Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054, tista’ l-Ministru tispjega għaliex għall-każijiet elenkati d-differenza fiż-żmien mid-data tal-ħruġ tad-deċiżjoni għall-ħruġ tal-Avviż Pubbliku mhux l-istess?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li qabel il-ħruġ tal-Avviż Pubbliku, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur jagħmel diversi tentattivi sabiex il-kummerċjanti kkonċernati jersqu sabiex iħallsu. Hemm każijiet fejn l-kummerċjanti ma jistgħux jiġu rintraċċjati minnufih jew ma jonorawx l-obbligi tagħhom minkejja d-diversi alternattivi li jingħataw sabiex iħallsu lill-konsumaturi kkonċernati.

Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi

Question

B’referenza għat-tabella ta’ informazzjoni mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 rigward deċiżjonijiet tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi pubbliċi mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), għal kull każ elenkat, tista’ l-Ministru tgħid jekk wara li nħareġ l-avviż pubbliku, d-deċiżjoni ġietx onorata?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li wara l-ħrug tal-avviżi pubbliċi ma ġewx onorati d-deċiżjonijiet tat-Tribunal.

Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi

Question

B’referenza għat-tabella ta’ informazzjoni mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 rigward deċiżjonijiet tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi pubbliċi mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), għal kull każ elenkat, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istqarrija relattiva li nħarġet permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Avviżi Pubbliċi elenkati fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 ġew ippubblikati skont l-artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, li ma jimponix li l-pubblikazzjoni ssir bi stqarrija maħruġa permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni. (Saru tlett (3) istqarrijiet maħruġa permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni mill-Awtorità, rispettivament fit-23 ta’ Dicċembru 2016, fis-6 ta’ Jannar 2017 u fil-11 ta’ Jannar, 2017 li kopji tagħhom qegħdin jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.)

Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi

Question

B’referenza għat-tabella ta’ informazzjoni mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 rigward deċiżjonijiet tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi pubbliċi mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), għal kull każ elenkat, tista’ l-Ministru tgħid meta dawn dehru fuq ir-rivista L-Għażla li hu maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-paġna relattiva? Għal kull każ, jekk dan l-avviż pubbliku ma deherx fuq din ir-rivista, tista’ tispjega għaliex dan ma sarx?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Avviżi Pubbliċi indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 ġew kollha ppubblikati fil-website tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Din hija pubblikazzjoni skont l-artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, liema artikolu ma jimponix li l-pubblikazzjoni ssir fuq xi mezzi speċifiċi. Kien biss fir-rivista numru 6 ta’ l-Għażla ta’ Diċembru 2014 fejn xi Avviżi Pubbliċi kienu dehru wkoll fuq dan il-mezz ta’ komunikazzjoni. Kopja scanned tal-paġna relata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi

Question

B’referenza għat-tabella ta’ informazzjoni mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 rigward deċiżjonijiet tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi pubbliċi mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), għal kull każ elenkat, tista’ l-Ministru tgħid jekk dawn l-avviżi pubbliċi dehrux fuq xi ġurnal bil-lingwa Maltija jew bil-lingwa Ingliża? Jekk iva, tista’ l-Ministru tgħid fuq liema ġurnali kull avviż pubbliku deher u tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-paġna relattiva? Għal kull każ, jekk dan l-avviż pubbliku ma deherx fuq xi ġurnal tista’ tispjega għaliex dan ma sarx?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pubblikazzjoni tal-Avviżi Pubbliċi fil-website tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur saret skont artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, li ma jimponix li l-pubblikazzjoni ssir permezz ta’ ġurnali. L-informazzjoni dwar pubblikazzjoni fil-ġurnali qegħdin jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-każ tal-Federation of Estate Agents

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) wara s-sentenza meħuda fil-każ tal-Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et mill-Qorti Kostituzzjonali fil-21 t’ April 2015 kienx għamel evalwazzjoni tal-impatt ta’ din is-sentenza fuq il-liġi tal-Kompetizzjoni u x’rimedji ssuġġerixxa? Jekk iva, tista’ tgħid meta dan sar u tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din l-analiżi? Jekk dan ma sarx tista’ tispjega għaliex?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-twegiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Il-każ tal-Federation of Estate Agents — evalwazzjoni tas-sentenza mid-Direttur Ġenerali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) wara s-sentenza meħuda fil-każ Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et mill-Qorti Kostituzzjonali fit-3 ta’ Mejju 2016, li kkonfermat dik tal-21 t’April 2015, kienx għamel evalwazzjoni tal-impatt ta’ din is-sentenza fuq il-liġi tal-Kompetizzjoni u rimedji li għandhom jittieħdu? Jekk iva, tista’ tgħid meta dan sar u tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din l-analiżi? Jekk dan ma sarx tista’ tispjega l-għala dan ma sarx?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-twegiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur — Il-każ Federation of Estate Agents – diskussjoni tas-sentenza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk iddiskutitx l-impatt taż-żewġ sentenzi mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali fir-rigward tal-każ Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et maħruġa fil-21 t’April 2015 u t-3 ta’ Mejju 2016? Jekk iva, tista’ tgħid meta kien dan u tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ din id-diskussjoni? Jekk din id-diskussjoni ma saritx tista’ l-Ministru tispjega l-għala din ma saritx?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onor. Interpellant li saru diversi diskussjonijiet li wasslu għall-proposti leġislattivi fuq il-parir tal-Avukat Ġenerali. Ma nżammux minuti tal-laqgħat u l-proposti imsemmija huma riżultat ta’ dawn id-diskussjonijiet.

Il-Każ Federation of Estate Agents — miżuri

Question

Wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali maħruġa fit-3 ta’ Mejju 2016 rigward il-każ Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et tista’ l-Ministru telenka dawk il-miżuri li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) jista’ jieħu biex jindirizza kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni fis-suq mingħajr ma’ juża dawk l-artikoli li ġew dikjarati li jmorru kontra l-Kostituzzjoni? Tista’ l-Ministru tgħid a bażi ta’ liema artikoli tal-liġi tal-Kompetizzjoni dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li peress li hemm il-każ pendenti quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), fl-ismijiet Falzon Group Holdings Limited Et vs Direttur Generali (Kompetizzjoni) Et , id-Direttur Generali (Kompetizzjoni) ma jistax jagħti l-informazzjoni mitluba.

Uffiċċju tal-Konsumatur — Il-Każ Federation of Estate Agents – laqgħat ma’rappreżentanti tal-għaqdiet tal-konsumaturi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), jew xi uffiċjali oħra fi ħdan l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kellhomx laqgħat ma’ rappreżentanti tal-għaqdiet tal-konsumaturi u dawk tan-negozju dwar is-sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali fit-3 ta’ Mejju 2016 fil-każ tal-Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni)? Jekk dawn il-laqgħat saru tista’ l-Ministru tgħid meta saru u ma’ liema organizzazzjonijiet? Jekk ma sarux tista’ l-Ministru tgħid għal liema raġuni dawn ma sarux?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li ma sarux laqgħat mar-rappreżentanti msemmija

Liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea

Question

Peress li d-Direttiva 2014/104/UE tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea kellha tidħol fis-seħħ sentejn wara u ċjoè fis-27 ta’ Diċembru 2016, tista’ l-Ministru tgħid meta ser jiddaħħlu fis-seħħ ir-regolamenti neċessarji sabiex Malta taderixxi ma’ din id-direttiva?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li ir-regolamenti neċessarji ser jiddaħħlu sa l-aħħar ta’ April.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?

Response (DALLI, HELENA)

Kienu erbatax-il l-impjegati li ma baqgħux jaħdmu mas-Segretarjat Privat tiegħi minn April 2013 sal-lum. Kif kien stabbilt fl-ahhar leġiżlatura mill-Prim Ministru, fit-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5535, dettalji personali ta’ dawn il-persuni tiġi mgħoddija lill-Onorevoli Interpellant jekk ikun hemm il-permess taghhom.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati u ngaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħtu taħtha, tul is-sena 2016?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li matul is-sena 2016, l-ammont ta’ persuni li ġew impjegati u ngaġġati mill-Ministeru u mid-dekasteri varji kien ta’ disgħa u sebgħin persuna.

Presidenza tal-Unjoni Ewropea – miri tal-Ministeru

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’se jkunu l-miri tal-Ministeru tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, qed jaħdem: 1. Fuq sett ta’ konklużjonijiet lill-Kunsill tal-Ministri dwar t-titjib fil-ħiliet tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol madwar l-UE. 2. Lejn progress fid-diskussjonijiet dwar il-proposti soċjali għal Direttivi dwar: - trattament ugwali - titjib fil-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi ta’ kumpaniji - titjib konsiderevoli fil-pakkett dwar il-mobilità tal-ħaddiema u l-istazzjonar ta’ ħaddiema - protezzjoni tal-ħaddiema mill-kanċer relatat max-xogħol billi tinnegozja r-revi¿joni tad-direttiva dwar il-karċinoġeni. - proposti oħra relatati mal-konsumatur, il-protezzjoni tad-data, sigurtà tal-prodotti u s-sigurtà fuq attivitajiet radjoattivi; 3. F’ pajjiżna ser inkunu qegħdin nospitaw numru ta’ Konferenzi mportanti fosthom il-Konferenza Ewropeja bil-għan li nkomplu nsaħħu l-ġlieda kontra vjolenza abbażi tal-ġeneru , b’mod partikolari l-vjolenza kontra n-nisa. Barra minn hekk ser inkunu qegħdin nospitaw konferenza Ministerjali fejn ser niddiskutu s-sitwazzjoni eżistenti fuq livell Ewropew fir-rigward tad-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ. 4. Jikkumplimentaw dawn l-attivitajiet, f’Malta ser inkunu qegħdin norganizzaw diversi attivitajiet oħra li jitrattaw temi varji: id-drittijiet tal-konsumaturi u kompetizzjoni ġusta, prodotti mediċinali, relazzjonijiet industrijali, protezzjoni tad-Data u Sigurta’ u Saħħa fuq il-post tax-xogħol. 5. Hemm ukoll il-parteċipazzjoni fil- Laqgħa Informali tal-Ministri għall-Impjiegi u Politika Soċjali, fejn it-tema ewlenija hija ‘Making Work Pay’ – Id-dritt ta’ paga ndaqs għall-istess xogħol.

Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur – każijiet pendenti quddiem il-Qorti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandu każijiet pendenti quddiem il-Qorti, l-Uffiċċju għall-Affarijet tal-Konsumatur? Tista’ l-Ministru telenka dawn il-każijiet?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li bħalissa hemm tmien (8) każijiet pendenti quddiem il-Qorti inkluzi l-appelli fl-ismijiet segwenti: · Pulizija vs Marphil Gauci (Qorti tal-Magistrati (Malta) Gudikatura Kriminali) · Pulzija vs Nazzareno Muscat (Qorti tal-Magistrati (Malta) Gudikatura Kriminali) · Pulizija vs Mark Andrew Brincat et (Riferena Kostituzzjonali) · Pulzija vs Mark Andrew Brincat et (Riferena Kostituzzjonali) dawn huma zewg kazijiet bl-istess ismijiet · Pulizija vs Chalcedon Vella (Qorti tal-Magistrati) · Pulizija vs Josef Gauci (Qorti tal-Appell Kriminali) · Melita plc et vs Direttur Generali (Affaijiet tal-Konsumatur) (Tribunal tal-Apelli ghall-Kompetizzjoni u ghall-Konsumatur) · Benny Borg Bonello nomine vs MCCAA u Direttur Generali (Affarijiet tal-Konsumatur) (Qorti tal-Appell)

Att dwar il-Kompetizzjoni – Direttur Ġenerali — sottomissjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-każ tas-sid tal-pompa tal-petrol li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal-fuel, id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) talabx persuni jew intrapriżi oħra li joperaw fis-suq biex jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom skont l-Att dwar il-Kompetizzjoni? Jekk dan ma sarx, tista’ tispjega għaliex dan ma sarx? Jekk dan sar, tista’ tgħid meta d-Direttur Ġenerali ppublika n-notifika u kemm irċieva sottomissjonijiet?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li d-Direttur Ġenerali, fl-investigazzjoni tiegħu, talab informazzjoni mingħand operaturi oħra fis-suq. Id-Direttur Ġenerali mhux obligat li jagħmel l-ebda notifika biex operaturi oħra fis-suq jagħmlu s-sottomissjonjiet tagħhom.

Att dwar il-Kompetizzjoni – każ tas-sid tal-pompa tal-petrol li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal fuel

Question

B’referenza għall-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29055 rigward il-każ tas-sid tal-pompa tal-petrol li ma tħalliex iraħħas il-prezz tal fuel,tista’ l-Ministru tgħid jekk l-organizzazzjoni konċernata tikkwalifikax bħala entità kwalifikata skont l-Att dwar il-Kompetizzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-organizzazjoni konċernata tikkwalifika bħala entità kwalifikata skont l-Att Dwar il-Kompetizzjoni.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – ħruġ ta’ ordni ta’ waqfien u ebda tkomplija u ordni ta’ konformità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ordni ta’ waqfien u ebda tkomplija u ordni ta’ konformità, skont artikolu 13 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, inħarġu mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni minn Marzu 2013 ‘il hawn? Tista’ l-Ministru tgħid meta nħarġu u f’liema settur dawn kienu jikkonċernaw?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Uffiċċju ma ħareġ l-ebda ordni ta’ waqfien u ebda tkomplija u ordni ta’ konformita.

Uffiċċju tal-Konsumatur — rapporti fuq kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni mill-Qorti b’ġurisdizzjoni ċivili

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ġie mitlub jissottometti rapport fuq kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni mill-Qorti b’ġurisdizzjoni ċivili skont artikolu 27 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li kien hemm okkazzjoni waħda fejn l-Uffiċċju ġie mitlub jissottometti dan it-tip ta’ rapport.

Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur – bord ta’ Governanza – każ tal-Federation of Estate Agents

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta l-Bord ta’ Governanza tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ġie infurmat mid-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) bis-sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali tal-21 t’April 2015 rigward il-każ Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et? Tista’ tgħid x’passi ħa l-Bord appena dan kien infurmat? Tista’ tgħid jekk il-Bord analizzax il-konsegwenzi li din is-sentenza ġġib fuq il-liġi tal-kompetizzjoni f’każ li kellha tiġi kkonfermata, kif fil-fatt ġara? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din l-analiżi? Jekk il-Bord ma ġiex infurmat, tista’ tgħid x’passi ħa l-Bord biex jindirizza din il-kwistjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li s-sentenza mogħtija mill-Prim Awla Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) tal-21 ta’ April 2015 ġiet diskussa fil-laqgħa tal-Bord tat-28 ta’ April 2015. Il-membri tal-Bord kienu tal–opinjoni li l-Avukat Ġenerali għandu jiġi infurmat li fl-opinjoni tagħhom is-sentenza għanda tigi appellata. Ta min jiġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li mhux korrett meta qed jgħid li s-sentenza ġiet konfermata għax fil-fatt Qorti Kostituzzjonali ma qablietx li l-proċeduri kontemplati fl-Att imorru kontra l-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem kif kienet iddeċidiet l-ewwel Qorti. Il-minuti tal-Bord jitqiesu li huma dokumenti interni skont Artikolu 28 tal-Att dwar l-Awtorita ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.