Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta’ Income Tax?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li uffiċjali mit-taqsima tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Konkatidral ta’ San Ġwann – kumpens finanzjarju lis-sidien tal-ħwienet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu ntalabx jagħti xi kumpens finanzjarju lis-sidien tal-ħwienet ta' ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann u li l-kirja tagħhom ġiet itterminata mid-Dipartiment tal-Artijiet xahrejn ilu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jispjega l-policy tal-Inland Revenue rigward penali jew taxxi dovuti li jkunu preskritti? Jista’ jgħid jekk hux minnu li qed isir sforz biex dawn jerġgħu jinfetħu billi d-Dipartiment ma kkunsidrax maħfriet oħrajn jekk ma jerġax jinfetħu każijiet simili?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi penali jew taxxi li jkunu preskritti ma jfissirx li mhumiex dovuti. Ħafna ammonti meqjusin bħala preskritti mit-taxpayers fil-fatt mhumiex effettivament preskritti peress li l-preskrizzjoni ġiet estiża minħabba azzjoni meħuda mid-Dipartiment fi żmien opportun biex dawn jitħallsu.
Meta d-Dipartiment, wara talbiet mit-
taxpayers
, jikkunsidra maħfriet ta’ multi u interessi dovuti, id-Dipartiment fid-diskrezzjoni tiegħu jipproponi kundizzjonijiet li jidhirlu xierqa. It-
taxpayer
dejjem għandu l-għażla jekk jidħolx fil-ftehim propost jew le.
Kumpaniji – penalijiet u mgħax – refunds tal-International Tax Unit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jinħaffru l-penalijiet u mgħax li qed jeħlu l-kumpaniji kawża tad-dewmien ta’ refunds tal-International Tax Unit li waslet għall-problemi ta’ cash flow kbar għal dawn il-kumpaniji?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-taxxa li għandha tiġi mħallsa mill-kumpanniji għandha titħallas fiż-żmien stipulat fl-Att Dwar L-Amministrazzjoni tat-Taxxa. Il-fatt li azzjonisti ta’ dawn il-kumpanniji jagħmlu talba għal refund ta’ taxxa li tkun mħallsa tard mill-istess kumpanniji m’għandu jkollu l-ebda effett fuq il-penali u l-imgħax li jistgħu jeħlu dawn il-kumpanniji għar-raġuni li ħallsu t-taxxa tard.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx ħsieb li tinbidel it-Tax Refund System fil-futur qarib? Jekk le, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tinbidel il-Provisional Tax System biex tiffaċilità aktar it-tax refund system fis-sens li din tirrifletti l-vantaġġi tat-tax refund system u tiffaċilità aħjar il-cash flow tal-kumpaniji?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-kariga ta' General Manager fil-Borża ta' Malta hijiex okkupata? Jekk fl-affermattiv, min qiegħed jokkupa din il-kariga? Xi kwalifiċi għandu/għandha din il-persuna? Jista' jgħid meta nħatret din il-persuna fil-kapaċità ta' General Manager u minn meta l-ħatra f'din il-kariga se tkun effettiva?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-kariga ta’ General Manager għadha vakanti, iżda l-General Manager ġdid ġie maħtur mil-Bord waqt il-laqgħa li saret fil- 4 ta’ April 2016. Din il-kariga tiġi fis-seħħ mill-1 ta’ Settembru 2016.
Dan il-persuna ilu impjegat mal-Borża għall-18 il-sena. Għamel żmien twil fl-IT u imexxi s-Central Securities Depository w ilu jokkupa l-post ta’ kap ta’ l-uffiċċju responsabbli għal Human Resources & Corporate Services għal dawn l-aħħar 9 snin. Huwa kkwalifikat fil-Human Resources.
Dan sar minħabba li l-operat tal-Borża sar kumpless ħafna, iżjed minn qatt qabel. Fix-xhur li ġejjin, sejrin jiġu mplementati direttivi tal –UE ġodda bħal MiFID 2 u CSDR li jirrikjedu bdil sostanzjali fl-operat, proċeduri w teknologija. Barra minn hekk għadu kif ġie mniedi Prospects, suq ġdid immirat għal SMEs li wkoll jinvolvi responsabbilitajiet kbar u operat ġdid, kif ukoll il-Borża qiegħda timplementa servizzi u prodotti oħra ġodda. Għalhekk ġie deċiż li il-pożizzjoni ta’ General Manager terġgħa tiġi ntroddotta wara li ilha vakanti għal dawn l-aħħar snin biex l-individwu maħtur ikun jistgħa jgħin il-Kap Eżekuttiv fit-dmirijiet tiegħu. Il-General Manager sejjer ikun responsabbli għar-riżorsi umani, għal faċilitajiet kollha tal-Borża inkluż il-premises, il-
procurement,
safar,
training, w customer services.
Borża ta’ Malta – General Manager u Chief Executive Officer — job description
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-job description ta' General Manager tal-Borża ta' Malta u x'inhi l-job description ta' Chief Executive Officer fl-istess entità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-General Manager sejjer ikun responsabbli għar-riżorsi umani, għal faċilitajiet kollha tal-Borża inkluż il-premises, il-procurement, safar, training, w customer services.
Ic-Chief Executive huwa responsabbli għall-operat kollu tal-Borża nkluż ir-regulation, il-finanżi, it-teknoloġija, is-suq l-ġdid li jissejjah Prospects, u business development.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu compliance orders taħt il-L.S. 330.07 (Regolamenti dwar Distance Selling (Retail Financial Services)) mill-2005 sal-lum, sena b’sena? Jekk inħarġu, kemm minnhom ġew kontestati sena b’sena u x’kien l-eżitu tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma nħarġu ebda compliance orders taħt il-L.S. 330.07 (Regolamenti dwar Distance Selling (Retail Financial Services)) mill-2005 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li fi żmien qasir isir l-aħħar pagament lill-kredituri tal-BICAL bank?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmi pagament aħħari dovut lill-kredituri ma jistax isir minħabba li l-fondi tal-BICAL preżentament jinsabu ibblokkati b’sekwestru li sar.
Sakemm ma jkunx hemm ir-revoka tas-sekwestru, il-kontrollur ma jkunx f’pożizzjoni li jagħmel dan l-aħħar pagament.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex tiġi mnaqqsa l-burokrazija fejn jidħlu ħaddiema mhux Maltin biex jiġu reġistrati fis-sistema tal-IRD peress li bħalissa jimlew expatriates form, FS4, wara li jiġu reġistrati mal-ETC, ID Office u kif ukoll is-Social Security Contributions? Peress li jidher li l-IRD qed ikun tassattiv ħafna imma fl-istess ħin idumu ma jwieġbu u dan qed iwassal għal ċirkostanzi fejn l-IRD jirrifjuta l-FS3s tal-impjegati ta’ kumpanija sħiħa minħabba xi impjegat temporanju u l-kumplikazzjoni tikber meta l-impjegat konċernat ma jkunx għadu Malta, jista’ jgħid jekk hux se ssir distinzjoni bejn impjegati minn pajjiżi ewropej u dawk li huma third country nationals?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jispjega kif se tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ diskriminazzjoni ta’ informazzjoni rikjesta mill-IRD bejn ewropej differenti ossia bejn Maltin u Ewropej oħra fejn jidħlu kopji miżżewġin? L-IRD qed titlob evidenza li l-partner ikun jgħix Malta biex japplikaw il-married rates?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għall-finijiet tal-liġijiet tat-taxxa biex persuna tibbenefika mill-married rates apparti li trid tkun miżżewġa jew f’unjoni ċivili ż-żewġ persuni jridu jkunu t-tnejn qed jgħixu flimkien Malta. Għal din ir-raġuni d-Dipartiment jitlob evidenza li ż-żewġ persuni qed jgħixu flimkien Malta.
Mill-2014 ġiet introdotta emenda fil-liġi li permezz tagħha persuna (ċittadin ta’ stat membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea) tista’ tibbenefika mill-
married rates
anke jekk il-konjuġi ma jkunx qed jgħix hawn Malta jekk għall-inqas 90% tad-dħul globali tal-koppja joriġina minn Malta.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji li bihom qed jimxi l-Accountancy Board biex jakkredita jew jaċċetta korsijiet tat-taxxa u tal-liġi Maltija li ġeneralment ikollhom bżonnhom accountants li għandhom kwalifiki barranin? Jista’ jgħid kemm-il temporary warrant ta’ accountants ħareġ mill-aħħar ħames snin? Għal kemm żmien ħarġu? X’nazzjonalitajiet kienu involuti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kriterja użata mill-Accountancy Board hija dik ta’ ekwivalenza mal-qwalifiċi kif stipulati fl-artikolu 3(2)(c) u (d) tal-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy KAP 281, u li f’dawn l-aħħar ħames snin ma kien hemm l-ebda applikazzjoni għal- temporary warrant ta’ accountants.
Jista' l-Ministru jgħid mi-numru ta' proprjetajiet li nbiegħu matul is-sena 2015, kemm minnhom kienu appartamenti, maisonettes/mezzanin/terran/terraced house/villel/bungalous kull kategorija separatament? Kemm minn dawn il-proprjetajiet inbiegħet lill-barranin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni ngħatat fil-Borża ta' Malta mill-2013 'l hawn? Lil min ingħatat kull promozzjoni, kull persuna x'kariga kellha u x'kariga qiegħda tokkupa issa? Jista' jelenka wkoll dawk li għadhom fuq probation u meta jagħlaq it-tali probation tal-persuni rispettivi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il seduta nżammet s’issa mit-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna jew kumpanija tressqu quddiem dan it-Tribunal u kemm minnhom ġew blacklisted? Min huma dawn il-persuni jew kumpaniji li ġew blacklisted?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-Tribunal għas-Sanzjonijiet żamm għaxar seduti minn mindu ġie appuntat fil-31 ta Mejju 2015.
S’issa ma ġie mressaq ebda każ quddiem dan it-Tribunal.
Bank Ċentrali ta’ Malta – investigazzjoni mill-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, meta impjegat tal-Bank Ċentrali ta' Malta jkun investigat mill-Pulizija jew minn xi enti oħra, ikunx sospiż sakemm titlesta l-investigazzjoni? Dan ikun japplika sew għal minor staff kif ukoll għas-senior management?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onoreveoli Interpellant illi l-eventwalita’ imsemmija hija regolata għall-ħaddiema tal-Bank Ċentrali b’klawsola 24 tal-Ftehim Kollettiv li parti minnha tgħid hekk:
“…. An employee whose conduct appears to require investigation may be suspended from the service by an officer designated for this purpose by the Bank, and salary may be partly withheld during such suspension. Not more than half the employee’s salary shall be withheld and the suspension period shall not exceed six (6) months, unless otherwise agreed by both parties in the best interest of justice. Where criminal proceedings are initiated against an employee, the employee would be subject to suspension in the same way until the case is decided by the Law Courts….”
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet aġġudikata t-tender tas-sistema IBGL fil-Bank Ċentrali ta’ Malta? Meta kienet ħarġet is-sejħa u kemm kien hemm offerti jew espressjoni ta’ interess? Jista’ jgħid x’inhu l-iskop ta’ din is-sistema?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tender ta’ l-IBGL gie ppublikat f’Novembru, 2012 u l-Bank Ċentrali kien irċieva 13-il offerta. Fl-2013, erba’ offerti kienu ġew short-listed u dawn l-offerenti ġew mitluba sabiex jagħtu aktar dettalji dwar l-offerti li ssottomettew, inkluż walkthrough tas-sistemi li kienu qegħdin joffru. It-tender ġie aġġudikat f’Jannar, 2016 u l-kuntratt finalizzat f’Mejju, 2016.
L-iskop tat-tender huwa sabiex il-Bank Ċentrali jimplementa sistema informatika integrata li tkopri r-
Retail Banking and Payments, Investments, Treasury, Portfolio Management, General Ledger u Accounting.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il speċi ta’ annimali mħarsa bil-Konvenzjoni CITES inqabdu mid-Dwana bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-1 ta’ Mejju 2016? X’tip ta’ annimali kienu? X’valur kellhom fis-suq? U fejn ġew interċettati mid-Dwana u x’nazzjonalità kellhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Membri tad-Dwana – taħriġ dwar liġijiet u investigazzjonijiet mas-CITES
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ ingħata lill-membri tad-Dwana dwar liġijiet u investigazzjonijiet in konnessjoni mal-Konvenzjoni CITES bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-1 ta’ Mejju 2016?