Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16684 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pilloli out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern bħalissa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-pilloli li kienu `out-of-stock' fit-8 ta' Ġunju 2000 fl-ispiżeriji tal-gvern huma skond kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #16710 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Inventarju

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11471, cioe' biex jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-inventarju ta' l-uffiċini tas-segretarjat tal-Ministeru tas-Saħħa f'Casa Leone u f'Palazzo Castellania skond kif kienu fis-6 ta' Settembru, 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Membru li fil-mistoqsija oriġinali tiegħi numru 11471, kien talab l-informazzjoni skond kif kienet fis-6 ta' Settembru 1999 u issa b'riferenza għall-istess mistoqsija qed jikkwota d-data ta' 6 ta' Settembru 1998. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema data minn dawn qed jitlob l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #16711 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi mill-21.07.99 sal-lum? X'tip u x'għamla huma f'kull każ? Kemm kienet in-nefqa f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dawn huma l-karozzi li nxtraw mill-FMS mill-21 ta` Lulju 1999 sal-lum: Motor Reg. Date of Fuel Cost Vehicle Number Issue EXC.VAT ----------------------------------------- ---------------------- Fiat Brava FBJ 807 30/09/1999 Diesel LM 6405 Fiat Brava FBL 216 30/09/1999 Diesel LM 6405 Citroen Berlingo ABH 353 03/02/2000 Diesel LM 5722 VW Golf SDI CBG 819 05/04/2000 Diesel LM 7248 VW Passat 18T CBH 351 26/04/2000 Diesel LM 10870
Leg 9 PQ #16790 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar ġdid — Open day

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żaru nies fl-open day l-isptar il-ġdid? Kemm ġiet tiswa din l-okkażjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #16793 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Gżira — Fleet Street

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara li l-Kunsill Lokali tal-Gżira ġie ppreżentat b'ritratti u b'petizzjoni tar-residenti ta' Fleet Street, Gżira dwar żewġt idjar mimlija żibel li qed iġibu ħafna ġrieden fl-inħawi, fosthom wieħed li qiegħed bitħa ma' tas-Sanita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar iż-żewġt idjar mimlija żibel li qed iġibu ħafna ġrieden fl-inħawi, fosthom wieħed li qiegħed bitħa ma` tas-Sanita`, proċeduri kriminali kontra s-sid diġa ttieħdu. Is-sid instab ħati u ġie ordnat li jnaddaf fi żmien xahar, b'penali ta` LM2 kuljum fin-nuqqas. Peress li l-akkumulu għadu ma tneħħiex, tali każ għadu sub judice. Għaldaqstant ħaddiema mis-sezzjoni tar-'Rodent Control' qed jagħmlu trattament regolari f'dawn l-inħawi.
Leg 9 PQ #16665 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar — Casualty Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fil-Casualty Dept. b'konnessjoni ma' xorb ta' alkoħol? Jista' jgħid kemm kienet l-eta' tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-istatistika mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tinġabarx.
Leg 9 PQ #16685 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ħamiem

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li d-dipartiment tas-saħħa jelimina l-ħamiem mill-bini ta' l-Isptar San Luqa? Huwa konxju mill-ġeneru ta' droppings ta' dawn it-tjur, li barra li qegħdin iħammġu l-bini qegħdin ukoll joħolqu ta' imblokk ta' ventilation u twieqi? Jikkonsidra l-Ministru li ċerti ventilaturi u twieqi effetwati minn din il-problema jiġu screened permezz ta' metal mesh?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa diġa' ħa miżuri sabiex titnaqqas il-problema tal-ħamien, infatti diġa' ingħalqu ventilaturi ta' l-aħħar sular. Din il-problema qiegħda tiġi studjata mid-Dipartiment u hemm ħsieb li jitqabbdu xi esperti għal dan il-għan.
Leg 9 PQ #16686 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dipartiment ta' l-Ontoloġija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk it-tabib - li ismu qed jintbagħat separatament - li kien jaħdem fid-dipartiment ta' l-ontoloġija ġiex trasferit għal dipartiment ieħor? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jikkonferma li meta d-dipartiment ta' l-ontoloġija huwa nieqes minn riżorsi umani, dan it-transfer se jwassal biex jiddgħajjef aktar dan id-dipartiment tant importanti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tabib li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant ġie trasferit mid-Dipartiment tal-Onkoloġija għal Dipartiment ieħor minħaba l-esiġenzi tas-servizz. Diġa' ttieħdu passi biex tabiba li ġiet magħżula għal Senior House Officer fl-Onkoloġija tmur taħdem f'dan l-istess Dipartiment.
Leg 9 PQ #16705 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Tal-Qroqq — Sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm assenjati sodod lil kull speċjalita' u sub-speċjalita' individwalment fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? F'kull każ, kemm se jkun hemm sodod privati? F'kull każ, l-ammont ta' sodod ivarja mir-rapport ippreparat mill-Hospital Planners S.D.C.?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li s-sodod assenjati lil kull speċjalita` u sub-speċjalita` fl-Isptar il-Ġdid f'Tal-Qroqq huma skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. In-numru ta` sodod hu ekwivalenti għal dawk fil-Medical Brief preparat mill- Hospital Planners SDC ħlief f'dawn il-każi: - Emergency Assessment Beds (Surgical and Orthopaedic) - 24 minflok 19 - Cardiac Surgery Beds - 16 minflok 15 - Pediatric Surgery Beds - 20 minflok 18 - Obstetrics - 60 minflok 62 Għalkemm il-kunċett ta` faċiltajiet privati ġie stabbilit, għadhom iridu jsiru diskussjonijiet dwar il-parametri tal-faċiltajiet imsemmija.
Leg 9 PQ #16706 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċina — Special items

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema special items ġew: a)approvati, b)mhux approvatil; u c)imneħħija mil-lista fl-aħħar 20 xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-lista ta` special items li a) ġew approvati, b) ma ġewx approvati, ċ) ġew imneħħija mil-formularju, fl-aħħar għoxrin xahar, hija kif jidher fil-listi annessi u li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #16707 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

EU — Saħħa - Dr. Anthony Vassallo

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu li ngħata konsulenza Dr. Anthony Vassallo bħala advisor biex jgħin fl-iscreening tar-regolamenti ta' l-EU u fit-tfassil ta' liġijiet dwar is-saħħa? Kemm qed jitħallas ta' din il-konsulenza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li Dr Anthony Vassallo ngħata kuntratt b'16-il siegħa xogħol fil-ġimgħa b'seħħ mill-15 ta' Mejju 1999 bħala Advisor biex jgħin fl-iscreening tar-regolamenti ta' l-EU u fit-tfassil ta' liġijiet dwar is-Saħħa. Ta' dan qed jitħallas Lm3,553 fis-sena.
Leg 9 PQ #16708 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u kif intnefaq il-vot tal-hospitality fl-Isptar Zammit Clapp, xahar b'xahar, minn Ottubru 1998 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-Isptar Zammit Clapp fuq 'hospitality' minn Ottubru 1998 sal-lum saret nefqa kif jidher hawn taħt:- Ott 1998 'Hosting' fl-Isptar LM 16 Diċ 1998 'Hosting' fl-Isptar LM 42 Party tal-Milied għall-istaff LM 950 Party tal-Milied għat-tfal LM 30 tan-Nursery Trasport għall-Kor tal-Milied LM 21 Nov 1999 'Refreshments' waqt seminar LM 26 Diċ 1999 Party tal-Milied għall-istaff LM 796 Party tal-Milied għat-tfal LM 41 tan-Nursery Marzu 2000 Tifkira ta LM 45 numru ta` staff tal-Catering fit-tmien tas-servizz tagħhom
Leg 9 PQ #16782 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Cot deaths

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta'cot deaths minn Jannar, 1999 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li skond ir-Reġistru Nazzjonali ta` l-Imwiet fid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fuq is-Saħħa, in-numru ta` 'cot deaths' kien ta` 2 fl-1999 u ma kien hemm ebda 'cot death' reġistrata mill-bidu ta` Jannar sa l-aħħar ta` April ta` din is-sena.
Leg 9 PQ #16783 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Stillbirths

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' stillbirths minn Jannar, 1999 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li skond ir-Reġistru Nazzjonali ta` l-Imwiet fid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fuq is-Saħħa, in-numru ta` 'stillbirths' kien ta` 27 fl-1999 u ta` 4 mill-bidu ta` Jannar sa l-aħħar ta` April ta` din is-sena.
Leg 9 PQ #16784 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Kanċer tas-sider

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar, 1999 sal-lum kemm ġew reġistrati każi ġodda ta' kanċer tas-sider?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infuramt li n-numru ta` każi ġodda ta` kanċer tas-sider irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer mill-1 ta` Jannar 1999 sal-lum kien ta` 282.
Leg 9 PQ #16785 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Twelid — Ommijiet taħt iż-17-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar, 1999 sal-lum kemm twieldu tfal lill-ommijiet ta' 17-il sena u taħt is-17-il sena? Kemm mill-ommijiet kienu miżżewwġin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li għall-perjodu bejn Jannar 1999 u Marzu 2000, kien hemm 108 trabi li twieldu lil 106 ommijiet, li kellhom 17-il sena jew inqas. Minn dawn l-ommijiet, 15 kienu mniżżlin bħala miżżewġin. Dan it-tagħrif ġie mogħti volontarjament lid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa fl-ambitu ta' proġett tal-National Obstetric Information System (NOIS)-WHO-OBSQID Project.
Leg 9 PQ #16593 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Konsulenti — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu fi tmiemhom il-kuntratti preżenti ta' konsulenti bħas-Sur Alex Manche? Jista'jagħti t-tagħrif f'kull każ? Xi ħsieb għandu l-gvern dwar il-futur ta' dawn il-kuntratti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #16624 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Azzjonijiet industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-General Workers Union?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, bħalissa m`hemm l-ebda ittra maqbuda b`riżultat ta` l-azzjonijiet industrijali li GWU qed tieħu kontra l-miżura tal-budget tas-sena 2000 imħabbra f`Novembru tas-sena l-oħra.
Leg 9 PQ #16477 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Polyclinics

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjan hemm biex il-polyclinic tal-Gżira titmexxa għal Tas-Sliema? Kif se tiġi milquta l-komunita' tal-Gżira?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Numru 16447.
Leg 9 PQ #16554 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Sptar tal-Qroqq

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 16426, jista' l-Ministru jgħid min huma d-"Disinjaturi Oħra", apparti l-perit Joe Cassar, li ġew "approvati skond il-ħtieġa tax-xogħol", li b'xi mod għandhom x'jaqsmu mad-disinji l-ġodda ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija 16554 u t-tweġiba ta` mistoqsija 16426 dawn huma id-disinjaturi l-oħra li ġew approvati skond il-ħtieġa: 1. Perit Joe Cassar minn Cassar Grech & Ebejer; il-persuna responsabbli skond it-termini tal-liġi. 2. White Architects; Hospital Planners. 3. Prof. Richard England; Architectural Consultant. 4. Perit Carmel Busuttil; Structural Consultant. 5. Skanska (In-House Team); responsabbli mill-electrical, mechanical u medical design; fejn meta jinħass il-ħtieġa jitqabbdu esperti f'ċerti oqsma ta` speċjalizzazzjoni bħal eżempju fire fighting, medical gases etc.