Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna b'diżabilita' miż-Żejtun li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatt ma bbenefikat minn xi servizz u/jew għajnuna li huma intitolati għalihom il-persuni b'diżabilita'? Tista' tara li tiġi rimedjata din is-stiwazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ingħatat parir bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali dwar fejn għandha tmur biex tivverifika jekk għandiex dritt ta’ xi benefiċċju jew servizz.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġiet informata li mhijiex intitolata għall-pensjoni ta' l-irtirar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single parents jokkupaw residenza tal-housing authority illum? Kemm ingħataw postijiet is-single parents sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija.
Dwar l-informazzjoni mitluba fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija għas-snin mill-1995 sa' l-2004 nirreferih għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 10024 f'Seduta Numru 223. Ninsab infurmata li n-numru ta' postijiet mogħtija mill-Awtorita' tad-Djar u d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali lil single parents din is-sena kien ta' 49 u 52 rispettivament.
Tista' il-Ministru tgħid kif kien kompost il-welfare committee għas-sena 2004 u kemm-il darba ltaqa' matul dik is-sena? Tista' tagħti l-formazzjoni tal-welfare committee għas-sena 2005 u kemm-il darba ltaqa' s'issa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Aktar kmieni dis-sena, r-responsabbilta` għall-
Welfare Committee
għaddiet taħt il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani: a) fir-residenza San Vincenz de Paule, b) fid-djar residenzjali tal-gvern, c) fi djar privati permezz tal-private public partnership, d) mill-home help/care service u e) minn fondi oħra?
Minn dan it-total kollu li nġabar, x'ammont għadda d-dipartiment tas-sigurta' soċjali lill-welfare committee?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal perjodu Jannar sa Mejju 2005 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li t-tagħrif li jirrigwarda Ġunju għadu qed jinġabar.
Jistgħux żgħażagħ bħal dawk indikati separatament, jiddaħlu fiċ-ċentru għall-adulti ta' Pembroke biex jingħataw l-opportunitajiet għall-iżvilupp tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ż-żagħżugħ indikat mill-Onor. Interpellant diġa' qed jattendi ċ-Ċentru ta' Matul il-Jum ta' Fleur de Lys filwaqt li ż-żagħżugħa mistennija tibda tattendi l-istess Ċentru din il-ġimgħa.
Tista' il-Ministru tgħid x'servizz ta' social workers, psikologi u terapisti jeżistu għal żgħażagħ diżabbli, bħal dik indikata separtament, biex jingħataw l-opportunitajiet meħtieġa li jiżviluppaw l-life skills tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal żgħażagħ b’diżabilita` b’imġieba diffiċli. Jekk dan hu l-każ, dawn iż-żgħażagħ għandhom servizzi provduti mill-Aġenzija Sapport, li jinkludu Social Work, u servizz miċ-Ċentri għal Matul il-Jum li jinkludi dak minn Psikologa u speech language pathologist.
Dawn is-servizzi huma barra dawk provduti minn Għaqdiet mhux Governattivi, fosthom il-Fondazzjoni Richmond, il-Fondazzjoni Arka u l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Respite Care, liema għaqdiet jirċievu għajnuna finanzjarja sostanzjali mill-Gvern biex jagħtu dawn is-servizzi.
X'opportunitajiet hemm għal żgħażagħ diżabbli, bħal dak indikat separatament, biex jagħmlu attivitajiet sportivi u eżerċizzji fiżiċi tajbin għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom flok jibqgħu midfuna u abbandunati fid-djar tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Żgħażagħ b'diżabilita jistgħu jattendu fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum jew/u jieħdu sehem fi programmi adatti provduti minn Għaqdiet mhux Governattivi.
Dwar il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellent, ninsab infurmata li diġa' qed tattendi ċ-Ċentru ta' Matul il-Jum ta' Fleur de Lys, kif ukoll qed tirċievi għajnuna minn Dar il-Kaptan.
Jista' iż-żagħżugħ b'diżabilita' indikat separatament, jingħata l-għajnuna meħtieġa għall-iżvilupp tal-life skills tiegħu peress li jinsab abbandunat id-dar, mimli pilloli u aggressiv ma' ommu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 13554 u 13557 f’din l-istess Seduta.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' familji f"Malta u Għawdex li fil-preżent għandhom talbiet pendenti sabiex jibdlu l-appartamenti tagħhom mikrija mingħand il-gvern stess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 491 talba pendenti biex inkwilini jibdlu l-appartament li jgħixu fih mikri mill-Gvern.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' familji f'Malta u Għawdex li fil-preżent qed jgħixu f'bini perikoluż minħabba li għad għandhom it-talbiet tagħhom pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva quddiem l-awtoritajiet ta' l-istat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 117-il talba pendenti dwar periklu.
Tista' il-Ministru tgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' persuni f'Malta u Għawdex separatament li qed jieħdu l-għajnuna ta' l-SKA minħabba li jbatu bil-mard tad-diabete?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fl-aħħar ta' Ġunju 2005 kien hemm 3222 persuna f'Malta u 242 f'Għawdex li kienu qed jirċievu Għajnuna tal-Mard minħabba li jsofru minn Diabete.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għal xi żmien kienet rikoverata fl-isptar Monte Carmeli qed jitnaqqsilha persentaġġ mill-pensjoni u l-għajnuna soċjali tagħha? Tista' tgħid jekk din il-persuna hux se tingħata refund ta' dawn il-ħlasijiet wara li dan it-tnaqqis ilu jseħħ għal din l-aħħar sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għall-għajnuna tal-wens peress li qed iddur b'ommha minħabba li tinsab marida, għadha ma rċeviet xejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid jekk minn wara l-konferenza stampa li ta d-direttur tad-Dar tal-Providenza fit13 ta' Ġunju u li fiha ħabbar deficit ta' Lm700,000 akkumulat f'dawn l-aħħar tliet snin, kienx hemm kuntatti mar-rappreżentanti tad-Dar tal-Providenza? Jekk fl-affermattiv, fiex waslu dawn it-taħdidiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal Press Conference li saret fit-13 ta’ Mejju u mhux f’Ġunju. Jekk dan hu l-każ wara din il-Konferenza Stampa jien kelli laqgħa mat-tmexxija tad-Dar tal-Providenza fil-25 ta’ Mejju 2005. Sussegwentement żort id-Dar fl-10 ta’ Ġunju fejn gew diskussi diversi suġġerimenti dwar kif il-Gvern jista’ jgħin lid-Dar. Preżentement dawn is-suġġerimenti qed jiġu studjati f’aktar dettal.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi ttieħdu mill-awtorita' tad-djar inkwantu għall-ilment imressaq mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar ħmieġ u storbju ikkaġunat minn annimali fil-blokk partikolari fejn għandu l-appartament tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar iltaqgħet mal-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant u għamlet diversi spezzjonijiet fil-binja konċernata.
Hawn ta' min jgħid li meta persuni jixtru appartamenti fi blokki ta' l-Awtorita' dawn il-persuni jkunu obbligati li jiffurmaw Assoċjazzjoni tar-Residenti li tkun responsabbli għall-manutenzjoni tal-partijiet komuni. Meta l-postijiet f'binja jinbieghu kollha, kif inku l-każ tal-binju in kwistjoni, l-Awtorita' tad-Djar ma tistax tibqa' responsabbli għall-manutenzjoni jew x'isir fil-partijiet komuni.
Minkejja dan, l-avukat ta' l-Awtorita' bagħat żewġ ittri lir-residenti kollha tal-blokk indikat biex jgħarrafhom bl-obbligi tagħhom u bil-konsegwenzi jekk dawn ma jiġux osservati.
Tista' il-Ministru tinvestiga x'inhi r-raġuni li persuna bl-istess isem tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li talbet għal stallazzjoni ta' lift, ser tiġi milqugħa t-talba tagħha qabel dik tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament u dan nonostante li din l-aħħar persuna tinsab fi stat ta' għajnuna aktar mill-persuna l-oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet applikazzjonijiet għal-stallar ta' lifts f'żewġ blokki biswit xulxin fil-binja ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li wara li nġiebu l-permessi u nħarġet it-tender meħtieġa għaż-żewġ lifts, inbeda x-xogħol strutturali u l-lifts mistennija jkunu stallati t-tnejn sa' Settembru 2005.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li hemm każ kriminali li ġie sottomess lill-Kummissjoni a termini tar-Regolament 14 tar-Regolamenti ta' l-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura tad-Dixxiplina), liema każ tressaq quddiem il-Qorti f'Mejju 2005.
Possibbli l-Ministru ġentilment tara għalfejn il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ilha ma tieħu relief/children allowance minn Jannar 2005, meta din għad għandha t-tfal żgħar? Possibbli xi ħadd jara l-każ tagħha bit-tama li terġa' tibda titħallas fi żmien qasir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha