Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsja parlamentari 12650 u jgħid x’tip ta’ benefiċċji soċjali huma intitolati għalihom is-single parents?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-single parents jistgħu jkunu ntitolati għal Għajnuna Soċjali għal Single Mother, Għajnuna Soċjali tal-Qagħad jew ukoll għat-tapering tal-Għajnuna Soċjali li jkunu qed jirċievu jekk jibdew jaħdmu, apparti childcare b’xejn u child supplement skont means testing.
Jistgħu wkoll jikkwalifikaw għall-Għajnuna Medika (SKA) jekk ibatu minn mard kroniku u Għajnuna tal-Ħalib (MG) jekk ikollhom trabi taħt id-9 xhur li ma jkunux jistgħu jreddgħawhom għal raġunijiet mediċi. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas jikkwalfikaw għall-
Allowance
tat-Tfal.
Beneffiċji oħra li s-
single parents
jistgħu jikkwalifikaw għalihom jinkludu ukoll il-Benefiċċju tal-Enerġija (EB) u l-karta r-roża għall-medicini b’xejn.
Barra minn hekk huma ntitolati wkoll għal in-work benefit skont numru ta’ kriterji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12651 u jgħid kemm hawn single parents f’Malta li jirċievu l-benefiċċji li huma intitolati għalihom? Kemm jammonta dan il-benefiċċju għal kull individwu? Kemm huwa l-ammont globali minfuq fuq dan il-benefiċċju? X’persentaġġ hija din in-nefqa fuq in-nefqa totali tal-benefiċċji soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hawn 5,184 single parent li huma benefiċjarji tal-għajnuna soċjali. L-ammont tal-benefiċċju jvarja minn persuna għall-oħra peress li huwa means tested.
Il-ħlas globali f’erba’ ġimgħat u l-persentaġġ mit-total imħallas għax-xahar ta’ April 2015, maqsuma skont il-benefiċċji huwa kif ġej:
SA (Għajnuna Soċjali) - €2,237,818 (3.75%)
SUP (Għajnuna Soċjali għal
Single Parents
) - €1,281,482 (2.15%)
UA (Għajnuna Soċjali tal-Qagħad) - €1,396,045 (2.34%)
SKA (Għajnuna Medika) - €1,397,518 (2.34%)
L-ammont globali li tħallas fuq benefiċċji soċjali (inklużi kemm il-benefiċċji kontributorji kif ukoll dawk non-kontributorji) matul ix xahar t’April 2015, kien ta’ €59,663,421.
Il-persentaġġi huma kif murija hawn fuq.
Fil-każ ta’
Allowance
tat-tfal (liema nefqa qed tinġieb għal attenzjoni tal-Onor. Interpellant iktar l-isfel), dan il-persentaġġ huwa kkalkulat fuq l-aħħar ħlas, jiġifieri l-perjodu Jannar 2015 sa April 2015.
CA (
Allowance
tat-tfal) - €6,008,248 (10.07%)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, sa issa, spiċċaw single parents minn fuq il-benefiċċji soċjali jew daħlu f’sistema ta’ tapering permezz tal-miżura mħabbra fil-baġit?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu tas-sena 2015, l-ammont ta’ single parents li jirċievu benefiċċji soċjali naqas b’371. Minn meta beda l-benefiċċju tat-Tapering f’Jannar 2014, l-ammont ta’ single parents li bbenefikaw minn dan il-benefiċċju kien ta’ 418.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward flus tad-diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija applikat għall-pensjoni tad-diżabilità fid-19 ta’ Jannar 2015. It-talba ta’ din il-persuna ma ġietx aċċettata fuq parir tal-bord mediku.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward maintenance ta' bieb ta' dar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-inkwilin li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għamlet rapport ta’ ħsarat fil-bieb ta’ barra.
Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta' persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward Awtroità tad-djar u ħsarat li għandu fil-post?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li, l-inkwilin indikat mill-Onorevoli għamel rapport ta’ ħsarat fis-soqfa tal-appartament.
Residenza San Vinċenz de Paul – impjegati – proċeduri dixxiplinarji
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16391, jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-kastig u/jew penali li weħlet kull persuna li nstabet ħatja tal-akkuża jew akkużi magħmula fil-konfront tagħhom kif imsemmija fir-risposta tal-Ministru?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16391, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-penali li weħlet kull persuna li nstabet ħatja tal-akkuża jew akkużi magħmula fil-konfront tagħhom huma mqassma kif ġej:
· Mit-8 każijiet rigward assenza mingħajr awtorizzazzjoni, 7 ingħataw twissija bil-miktub, waqt li wieħed skolpa ruħu;
· każ wieħed rigward dikjarazzjoni falza u abbuż mill-attendenza nbidel fi twissija verbali;
· każ wieħed rigward nuqqas ta’ eżerċizzju ta’ kontroll u superviżjoni xierqa – il-persuna skolpa ruhu;
· każ wieħed li jinvolvi arroganza lejn uffiċjali pubbliċi u assenza mingħajr awtorizzazzjoni spiċċa f’sospensjoni ta’ ġurnata xogħol;
· każ wieħed li jinvolvi nuqqas ta’ dmir spiċċa f’sospensjoni ta’ 5 ijiem xogħol;
· każ wieħed li jinvolvi arroganza, u
charges
oħra fejn l-individwu ikkonċernat naqas li jilbes
tag
u irrifjuta li jagħti ismu ngħata twissija bil-miktub;
· każ wieħed rigward arroganza u diżubbidjenza – dan il-każ għadu pendenti u qiegħed fil-proċess biex jinstema’ quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku;
· każ wieħed rigward imġieba aggressiva fil-konfront tal-Kap Eżekuttiv spiċċa f’sospensjoni ta’ 5 ijiem xogħol;
· każ wieħed rigward imġieba vjolenti fejn l-individwu saħansitra fera persuna – Dan il-każ deher quddiem il-Qorti, fejn ġie deċiż li l-individwu għandu jkun meħlus mill-akkuzi miġjuba kontrih;
3 każijiet ta’ negliġenza gravi waqt ix-xogħol - 2 minn dawn il-każijiet għadhom għaddejjin proċeduri dixxiplinarji interni waqt li l-każ l-ieħor għadu pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
San Vinċenz De Paul – Waste Management Division — spezzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-26 ta’ April 2015 saritx spezzjoni f’San Vinċenz De Paul fuq impjegati li jaħdmu mal-Waste Management Division? Jekk iva, jista’ jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu assenti mix-xogħol mingħajr awtorizzazzjoni? Jista’ jgħid jekk itteħdux passi kontra dawn l-impjegati? Jista’ jgħid ukoll għaliex ma tteħdux passi kontra min instab li kien assenti minn fuq ix-xogħol, jekk dan huwa l-każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-26 ta’ April 2015 saret spezzjoni fuq impjegati li jaħdmu fis-sezzjoni tal-Waste Management Division, minn fejn irriżulta li kien hemm persuna waħda assenti. Il-persuna kkonċernata informa lil wieħed mill-kollegi fis-sezzjoni, bil-ħin li kien ser iqatta’ barra l-post tax-xogħol, u fil-fatt wara 45 minuta l-istess persuna reġgħet lura fuq il-post tax-xogħol. L-assentiżmu ġie irrekordjat fuq it-Temporary Absence Record Sheet, skont kif inhu stabbilit fil-Public Service Management Code. Għal din ir-raġuni, ma ttieħdu l-ebda passi ta’ dixxiplina kontra l-persuna ikkonċernata. Madanakollu, il-management immedjatament inforza miżura sabiex ikun hemm iżjed kontabbilita` u responsabbilta’ u li biha kull assenza minn fuq il-posta tax-xogħol għandha tkun ikkomunikata lis-supervisors tas-sezzjoni kkonċernata.
Il-Ħamrun — persuni li jieħdu pensjoni tal-Irtirar u Pensjoni tal-Età
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm benefiċċjarji fil-Ħamrun preżentement qegħdin jieħdu l-Pensjoni tal-Irtirar u l-Pensjoni tal-Età separatament minn xulxin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ benefiċċjarji fil-Ħamrun li preżentement qegħdin jieħdu l-Pensjoni tal-Irtirat u l-Pensjoni tal-Età, separatament minn xulxin, huwa ta’ 1,222 kif spjegat fit-tabella t’hawn taħt.
Pensjoni tal-Eta'
254
Pensjoni tal-Irtirar
968
Total
1,222
Persuni li nqabdu jabbużaw mill-benefiċċji soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet tabbuża mill-benefiċċji soċjali fis-sena 2014? Jista' jgħid x'kien l-ammont finanzjarju involut?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2014 inqabbdu jabbużaw mill-benefiċċji soċjali 592 persuna. L-ammont finanzjarju involut jammonta għal €3,831,983.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċess tal-għażla għal diversi posts interni li huma miftuħin u li qegħdin isiru bħalissa fl-Awtorità ta' Djar? Jista' jgħid dawn ġewx konklużi? Jekk ġew konklużi, jista' jgħid min huma l-persuni magħżula? Jekk dan il-proċess għadu ma ġiex konkluż, jista' jgħid għaliex dan il-proċess qiegħed dejjem jittawwal u għadu għaddej?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess tal-għażla għadu għaddej u għandu jiġi fi tmiemu fil-ġimgħat li ġejjin. Meta l-proċess tal-għażla jkun iffinalizzat, jitħabbru uffiċjalment l-ismijiet kollha ta' dawk magħżula.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jaħdmu ġewwa l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Ħaż-Żabbar u kemm persuni użaw is-servizzi tiegħu tul is-sena li għaddiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-uffiċċju distrettwali ta’ Ħaż-Żabbar hemm 5 persuni jaħdmu.
Matul is-sena li għaddiet huwa stmat li kien hemm 32,000 persuna li għamlu użu mis-servizzi li jingħataw minn dan id-distrett.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Gvern sabiex dawn it-tfal taħt l-erba' snin b'Ordni għall-Ħarsien jitpoġġew f'foster family u mhux f'dar residenzjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari 16444 – Seduta 270, il-Gvern jagħmel l-almu tiegħu kollu sabiex jassigura li l-minuri ikunu protetti u mħarsa bl-aħjar mod possibli u, filwaqt li jemmen li l-familja għandha tkun l-ewwel għażla għall-minuri, hemm ċirkustanzi fejn il-minuri ma jkunx fl-aħjar interess tagħhom li jibqgħu jgħixu mal-familja naturali tagħhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel għażla tkun li l-minuri jibqgħu xorta jgħixu f’ambjent ta’ familja.
Għaldaqstant, il-Gvern, permezz tal-Aġenzija Appoġġ, jaċċerta ruħu li l-ħaddiema soċjali mit-
team
tal-
fostering
, ta’ spiss ikunu fuq il-
media
bil-għan li jħajjru aktar familji li jistgħu jipprovdu dan is-servizz.
Il-ħaddiema soċjali jaħdmu ħafna mal-
foster families
eżistenti u jipprovdulhom l-appoġġ
kollu meħtieġ biex dawn il-familji jkunu jistgħu jieħdu ħsieb lill-minuri afdati lilhom bl-aħjar mod possibli.
Irrispettivament minn fejn eventwalment jitpoġġew it-tfal, l-Aġenzija Appoġġ dejjem tara li tassigura li l-minuri qegħdin fl-aħjar post, fl-aħjar interess tal-istess minuri. Dan kollu jsir bil-għajnuna tal-ħaddiema soċjali mill-
Looked After Children
, li jsegwu lil dawn il-minuri ikkonċernati u finalment jaraw li jifformulaw
care plan
speċifiku għal kull każ.
Ordni ta' Ħarsien — tfal li jgħixu f'djar residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal f'Malta u Għawdex taħt l-erba' snin protetti b'Ordni għall-Ħarsien li bħalissa qed jgħixu fi djar residenzjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm (9) disat it-tfal ta’ bejn 0 – 4 snin protetti b'Ordni għall-Ħarsien li bħalissa qed jgħixu fid-djar residenzjali.
Awtorità tad-Djar – strateġija ġdida dwar il-qasam tal-housing
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16268, jista' l-Ministru jgħid min huma l-istakeholders oħra minbarra l-Awtorità tad-Djar li ġew ikkonsultati sabiex isir ir-rapport dwar l-istrateġija l-ġdida dwar il-qasam tal-Housing? Jista' jgħid għaliex ma jridx jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li r-rapport fuq l-istrateġija l-ġdida tlesta fit-23 ta’ Diċembru 2013.
L-
Istakeholders
involuti kienu l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, iċ-
Chairperson
u l-Membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorita’ tad-Djar, il-Kap Eżekuttiv, l-impjegati tal-Awtorita’ tad-Djar (inkluż ukoll dawk mis-Sezzjoni tal-Customer Care) u stakeholders oħra minn barra l-Awtorita’ tad-Djar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjonijiet irċeviet l-Awtorità tad-Djar fi-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015 sal-lum separatament minn xulxin għall-stairlift fi djar privati? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu sena b'sena u kemm-il applikazzjoni għad hemm pendenti sena b'sena?
Persuni b'diżabilità — fond Independent Living - fondi allokati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw persuni mill-fond Independent Living għall-persuni b'diżabilità fis-sena 2013, 2014 u 2015 sal-lum? Jista' jgħid kemm kien hemm allokati fondi għal dan il-fond fis-sena 2013 u 2014 separatament minn xulxin u kemm ġew allokati fondi għas-sena 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Proġetti finanzjati u ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea fis-sena 2013, 2014 u 2015 sal-lum? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-proġetti u t-tenders sottomessi rigward dan il-proġetti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn is-sena 2013 u Mejju 2015, ġew approvati 5 proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropeja li d-dettalji tagħhom jidhru kif elenkat hawn taħt:
3 proġetti ġew approvati mill-Fond Socjali Ewropew (ESF) b’ko-finanzjament ta’ 85% Fondi tal-Unjoni Ewropeja u 15% minn Fondi Nazzjonali.
·
ESF 3.234 - Leap! Building the future together, promoting social mobility
li qed jiġi implimentat mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta Soċjali b’valur ta’ €3 miljun
· ESF 4.242-
Capacity Building in care for the elderly and persons with Disability
li qed qed jiġi implimentat mill-Ministeru għall-Famuilja u Solidarjeta Soċjali b’valur ta’ €325,938
· ESF 4.249 –
Enhancing human capital in the regulation of Social Care
li qed jiġi implimentat mid-Dipartiment għall-Istandards fil-Ħarsien Soċjali (il-
grant agreement
għadu ma ġiex iffirmat, pero d- Dipartiment ghall-Istandards fil-Ħarsien Soċjali kien applika għal total ta’ €372,923)
2 proġetti ġew approvati mill-Programm PROGRESS b’ko-finanzjament ta’ 80% Fondi tal-Unjoni Ewropeja u 20% minn Fondi Nazzjonali.
· JUST/2012/PROG/AG/3715 –
Fuq tlieta toqgħod il-borma: Partcipazzjoni, Inklużjoni, Aċċessibilita’
. Dan kien proġett implimentat mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ b’valur ta’ €125,000
·
JUST/2013/PROG/AG/4964
–
Promoting the direct voice of disabled persons.
Dan kien proġett implimentat mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ b’valur ta’ €140,000.
Il-Ħamrun — persuni li jieħdu l-Pensjoni tad-Diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm benefiċċjarji fil-Ħamrun li preżentement qegħdin jieħdu l-Pensjoni tad-Diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ benefiċċjarji fil-Ħamrun li preżentament qegħdin jirċievu l-Pensjoni tad-Diżabilità jammonta għal 67 persuna, kif qed jiġi spjegat fit-tabella hawn taħt:
BenefiċċjuNumru ta’ Benefiċċjarji
BLD3
HP50
SHP14
Total67
Tifsira għall-Abbrevazzjonijiet Imsemmija
BLD – Blind Pension
HP – Disabled Pension
SHP – Severely Disabled Pension