Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13186 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li taw id-demm bejn is-sena 2000 u s-sena 2013, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu rġiel u kemm nisa, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid minn liema gruppi ta’ etajiet kienu ġejjin, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid ta’ liema blood group kienu dawk li taw id-demm, sena b’sena b’mod, separat? Jista’ jgħid ukoll kemm-il unit ta’ demm ingħata bejn is-sena 2000 u s-sena 2013, sena b’sena, b’mod separat?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet li tressqu lill-Korporazzjoni Enemalta dwar spejjeż ikkawżati lil djar f’Malta u Għawdex kawża ta’ ħsarat fil-provvista tad-dawl, minn qtugħ tal-provvista jew xorta oħra mill-Korporazzjoni Enemalta jew power station matul dawn it-tliet snin, xahar b’xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-Enemalta plc. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
Ħaddiema fil-qasam tal-Ilma, it-Trattament tad-drenaġġ u l-immaniġġar tal-iskart
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar x’wassal biex il-ħaddiema tas-settur pubbliku li jaħdmu fil-qasam tal-ilma, it-trattament tad-drenaġġ u l-immaniġġar tal-iskart jiżdied minn 1,078 f’Awwissu 2013 għal 1,145 f’Awwissu tal-2014, u dan skont l-aħħar statistika ppubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika fil-15 ta’ Jannar 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ ħaddiema fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Awwissu 2013 kien ta’ 896 (tminn mija, sitta u disgħin) u f’Awissu 2014 kien ta’ 962 (disa’ mija, tnejn u sittin). Din iż-żieda kienet arribwita għall-ħtieġa ta’ Multi Skilled Fitter Mason / Plasterers, IT personnel,u Lab Technicians.
Issa li l-Ministru qal li l-prezzijiet għoljin li qed inħalsu għall-petrol u d-diesel huma kaw¿a tal-hedging agreement, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-prezz li bih Malta qed tixtri ż-żejt?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-politika tal-Gvern tiffavorixxi stabilita’ fil-prezzijiet. Decizjonijiet dwar il-ftehim tal-hedging jittieħdu mal-Risk Committee tal-kumpanija Enemed.
Jista' l-Ministru jindiga u jara x'qed iwassal biex ammont tal-ilma ilu ħiereġ minn Triq ix-Xitwa f'Ħal Qormi għal diversi ġimgħat? Jista' jieħu l-passi
neċessarji biex din is-sitwazzjoni ta' inkonvenjent tirrimedja ruħha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li f’Jannar irċeviet żewġ rapporti formali ta’ ilma ħiereġ fit-triq. Infurmat li l-Korporazzjoni ħadet azzjoni mmedjata biex twaqqaf il-ħruġ tal-ilma. Preżentament hemm pipe tal-plastic temporanju mal-ġenb tat-triq li qiegħed fil-proċess li jinbidel għal wieħed igalvaniżżat u aktar robust.
Dipartiment tad-Dentistrija – pazjenti jistennew intervent jew trattament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew intervent, trattament, jew appuntament fid-Dipartiment tal-Dentristija, u jagħti din l-informazzjoni skont dawk li huma qegħdin jistennew għalih (eżempju: intervent, viżta outpatient, eċċ.)?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li fid-Dipartiment tal-Orthodontics hemm 491 pazjent jistennew intervent fil-waqt li fl-Oral Surgery hemm 268 pazjent jistennew li jsirilhom intervent. Fil-prosthetics hemm 300.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tad-Dentistrija għandux complement ta’ riżorsi umani adegwati? Jekk le, jista’ jgħid f’liema gradi hemm in-nuqqas u b’kemm-il ħaddiem full-time huwa dan in-nuqqas?
Response (MIZZI, KONRAD)
Bħalissa fid-Dipartiment tad-Dentistrija hemm xi vakanzi fil-gradi ta’ House Surgeon u Registrar li meta jintlew mistennija jkomplu jtejbu s-sitwazzjoni. Fil-każ tar-Reġistrar diġà saru l-interviews u mistennija jkunu ingaġġati fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jagħti konferma li sal-aħħar ta’ Frar 2015 dawk kollha li ggradwaw bħala Allied Health Care Professionals se jkunu ingaġġati mal-Gvern biex jibdew jagħtu s-servizz tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet mal-UHM biex dawk l-istudenti li qed jirreferi għalihom ikunu ingaġġati mas-servizz pubbliku fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12951 u jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-pakkett finanzjarju tal-Kap Eżekuttiv huwa ta’ €57,000.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-għan tal-aħħar żjara li għamel il-Ministru fiċ-Ċina li skont il-gazzetta China Daily (9 ta’ Jannar 2015) kienet marbuta mat-trattament ta’ fertilità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-laqgħa saret wara stedina mill-Gvern Provinċjali ta’ Jiangsu. Fil-laqgħa, li saret mal-għola tmexxija tas-saħħa, ġie diskuss kif jista’ jiġi żviluppat iċ-Ċentru Mediku Ċiniż ġewwa Kordin, inkluż servizz ta’ rehabilitation.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-Saħħa ma kienx parti mid-delegazzjoni li żaret iċ-Ċina u li kienet irrappurtata fil-gazzetta Ċiniża China Daily (9 ta’ Jannar 2015)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impenji jinqasmu bejn il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari.
Jista’ l-Ministru jara jekk il-kwalità tal-ilma tal-vit li qed jirċievu r-residenti tal-Fgura huwiex tajjeb għax-xorb billi kien hemm numru ta’ lmenti dwar dan lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’dawn l-aħħar xhur?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn diversi kampjuni li jittieħdu mil-lokalita’ tal-Fgura bħala parti mill-programm ta’ moniteraġġ, irriżulta li l-kwalita’ tal-ilma tal-vit hija tajba għax-xorb.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13347, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan l-uffiċċju tal-ARMS fi Triq l-Ifran, il-Belt huwiex mikri mill-General Workers’ Union u minn meta bdiet din il-kirja?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interplellant illi f’Jannar 2014 l-ARMS Ltd ħarġet espressjoni tal-interess. L-offerta msemmija kienet l-irħas u l-aktar waħda vantaġġuża.