbor Lm5,996,759 għall-kontijiet ta' l-ilma minn 161,146 individwu, organiżżazzjonijiet jew kumpaniji. Minn Jannar sas-7 t'Ottubru 2004 saru 1,330 arranġament ta' arretrati li jammontaw għal Lm865,212. Dawn l-arranġamenti m'humiex maqsuma f'kategoriji, u jkopru ammonti dovuti kemm għall-elettriku u kemm għall-ilma.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7665 u cioe' jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretrati tal-kontijiet tad-dawl li l-korporazzjoni Enemalta għandha tiġbor?
Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u kemm hu n-numru ta' stabilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. separatament li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet tad-dawl?
Skond dawn l-arranġamenti ta' arretrati, kemm fil-fatt tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni llum ta' l-MOBC? Kemm ilha ma toffri s-servizz tal-bunkering? Jista' jgħid x'inhi l-kapaċita' ta' ħażna ta' l-MOBC? Kemm minn dan huwa tal-korporazzjoni Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Mediterranean Offshore Bunkering Company Limited (MOBC) hija kumpanija ta' ħażna, li tikri faċilitajiet biex jinħażen iż-żejt li jintuża bħala fuel.
L-MOBC waqfet milli tagħmel xogħol ta' bunkering mit-13 ta' Lulju, 2004.
Fl-MOBC hemm kapaċita għal ħażna ta' madwar 44,000 tunnellati metriċi.
L-entita' li tissupplixxi lill-Enemalta, kriet tank ta' 10,500 il tunellata fl-MOBC, u dan huwa garantit bħala stokk għall-Enemalta.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbidel l-użu tad-depot tal-korporazzjoni Enemalta magħruf bħala 31st March installation f'Birżebbuġa? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-pjan?
Response (GATT, AUSTIN)
B'referenza għal P.Q. No. 8646, fit-12 ta' Lulju 2004, il-Gvern ħabbar li d-depot magħruf bħala 31st March Installation, B'Bugia ser jingħalaq sas-sena 2007. Għalkemm diġa qed ikun ikkonsidrat x'jista' jsir minn dan is-sit, deċiżjoni finali għadha ma tteħditx.
Għaldaqstant il-Korporazzjoni qed tikkunsidra siti alternattivi li qed isiru studji fuqhom.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' kemm-il safra siefru iċ-chairmen, id-diretturi, is-senior officials u konsulenti tal-PBS Ltd. mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum, x'kien l-għan taż-żjara tagħhom, kemm damet kull mawra u x'kienet in-nefqa totali f'kull vjaġġ konċernat?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid x'wassal lil Freeport Terminal Maltabiex jixtru l-ishma tal-kumpannija Brindisi Terminal Italia S.P.A. minkejja t-telf li din ilha tagħmel mis-sena 2000 'il quddiem? Il-Ministru ħass il-ħtieġa li jikkonsulta lill-Kabinett dwar deċiżjoni strateġika bħal din?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istqarrija li għamilt dwar din il-materja u li tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8495 u cioe' jista' jgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ biex id-djar kollha fil-Qortin tal-Mellieħa jkollhom is-sistema tagħhom imqabbda mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-proposta l-aktar 'cost effective' biex jingħata dan is-servizz tinvolvi l-ħolqien ta' servitu' biex il-mejn tad-drenaġġ jgħaddi minn propjeta privata.
Hu ppjanat li dan ix-xogħol isir għal-aħħar tal-2005.
Jista' il-Ministru jgħid minn meta beda jsir il-course tal-first aid lill-ħaddiema tat-Tug Malta? Min kien kostrett li jagħmlu? Jista' jgħid jekk l-eżami li kellhom jagħmlu fl-aħħar tal-course ifissirx xi ħaġa li tista' timpedixxi xi avvanzi fil-gradi?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Ħaddiema tat-Tug Malta minn dejjem kellhom jagħmlu il-Kors tal-"First Aid", l-ewwel taħt ir-Regolamenti ta' l-1955 dwar Bastimenti li jitħaddmu Mekkanikament fil-portijiet u l-ibħra territorjali ta' Malta, u aktar riċenti skond ir-Regolamenti ta' l-2002 dwar il-Bastimenti Kummerċjali li ħassru ir-Regolamenti tal-1955.
Dawk il-gradi ta' ħaddiema li jridu jagħmlu dawn il-korsijiet huma regolati mill-istess Regolamenti ta' l-2002 dwar il-Bastimenti Kummerċjali maħruġa mill-Awtorita Marittima Maltija f'Ottubru tal-2002.
Jekk l-individwi konċernati, skond il-grad li għandhom jew li jixtiequ jkollhom fil-futur, ma jkollhomx iċ-ċertifikati rikjesti mill-istess Regolamenti, inklus il-"First Aid" jew "Medical First Aid", skond il-grad, dan jista' jimpedixxi xi avvanz fil-grad li għandhom jew li jixtiequ li jkollhom.
Iċ-Ċertifikati ta' Kompetenza huma regolati mill-Awtorita Marittima ta' Malta u għaldaqstant, it-Tug Malta ma għandha l-ebda kontrol fuq din il-ħaġa ħlief li tinkoraġġixxi u tgħin il-ħaddiema tagħha fit-taħriġ neċessarju biex jakkwistaw dawn iċ-Ċertifikati. Dan il-Kumpanja dejjem għamlitu sal-ġurnata ta' l-lum.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu sulphur content iż-żejt importat mill-korporazzjoni Enemalta? Jista' jgħid jekk dan kienx hekk tul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk dawn l-anzjani li għandhom it-telecare jibbenefikawx minn xi rebates? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni wara l-kont esaġerat ta' l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 1130.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ ħalli jitwaqqaf darba għal dejjem il-fawran tad-drenaġġ fit-toroq Sir Hannibal Scicluna u H. Megiser fin-Naxxar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-fossa tal-Baħrija ma tibqax tfur? Meta mistenni li s-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija tiġi mibdula ħalli tispiċċa din il-fossa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.