Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24123 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jitlob lill-Enemalta sabiex jikkunsidraw li ssir bozza ġdida fi Triq il-Batterija taz-Zonqor ġewwa M'Scala eżattament f'dawra li tinsab għal nofs din it-triq fil-qrib ta' razzett?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.

Boundary Wall

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23808 dwar l-għalqa fuq in-naħa ta' ġewwa ta' Triq l-Industrija li tiġi fuq wara tal-fabbrika Dowty u li tintuża bħala miżbla, tiġi mdawwra b'boundary wall biex ikun ta' deterrent għal min qiegħed iwaddabl-iskart. Peress li fit-tweġiba tal-Ministru għall-Ambjent ġejt infurmata li l-post imsemmi huwa responsabbilita' tal-Malta Development Corporationi, jista' għaldaqstant jwieġeb?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #23946 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Santa Luċija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi nru. 21714, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet u x'miżuri ttieħdu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ordnat lill-kuntrattur jirranġa x-xogħol li kien għamel fl-entratura msemmija. Il-kuntrattur għadu ma tħallasx ta' dan ix-xogħol u mhux ser jitħallas qabel isir ix-xogħol meħtieġ. Kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, ir-residenti qatt ma ġew "billed" għal żewġ metri kwadri konkos.
Leg 9 PQ #23983 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti tal-Karta — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 23742 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura tal-prodotti tal-karta għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fil-pubblikazzjoni "Economic Survey" pubblikat mid-Diviżjoni tal-Politika Ekonomika.
Leg 9 PQ #23984 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti tal-Lastiku — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 23744 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li ġiet riferuta lilu u cioe: jgħid kemm kien in-numru ta' persusni li kelleom impjieg fil-qasam tal-manifattura tal-prodotti tal-lastiku għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija ta' qabel.
Leg 9 PQ #23994 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Transfer ta' telephone

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-Maltacom jaħdmu fuq il-każ ta' transfer ta' telephone, li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba ta' l-abbonat li għalih qed issir riferenza sabiex isir trasferiment tal-linja tat-telefon daħlet għand il-Maltacom fil-21 ta' Frar li għadda. Sadanittant intbagħtet ittra lill-abbonat fejn ġie mitlub biex jiffirma l-kuntratt tal-Maltacom biex it-trasferiment mitlub ikun jista' jsir.

Enemalta — Triq il-Kbira - San Ġużepp

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-korporazzjoni Enemalta beħsiebha tkompli bix-xogħol tagħha li tneħħi l-lampi minn nofs Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, u tqiegħedhom fil-ġnub tagħha bħalma diġa' għamlet fil-parti ta' l-istess triq li tagħmel mal-konfini tal-Ħamrun?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għandu jitkompla fil-futur mhux il-bogħod flimkien ma' xogħolijiet simili oħra.
Leg 9 PQ #24047 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Purchasing Power Standards

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa, jew skond l-aħħar kalkoli, x'inhu l-GDP per capita ta' pajjiżna? Jista' jgħid x'figura jilħaq meta espress f'purchasing power standards? Jista' jgħid din il-figura f'PPS kif tikkompara bħala perċentwal ma' dik li hija l-medja ta' GDP per capita tal-15 il-pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gross Domestic Product per capita' ta' pajjiżna huwa ta' Lm3975 għas-sena 2000. Din iċ-ċifra hija proviżorja. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Gross Domestic Product per capita, espress f'purchasing power parities (PPP), huwa kkalkolat mill-Eurostat li għadha ma ppubblikatx din iċ-ċifra. Madanakollu, minn informazzjoni preliminari, jidher li ċ-ċifra mħabbra hija madwar tlieta u ħamsin fil-mija tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #24050 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għajnuna Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23750 li oriġinarjament saret lil Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u cioe jista' jgħid jekk teżistix xi forma ta' għajnuna finanzjarja min-naħa tal-gvern lil nisa li fetħu jew jixtiequ jiftħu business tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-IPSE toffri għajnuna finanzjarja u teknika fi ħdan il-programmi ta' l-assistenza lil kulħadd, kemm jekk ikun raġel kif ukoll jekk tkun mara. L-assistenza tingħata lil min fetaħ jew jixtieq jiftaħ negozju ta' natura li tikkwalifika taħt il-programmi ta' l-IPSE. L-IPSE qed tikkunsidra li fil-futur jitnedew programmi speċifiċi ta' għajnuna lil nisa li jkunu jixtiequ jibdew negozju.
Leg 9 PQ #24070 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baħar iċ-Ċagħaq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa ħalli tiġi mdawwla Triq Qalet Marku, Baħar iċ-Ċagħaq?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #24084 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23732?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #24101 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Impjiegi — Manifattura tat-Tessuti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23738 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid liema kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura tat-tessuti għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23983 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Leg 9 PQ #24120 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tiegħu qed jingħataw b'mod separat, ma ħax is-somma li hu ntitolat għaliha meta dan spiċċa mill-Maltacom ftit taż-żmien ilu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #24130 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Head Corporate Services

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-Head Corporate Services li ġie maħtur fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #24133 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Head of Communications

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-Head of Communications li ġie maħtur fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #23936 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Slowdown Globali — Reviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi ħsieb li jirrevedi 'l isfel il-prospetti għat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż fid-dawl tas-slowdown globali li għaddejja bħalissa, b'mod partikolari fl-Istati Uniti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-Diviżjoni tal-Politika Ekonomika fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi ssegwi b'mod regolari l-andament ta' l-ekonomija internazzjonali, inkluż dak li qed jitbassar dwar l-ekonomija ta' l-Istati Uniti. S'issa ma jidhirx li hemm bażi għalfejn wieħed jirrevedi l-isfel it-tbassir dwar it-tkabbir ekonomiku ta' Malta.
Leg 9 PQ #23937 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Evaporazzjoni tal-Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-Gvern għar-rapporti li dehru f'sezzjoni ta' l-istampa lokali li skond rapport kunfidenzjali ġie żvelat li l-Enemalta titlef madwar 400 tunnellata fuel fis-sena mit-tankijiet tagħha f'B'Buġia permezz ta' evaporazzjoni tal-fuel - ħaġa li hi ta' ħsara kbira għas-saħħa umana?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta talbet lill-editur tal-gazzetta li fiha kien ippubblikat l-artiklu msemmi jindika għal liema rapport kienet qed issir riferenza jew jgħaddilha kopja tar-rapport. Sa llum l-editur ma ħa ebda azzjoni dwar dak li kien mitlub jagħmel.
Leg 9 PQ #23682 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi promozzjonijiet ngħataw fil-Maltacom fis-sena 2000 u 2001? Kemm hemm li ngħataw ħatra fi skala 6? F'liema skala kien qabel f'kull każ? Kemm inħatru fi skala 4? F'liema skala kien qabel f'kull każ? Min huma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-snin 2000 u 2001 ingħataw 57 promozzjoni fil-Maltacom. Matul il-perjodu msemmi, ingħataw żewġ promozzjonijiet għal gradi fi Skala ta' Salarju 6 u promozzjoni waħda għal Skala ta' Salarju 6A. It-tlitt impjegati kienu fi Skala ta' Salarju 10, 7 u 7A qabel ingħataw il-promozzjoni. Matul is-sentejn imsemmija ma ingħatawx promozzjonijiet għal Skala ta' Salarju 4.