Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18007 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Testijiet tal-Breathalyser

Question

Kemm twaqqfu vetturi mill-pulizija biex isiru testijiet tal-breathalyser fuq is-sewwieqa fl-ewwel sitt (6) xhur ta' din is-sena? Kemm irriżultaw fil-pożittiv? Kemm kien hemm barranin involuti? Kemm kien hemm persuni li ma kenitx l-ewwel darba li twaqqfu mill-pulizija u nstabu pożittivi għax-xorb alkoħoliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena kien hemm 55 sewwieq (4 minnhom kienu barranin) li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv. Minn dan in-numru ta` testijiet, 48 irriżultaw pożittivi, li kollha nstabu hekk għall-ewwel darba għajr wieħed.
Leg 9 PQ #18239 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, isitituzzjonijiet u kwalunkwe korporazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid x'salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu impjegati fiċ-ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li mit-tipi ta` entitajiet imsemmija fl-ewwel parti tal-Mistoqsija, hi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar li ġiet imwaqqfa bl-Att Nru. 1 ta` l-1992 fit-28 ta` Ottubru, 1992 li taqa` taħt id-dekasteru ta` l-Intern. Is-salarji u fringe benefits annwali li jieħdu ċ-Chairperson u d-Direttur huma hekk kif ġej : Chairperson tal-Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar -------------------------------------- ------------- Lm8,000 salarju; Re-imbursement u/jew ħlas ta` spejjeż ta` telephone; L-użu ta` karozza ta` l-Awtorita` bil-petrol imħallas. Direttur -------- Diġa` ngħataw id-dettalji fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17678. L-istess Direttur qabel kien impjegat bħala Assistent Direttur direttament responsabbli għall-Planning Services Division fi ħdan il-Ministeru ta` l-Infrastruttura.
Leg 9 PQ #18323 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Logħob illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qegħdin jinqabdu nies in konnessjoni ma' logħob illegali f'Malta u Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jintalab dan it-tagħrif.
Leg 9 PQ #18338 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Tattooers

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm hawn tattooers/tattooists liċenzjati f'Malta u f'Għawdex? (2) Isiru superviżjonijiet biex dawk liċenzjati li jagħmlu tattooes fuq in-nies, jassiguraw li jagħmlu hekk mingħajr riskju ta' infezzjoni lil klijenti tagħhom, fosthom cross infections? (3) Hemm leġislazzjoni li tipprojbixxi li jsiru tattooes fuq tfal ta' taħt is-16-il sena? (4) Jekk ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3 hi fl-affermattiv, inqabdux każi fejn saru tattooes fuq tfal taħt l-eta' elenkata fil-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tattwaġġ tal-ġilda huwa rregolat b`Kapitolu 270 tal-Liġijiet ta` Malta. Liċenzji taħt dan l-att jinħarġu mill-Ministru responsabbli għas-Saħħa Pubblika. Infurmat ukoll li l-Pulizija toħroġ liċenzji tan-negozju skond l-artikolu 181 tal-Liġijiet tal-Pulizija, u fil-preżent hawn 4 postijiet tan-negozju taħt din il-genere. Dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li skond il-liġi tattwaġġ fuq persuna taħt it-tmintax-il sena hu projbit. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jintalab dan it-tagħrif.
Leg 9 PQ #18390 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Ġnejna — Blat

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex minkejja li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tħallitx li jitneħħa l-blat li nqata' fil-bajja tal-Ġnejna, dan fil-fatt tneħħa u fil-fatt ħafna minnu intefa' l-baħar? X'azzjoni se tieħu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar dan il-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` tneħħa mill-irdum ntefa` l-baħar. Wara spezzjoni fuq il-post jidher li d-debris li rriżulta wara l-isplużżjoni nġabar f`munzell f`passaġġ tal-konkrit fit-tarf tax-xatt. Jista` jkun ukoll li waqa` xi materjal bil-baħar. L-Awtorita` tara li kollox ikun regolarizzat.
Leg 9 PQ #18392 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

VRT — Vetturi tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu vetturi tal-pulizija għall-VRT sal-lum? Kemm għaddew u kemm weħlu? X'tip ta' vetturi kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s`issa kien hemm 32 vettura tal-Pulizija li ttellgħu għall-V.R.T., 23 ta` taħt il-3,500kgs u 9 ta` aktar minn 3,500kgs. Minn dawn il-vetturi 2 ma ġewx iċċertifikati.
Leg 9 PQ #18416 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

PA2416/00

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18117, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun il-ħlas lill-periti għax-xogħol li wettqu?

Response (BORG, TONIO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-proposti finanzjarji li ntlaħaq ftehim dwarhom bejn it-Taqsima tal-Proprjeta` tal-Gvern u d-ditta tal-Periti konċernata rigward il-proġett isemmi fil-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #18418 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Għarab — Visa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18041, liema mistoqsija tirreferi għal-Libjani li jkollhom bżonn jidħlu Malta fil-ġejjieni, jista' l-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija?

Response (BORG, TONIO)

Ma hemm l-ebda żvilupp f`dil-materja. Illum ċittadini Libjani m`għandhomx bżonn ta` visa biex jidħlu f`Malta. Malli Malta issir membru tal-Unjoni Ewropeja, pajjiżna jallineja il-'policy' ta` visa, ma` dik Ewropeja. Dan japplika mhux biss għal Libja iżda għall-pajjiżi kollha tat-Tramuntana tal-Afrika.
Leg 9 PQ #18214 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna fiex waslet l-applikazzjoni taċ-ċittadinanza tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li għamlet il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għadha qed tiġi pproċessata.
Leg 9 PQ #17918 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Sport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sport organizzat jieħdu sehem fih dawk miżmuma fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Liema struttura teżisti biex l-isport jiġi organizzat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-isport organizzat li jinżamm fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huwa dak tal-footbal. L-instructor tal-GYM jieħu ħsieb jorganizza logħob bejn id-divisions kif ukoll jorganizza partiti ma` timijiet minn barra l-ħabs. Perjodikament isiru ukoll tournaments taċ-chess. Isir logħob taċ-chess darbtejn fil-ġimgħa ma` grandmaster fuq bażi ta` Knock out system bejn il-parteċipanti li jkunu preżenti.
Leg 9 PQ #18197 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħwienet tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija tkunx f'pożizzjoni li toħroġ permess ta' ħanut tax-xorb mingħajr ma kellu n-neighbours' consent?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fejn ma jkunx hemm il-kunsens tal-ġirien meta ssir applikazzjoni għall-liċenzja ta` ħanut tax-xorb, jintalab il-parir tal-Bord ta` Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #18200 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħwienet tax-xorb - Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi tieħu l-pulizija meta ssib li permess ta' ħanut tax-xorb ma għandux in-neighbours' consent?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`każ li jkun hemm oġġezzjoni mill-ġirien għall-operat ta` ħanut, jintalab il-parir tal-Bord ta` Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #18191 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tribunal ta' l-Appelli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk deċiżjoni tkunx imposta jew rakkmandata lill-pulizija meta t-tribunal ta' l-appelli dwar il-liċenzja tal-pulizija jkun ħa deċiżjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proċedura li tirregola d-deċiżjonijiet tat-Tribunal ta` Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija hija dik stipulata fir-Regolamenti ta` l-1991 dwar Proċeduri rigward Liċenzji tal-Pulizija. It-Tribunal ta` l-Appell ukoll bħat-Tribunal tal-Liċenzji fi prima stanza, jagħti pariri lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #18192 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħwienet tax-xorb - Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux raġunijiet, u jekk fl-affermattiv x'inhuma, meta l-pulizija tista' żżomm milli toħroġ permess għal substitute f'ħanut tax-xorb?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi liċenzji ta` substitutes fi ħwienet tax-xorb huma regolati bir-Regolamenti dwar Ħwienet għall-Bejgħ ta` l-Inbid, Birra jew Likuri Spiritużi (Liċenzji, Bon Ordni u Diċenza Pubblika).
Leg 9 PQ #18195 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħwienet tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tapplika għal substitute f'ħanut tax-xorb? Meta jkun il-każ, kemm idum mill-applikazzjoni sabiex joħroġ dan il-permess ta' substitute?

Response (BORG, TONIO)

B`żieda mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18192 f`din l-istess Seduta, ninsab infurmat illi liċenzja ta` substitute toħroġ jew tkun rifjutata wara li tkun ġiet proċessata. Ta` min wieħed hawnhekk isemmi illi b`effett mill-1 ta` Ġunju 2000 bdew iseħħu r-Regolamenti ta` ta` Liċenzji tal-Pulizija, li jirregolaw il-mod u ż-żmien ta` kif applikazzjonijiet għal xi liċenzja għandhom jiġu pproċessati.
Leg 9 PQ #18196 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħwienet tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jingħata permess għal extension of time għal ħanut tax-xorb fl-abitat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-ipproċessar għal talbiet sabiex ħanut tax-xorb jibqa` miftuħ wara l-11.00p.m., jintalab il-kunsens tal-ġirien. Fil-każ li jkun hemm oġġezzjoni mill-ġirien, jintalab il-parir tal-Bord ta` Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #18265 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — South East Local Plan

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni f'liema stadju wasal is-South East Local Plan (tan-naħa ta' Żabbar, Żejtun, Wied il-Għajn); x'konsultazzjoni qiegħda ssir u x'inhuma t-time frames biex dan ikun preżentat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pjan li qed jitħejja jismu South Local Plan u mhux South East Local Plan u jkopri dawn il-lokalitajiet :- Fgura Imqabba Siġġiewi Gudja Paola Tarxien Għaxaq Qrendi Xagħjra Kirkop Safi Żabbar Luqa Sta. Luċia Żebbuġ M`Scala The St. Thomas Bay Żejtun Żurrieq Is-South Local Plan qiegħed fl-istadju inizjali tiegħu u sar xogħol ta` land-use survey fil-lokalitajiet kollha. Bħalissa dan ix-xogħol qed ikun trasferit fuq GIS. Huwa mistenni li dan il-Pjan Lokali jitlesta sa l-aħħar tas-sena 2001.
Leg 9 PQ #17819 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Għawdex - Chambrai

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm-il darba saru spezzjonijiet mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq il-proġett ta' Chambrai f'Għawdex biex jaraw jekk kollox huwiex miexi skond il-kriterji tal-permess? Xi nstab f'kull spezzjoni u x'passi ttieħdu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-taqsima ta` l-infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tagħmel spezzjonijiet regolari fil-proġett ta` Chambrai sabiex isegwu l-proċess ta` l-iżvilupp. Matul din is-sena saru mill-anqas seba` spezzjonijiet (bejn wieħed u ieħor darba fix-xahar). Matul dawn l-ispezzjonijiet instab li l-bini tal-Units, il-parking u l-iskavar tas-sit fejn ser tinbena l-lukanda qed isir skond il-pjanti approvati. Madankollu ttieħdu passi permezz ta` Avviż biex Tieqaf (ref. ECF 672/00) fir-rigward ta` materjal li tqiegħed fid-ditch. Għalkemm ma rriżultax li nkisru xi kundizzjonijiet tal-permessi maħruġa, inħass il-bżonn li l-iżviluppaturi jitwaqqfu milli jżommu aktar materjal f`dan il-post, u fl-istess ħin ġew mitluba jibgħatu 'method statement' għall-approvazzjoni sabiex jitneħħa dan il-materjal. Irid jingħad l-proġett qed ikun segwit ukoll minn Monitoring Committee li qed isegwi b`mod partikolari l-qasam tal-wirt nazzjonali. Dan il-Kumitat spezzjona l-proġett tliet darbiet mill-bidu ta` din is-sena.
Leg 9 PQ #17901 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kolliżjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17640, jista' l-Ministru jinformani jekk sarx stħarriġ għaliex kien hemm aktar minn 1000 kollużjoni tat-traffiku rrapportati lill-pulizija fl-ewwel sitt xhur tas-sena meta pparagunat ma' l-istess perjodu għas-snin 1998 u 1999? Jekk le, jista' jara li jsir? Jekk iva, jista' jgħid x'irriżulta u ċioe' għaliex kien hemm din iż-żieda ta' kollużjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ż-żieda fl-istatistika tan-numru ta` kolliżżjonijiet hija primarjament attribwibbli għall-fatt li minn l-1 ta` Lulju 1999 każi ta` hit and run, bdew jitniżżlu bħala traffic accidents fejn qabel kienu jitniżżlu bħala ħsara volontarja. Ninsab infurmat ukoll li fl-1999 kien hemm 687 każijiet ta` 'hit and run' u ċioe` ħsara f`karozzi fejn ma ġiex identifikat l-awtur tal-ħsara. Din iċ-ċifra fl-1999 ma kenitx tiġi reġistrata taħt 'kolliżjoni tat-traffiku'. Illum dawn l-inċidenti qed jidħlu taħt kolliżjonijiet. Għalhekk iż-żieda reali fl-2000 hi ferm inqas minn dak li setgħet tidher meta wieħed iqabbel iċ-ċifra ta` 6,300 ma` 5,115 għas-sena li għaddiet. Fil-fatt għalkemm l-istatistika miżmuma mill-Pulizija turi żieda ta` 1,080-il kolliżżjoni fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena, meta mqabbla ma` l-istess perijodu tas-sena l-oħra, in-numru ta` kolliżżjonijiet bil-feruti matul l-istess perijodu baqgħu kważi l-istess, anzi kien hemm nuqqas minimu. Ma` dan wieħed ukoll irid iqis in-numru ta` vetturi fit-toroq tagħna li qiegħed dejjem jikber, kif ukoll l-ammont ta` persuni liċenzjati sabiex isuqu vetturi, li wkoll dejjem jiżdied.
Leg 9 PQ #17906 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Maċċa - Għammieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-inħawi tal-Maċċa, l-Għammieri, talba skond il-file 365/83/66 li d-dipartiment ta'l-artijiet ġiet miċħuda lill-bidwi u allura ngħata l-permess lil għaqda sabiex tuża l-art għal kampijiet? Jista' jinfurmana għaliex il-bidwi ma ġiex rikonoxxut meta għandu l-frott u x-xgħir miżrugħa fuq dawn iż-żewġ itmiem raba'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-file 365/83/66 li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant ma fih l-ebda talba minn xi bidwi partikolari għal rikonoxximent fuq xi raba` tal-Gvern. Ninsab infurmat ukoll li l-art f`Ta` Maċċa li fuqha t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tat permess biex jintuża għal kampijiet hija art li mhux mikrija lil terzi. Barra minnhekk l-art in kwestjoni ma kinitx art li qed tinħadem u dan ġie vverifikat wara spezzjoni li saret fuq il-post.