Billi bħalissa il-labar ta' l-insulina tat-tfal 0.25x6 mm huma out of stock u qed jingħataw dawk ta' l-8 mm u billi dawn huma ftit kbar, jistgħu jerġgħu jinġiebu dawk tas-6 mm?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern qatt ma kellhom talba biex jinxtraw il-labar ta' l-insulina tat-tfal 0.25x6mm. Id-Dipartiment tas-Saħħa jixtri labar tal-8mm.
F'każ ta' sitwazzjonijiet fejn pazjenti huma allerġiċi għat-Ticlopedine, jista' isir xi arranġament li l-mediċina Plavix tingħata minflok u jekk le jistgħu l-pazjenti jħallsu d-differenza bejn it-Ticlopedine u l-Plavix u jieħdu l-Plavix b'xejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Saħħa sa issa ma rċieva l-ebda rapport ta' reazzjoni allerġika għall-mediċina Ticlopidine.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5558 u cioe' jista' jgħid jekk il-mediċina Aridia hijiex tintuża għall-kura ta' persuni li jbatu bi problemi tal-bone density u li tiġi amministrata lilhom intra-venous fl-isptar San Luqa? Kemm ilha tintuża din il-mediċina? Kull pazjent kemm qed jintalab iħallas biex jingħata din il-mediċina? Minn meta bdew jintalbu ħlasijiet? Il-pazjenti kollha qed jintalbu jħallsu? Fuq liema bażi jiġi deċiż min iħallas u min ma jħallasx?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-mediċina Aredia ġiet introdotta fl-isptar San Luqa fil-bidu tas-snin 90. Għall-ewwel bdiet tintuża f'pazjenti li jsofru minn Paget's disease. Maż-żmien bdiet tintuża wkoll f'pazjenti li jkollhom livell ta' calcium għoli fid-demm, kif ukoll għal xi pazjenti li kellhom severe osteoporosis.
Skond il-protokol stabbilit mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-2002, il-pazjenti ntitolati għal Aredia huma pazjenti li:
ibatu minn Paget's
disease of bone
;
għandhom
cancer
fil-għadam;
żviluppaw
osteoporosis
minħabba kura ta' xi kundizzjoni li taqa' taħt Schedule V (per eżempju
asthma
,
rheumatoid arthritis
,
s
ystemic lupus
,
ulcerative colitis
,
multiple sclerosis
);
għandhom livell ta'
calcium
għoli fid-demm.
Pazjenti li jsofru minn primary osteoporosis mhumiex eliġġibli għal din il-kura bla ħlas. Bħal ma ġara f'sitwazzjonijiet simili, id-Dipartiment aċċetta li pazjenti li kienu diġa qed jircievu dan it-trattament qabel ma daħal il-protokol jibqgħu joħduh mill-isptar bla ħlas, pero li pazjenti ġodda ma jibdewx b'dan it-trattament jekk mhux eliġġibli.
Il-prezz ta' din il-mediċina huwa bejn wieħed u ieħor ta' LM1 kull mg u d-doża għall-osteoporosis tvarja bejn 30 u 60mg kull erba' jew sitt xhur, skond il-każ.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komuntia' — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej:
Ministeru tas-Saħħa
Entita'
Numru ta' ingaġġ
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi
5
Sptar Mater Dei
11
Sptar Monte Carmeli
3
Sptar Zammit Clapp
7
(3
full-timers
u 4
part-timers
)
Total
26
Ministeru tal-Politika Soċjali
Aġenzija Appoġġ
2
Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' persuni li ġew irrappurtati fl-2003 u fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena li għandhom l-HIV? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? Kemm kienu barranin? Kemm kien hemm każi ta' nisa u ta' irġiel li huma taħt il-21 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-HIV saret notifikabbli bil-liġi fis-27 ta' Jannar 2004. Għalhekk in-numru ta' persuni li huma HIV positive ma setgħax jiġi determinat bi preċiżjoni sa din id-data. Pero' nistgħu ngħidu li fl-2003, kien hemm 9 testijiet positivi. Dan in-numru ma jeskludix it-testijiet li saru aktar minn darba.
Mis-27 ta' Jannar 2004 sa l-aħħar ta' Marzu 2004 kien hemm każ wieħed irrappurtat. Minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita' w biex nipproteġu l-individwi , informazzjoni fuq l-eta' w is-sess ma tingħatax.
Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mill-politika tal-gvern biex tiġi żviluppata politika nazzjonali għas-saħħa sesswali f'pajjiżna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa mexxa kumitat li twaqqaf sabiex tinbena Policy nazzjonali għas-saħħa sesswali f'pajjiżna. Din il-Policy ġiet iffinaliżżata s-sena l-oħra u huwa ppjanat li tiġi inawgurata uffiċjalment aktar tard din is-sena.
Sadanittant, il-Policy diġa' qegħda tiġi attwata fejn ikun meħtieġ.
Purifikazzjoni ta' l-arja għall-kontroll ta' duħħan tas-sigaretti
Question
Jista' il-Ministru jgħid xi provi xjentifiċi jeżistu li tagħmir għall-purifikazzjoni ta' l-arja li qed jiġi propost biex jikkumbatti t-tipjip u d-duħħan tas-sigaretti fil-barijiet u ristoranti, eċċ. ineħħu kull effett tat-tipjip passiv fuq il-bniedem, jiġifieri l-ebda velenu ma jibqa' fl-arja għalkemm ikun hemm dan it-tagħmir?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Malta Standards Authority hatret kumitat ta' esperti sabiex flimkien ma' rapprezentanti tad-Divizjoni tas-Sahha, l-GRTU, l-Ghaqdiet tal-Konsumaturi, l-MAM u ohrajn jaghrblu l-provi dwar jekk jezistix apparat li jelimina l-hsara tat-tipjip fl-arja.
Mistennija li jsiru laqghat kull gimgha. L-ewwel laqgha saret il-gimgha li ghaddiet.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5446 u cioe' jista' ġentilment jgħid kemm hemm nurses u midwives jaħdmu mad-diviżjoni tas-saħħa u mad-dipartiment tal-kura ta' l-anzjani separatament li ffirmaw u qed isegwu l-kuntratt li jagħmlu numru ta' snin jaħdmu mal-gvern wara li jkunu tħarrġu u ggradwaw mill-Universita' ta' Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' infermiera u qwiebel li jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa li ffirmaw u qed isegwu l-kuntratt li jagħmlu numru ta' snin jaħdmu mal-Gvern wara li jkunu tħarrġu u ggradwaw mill-Universita' ta' Malta huwa 215.
Fid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita' m'hemm ebda infermiera li ffirmaw u qed isegwu tali kuntratt.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm flus allokati għas-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 għall-mediċini u apparat li jintuża fl-ispiżerija tar-residenza San Vinċenz de Paule?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi li jintefqu għall-mediċini u apparat li jintuża fl-ispiżerija tar-Residenza ta' San Vinċenz de Paul huma nklużi taħt il-vot tal-Goverment Pharmaceutical Services (Vote 44, Recurrent Cost Centre 3) fl-Estimi Ġenerali tal-Ministeru tas-Saħħa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' STD (mard li jittieħed mis-sess) fl-2003 u fl-ewwel tlett xhur ta din is-sena? Liema tipi ta' mard ġie rrappurtat? Minn dawk il-każi rrappurtati, jista' jgħid kemm kien hemm irġiel u nisa li kienu taħt il-21 sena? Għaliex mhuwiex obbligatorju li dan it-tip ta' mard jiġi rrappurtat uffiċjalment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u other office equipmentsmatul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej.
Diviżjoni tas-Saħħa
2003
- Xejn
2004
- Lm29.50
Segretarjat Ministeru tas-Saħħa
2003
- Xejn
2004
(Jan-Apr) - LM855.25
Sptar Żammit Clapp
2003
- Lm364.02
2004
- Lm353.10
Jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħu separatament tingħata l-home help li għandha bżonn u li fil-fatt kellha għax l-arranġament preżenti mhux adekwat għall-bżonnijiet tagħha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-anzjana li dwarha qiegħed isaqsi kienet tirċievi 6 sigħat fil-ġimgħa għajnuna fid-dar. Peress li l-Part Time Social Assistant li kellha itterminat l-impjieg, ingħatat sagħtejn fil-ġimgħa temporanjament sakemm tiġi allokata Part Time Social Assistant oħra biex eventwalment jerġgħu jingħataw in-numru ta' sigħat f'servizz allokati lilha.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-mediċina Aridia hix tintuża għall-kura ta' persuni li jbatu bi problemi tal-bone density u li tiġi amministrata lilhom intra-venous fl-isptar San Luqa? Kemm ilha tintuża din il-mediċina? Kull pazjent kemm qed jintalab iħallas biex jingħata din il-mediċina? Minn meta bdew jintalbu ħlasijiet? Il-pazjenti kollha qed jintalbu jħallsu? Fuq liema bażi jiġi deċiż min iħallas u min ma jħallasx?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Stallazzjoni ta' apparat minħabba dħaħen tas-sigaretti
Question
Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu u kif jaħdem l-apparat li jrid jiġi stallat minn ristoranti, ħwienet, eċċ., minħabba dħaħen tas-sigaretti? Jista’ jgħid jekk il-Malta Standards Authority ħarġitx speċifikazzjonijiet fuq dan l-apparat? Il-GRTU għamlet xi suġġerimenti speċifiċi fuq dan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Malta Standards Authority taqa' taht il-kompetenza tal-Ministru ghal Kompetittivita' u Kommunikazzjoni. Pero' l-Ministeru Tas-Sahha, l-Anzjani u L-Kura fil-Komunita' talab lill-MSA biex jigu stabbiliti standards li iridu jigu segwiti minn kull min irrid jipprovdi "smoking areas" fil-bar jew restaurant.
L-ewwel laqgha saret diga.
Jista’ il-Ministru jgħid meta uffiċjali tad-dipartiment tas-saħħa jagħmlu spezzjonijiet f'tuck shops, canteens, etc. ta’ l-iskejjel, isegwux is-suggerimenti tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni rigward ikel u xorb li jgħodd għat-tfal? Fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika nstab xi ħadd li ma kienx qed jipprovdi ikel u xorb kif suppost?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Spezzjonijiet li jsiru fl-iskejjel minn uffiċjali tas-Saħħa Pubblika jsiru sabiex jiġi aċċertat li tali tuckshops/canteens qegħdin joperaw skond il-liġijiet sanitarji w mhux dwar kundizzjonijiet imposti minn Dipartiment ieħor- dan kif titlob l-Att dwar l-Edukazzjoni. L-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi wkoll għat-tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 4553.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nissuġġerixxi li din tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm operaturi ta' tuck shops, canteens, etc., fl-iskejjel li matul dawn l-aħħar ħames snin separatament nstab li kienu qed ibiegħu prodotti ta' l-ikel u xorb li ma kienux tajbin għat-tfal jew ma kienux skond l-ikel u xorb rakkomandat? X'passi ttieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni. Dan, in vista li rapporti dwar kundizzjonijiet ta' tali tuckshops jingħataw lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni kif titlob il-Liġi.
Dipartiment tas-saħħa — Infermiera u qwiebel ta' nazzjonalita' barranija
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tad-diviżjoni tas-saħħa meta jkollha talbiet biex jinġiebu nurses u midwives barranin biex jaħdmu f'Malta? Xi proċess isir qabel jingħataw il-permess biex jiġu u jaħdmu f'Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kull min jagħmel talba sabix jinġiebu infermiera u qwiebel barranin biex jaħdmu f'Malta jingħata parir li l-ewwelnett jikkonforma ruħu mad-dispożizzjonijiet ta' l-Att Nru XII ta' l-2003 li jirregola l-professjonijiet tas-Saħħa. Dan ikun ifisser li jingħata bidu għall-proċess ta' reġistrazzjoni ta' l-infermier/a jew qabla konċernat/a mill-Kunsill ta' l-Infermiera u Qwiebel. Tali talbiet għal reġistrazzjoni jsiru fuq bażi ndividwali.
Kemm il-Kunsill ta' l-Infermiera u Qwiebel, kif ukoll id-Diviżjoni tas-Saħħa ma jidħlux f'merti ta' xi permessi jew kundizzjonijiet oħra meħtieġa minn awtoritajiet kompetenti oħra f'dawn il-każi li għalihom qiegħed jirreferi l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm nurses telqu mis-servizz pubbliku biex imorru jaħdmu mas-settur privat f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fid-Diviżjoni tas-Saħħa u fid-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' infermiera li jitilqu mis-Servizz Pubbliku ma jagħtux raġuni għal dan. Għaldaqstant, m'inhiex f'pożizzjoni li nagħti tweġiba għal din il-Mistoqsija.