Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Segretarjat Privat – Customer Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat Privat li huma inkarigati mill-Customer Care?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li filwaqt li kull membru tas-segratarjat privat jista’ jkollu, b’mod jew ieħor, xogħol relatat mal-ko-ordinament tal-customer care, l-għadd ta’ persuni fis-segretarjat li d-dmirijiet ewlenin tagħhom huwa fil-customer care hu ta’ sitta.

Qafas għall-Istrateġija dwar l-Edukazzjoni għall-Malta 2014-2024

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u/jew rapporti preliminari li saru biex imbagħad tfassal il-Qafas għall-Istrateġija dwar l-edukazzjoni għall-Malta 2014-2024?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Qafas għall-Istrateġija għall-Edukazzjoni f’Malta 2014-2024 inkiteb wara li saret konsultazzjoni interna, u wara li kienu kkonsultati numru ta’ rapporti internazzjonali, rapporti lokali, studji ewropej, pjanijiet strateġiċi internazzjonali u ewropej, dokumenti lokali, u pubblikazzjonijiet. Il-Qafas għall-Istrateġija għall-Edukazzjoni f’Malta 2014-2024 inkluda diskussjoni interna li ġġenerat sensiela ta’ abbozzi li wasslu għal dokument finalizzat. Lista tax-xogħlijiet ewlenin li kienu kkonsultati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

KMS – nursery tal-futbol f’Wied il-Għajn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) hux informat li tfal li jattendu n-nursery tal-futbol ta’ Wied il-Għajn qed jitħarrġu f’faċilitajiet li ma jesgħux id-domanda meħtieġa u f’kundizzjonijiet limitati ta’ spazju u faċilitajiet oħra? Jista’ jindika x’passi qed jittieħdu mis-Segretarjat Parlamentari għall-Isport sabiex tinsab soluzzjoni għad-domanda kbira għall-faċilità ta’ taħriġ tal-futbol f’Wied il-Għajn u l-limitazzjoni ta’ spazju eżistenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-segretarjat Parlamentari ltaqa’ ma’ uffiċjali ta’ Marsascala FC numru ta’ drabi u ddiskuta magħhom diversi possibiltajiet sabiex f’Wied il-Għajn ikun hemm faċilitajiet li jaqdu l-bżonnijiet tal-klabb tal-futbol.

Wied il-Għajn – bini ta’ skola ġdida – faċilitajiet sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’faċilitajiet sportivi se jiġu inklużi fil-bini tal-iskola l-ġdida ta’ Wied il-Għajn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada bħalissa qegħda fi stadju fejn għadhom qegħdin isiru d-diskussjonijiet f'dan ir-rigward.
Leg 12 PQ #12607 Sitting 208 2014-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti Għawdxin li ggradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta’ studenti Għawdxin mit-total ta’ studenti li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mis-sena 2000 sas-sena 2014, sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persentaġġi ta’ studenti Għawdxin li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mis-sena 2000 sas-sena 2014, sena b’sena, huma kif ġej: Sena AkkademikaPersentaġġ ta’ gradwati Għawdxin 1999/06.29% 2000/15.69% 2001/26.15% 2002/37.43% 2003/47.91% 2004/57.22% 2005/67.74% 2006/78.95% 2007/810.43% 2008/911.19% 2009/1010.51% 2010/117.23% 2011/128.09% 2012/1310.47% 2013/149.20%
Leg 12 PQ #12612 Sitting 208 2014-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ir-Rabat, Għawdex — Grawnd ħdejn l-Iskola Sekondarja tas-subien - floodlights

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12305 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex għadu ma ġiex installat dawl artifiċjali (floodlights) fil-grawnd li hemm ħdejn l-Iskola Sekondarja tas-Subien fir-Rabat Għawdex minkejja l-wegħdiet ripetuti tal-Ministeru tiegħu li dan kien se jiġi installat fi żmien qasir? Jaf il-Ministru li dan qed iwassal biex wara nżul ix-xemx in-nurseries tat-tliet clubs tal-futbol tar-Rabat Għawdex ma jkunux jistgħu jżommu t-taħriġ f'dan il-grawnd?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-installazzjoni tal-floodlights fil-grawnd li jinsab fl-iskola Sekondarja tar-Rabat Għawdex, qiegħda tiġi kkonsidrata u evalwata. Dan fid-dawl ta’ spezzjonijiet li qegħdin isiru mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, peress li ġew skoperti ħsarat infrastrutturali fl-ewwel sular tal-carpark li jinsab taħt l-istess grawnd u għalhekk l-ewwel trid tiġi indirizzata din il-problema.

Work Exposure Experience

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il żgħażugħ jew żgħażugħa gawdew mill-iskema Work Exposure Experience (Youth Guarantee) minn meta tnediet sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s’issa 20 parteċipant mill-Garanzija taż-Żgħażagħ daħlu l-Edukazzjoni, 47 qed jibbenefikaw mill-Work Exposure, filwaqt li 29 oħra mistennija jibdew fil-jiem li ġejjin. Hu mistenni li aktar żgħażagħ jingħataw opportunitajiet ta’ Work Exposure minn kmieni s-sena d-dieħla.

Klabb 3-16 – Skola Birżebbuġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jattendu tfal għall-Klabb 3-16 li qed jiġi organizzat wara l-ħinijiet normali tal-iskola f' Birżebbuġa? Hemm xi skema li permezz tagħha ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom għall-Klabb 3-16 jibbenefikaw minn xi tip ta' sussidju fi ħlas biex it-tfal jattendu Klabb 3-16? X'inhuma r-rekwiżiti biex tfal jibbenefikaw minn dan is-sussidju? Kemm hemm tfal li bħalissa qegħdin jibbenefikaw minn dan is-sussidju?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li minn Ottubru 2014, 36 tifel u tifla irreġistraw sabiex jagħmlu użu mis-servizz tal-Klabb 3-16 ta’ Birżebbuġa. Iva, teżisti skema ta’ sussidju sabiex tfal ikunu mgħejjuna jagħmlu użu minn dan is-servizz. Il-ktriterji sabiex persuna tkun eliġibbli għal dan is-sussidju huma dawn: · Persuna li tattendi edukazzjoni u taħriġ fil-ħinijiet li fih jingħata s-servizz tal-Klabb 3-16 biex tkun tista' tibda taħdem. · Persuna li ser tidħol fid-dinja tax-xogħol u li l-impjieg ikun fil-ħin tas-servizz. · Persuna b'persuna dipendenti li għandha mard serju jew diżabbiltà u li tixtieq tidħol fis-suq tax-xogħol. · Is-sussidju jista' jingħata għal dawk il-ġenituri li jkunu riferuti minn aġenziji jew professjonisti oħra Bħalissa hemm 17-il tifel u tifla li qed jibbenefikaw minn dan is-sussidju, tnejn minnhom fiċ-ċentru ta’ Birżebbuġa.

LSA — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm bżonn ta' LSA għat-tifel tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-ġenituri ser jingħataw appuntament biex jidhru quddiem l-Istatementing Moderating Panel fil-bidu ta' Diċembru, 2014.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Customer Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li għamlu kuntatt mal-Customer Care tal-Ministeru minn April 2013 u jagħti breakdown tat-talbiet li saru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li, mix-xahar indikat mill-Onor. Interpellant sal-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru 2014, saru 4783 kuntatt mal-Customer Care tal-Ministeru. Il-kuntatti kienu jinkludu aspetti varji l-iktar dawk marbutin mar-responsabbiltajiet tal-portfolio ta’ dan il-Ministeru bħall-edukazzjoni u x-xogħol.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — spejjeż ta' assigurazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż tal-assigurazzjoni fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu, sew jekk huma dipartimenti, aenziji, kumpaniji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet għas-sena 2013 u 2014 (sad-data tal-mistoqsija) u jagħti d-dettalji tal-ammonti imħallsa/invoiced u l-aġenziji/brokers tal-assigurazzjoni li mingħandhom qed jittieħed is-servizz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, kif ġej:- Tabella 'A' - Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Tabella 'B' - Direttorati tal-Edukazzjoni Tabella 'C' - Universita' ta' Malta Tabella 'D' - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Tabella 'E' - Kunsill Malti għall-Isport Tabella 'F' - Malta Libraries Tabella 'G' - Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ Tabella 'H' - Arkivji Nazzjonali Tabella 'I' - MCAST Tabella 'J' - Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla Tabella 'K' - Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi Tabella 'L' - Aġenzija Programmi tal-Unjoni Ewropea Tabella 'M' - Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada Tabella 'N' - Aġenzija Żgħażagħ Tabella 'O' - Malta Racing Club Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proċeduri normali ġew segwiti.

Direttorat tal-Edukazzjoni – żjarat/viżti minn tobba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ viżti/żjarat li saru minn tobba mqabbda mid-Direttorat tal-Edukazzjoni lill-għalliema, LSAs, KGAs (inkluż dawk fuq bażi supply) li jaħdmu fl-iskejjel tal-istat waqt li kienu morda jew fuq sick leave matul il-perjodu ta’ Settembru 2013 sa Lulju 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li n-numru ta’ viżti/żjarat li saru minn tobba mqabbda mid-Direttorat tal-Edukazzjoni lill-Għalliema, LSAs, KGAs (inkluż dawk fuq bażi supply) li jaħdmu fl-iskejjel tal-istat waqt li kienu morda jew fuq sick leave matul il-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien ta' 691 .

Direttorat tal-Edukazzjoni – żjarat/viżti minn tobba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ viżti/żjarat li saru minn tobba mqabbda mid-Direttorat tal-Edukazzjoni lill-ħaddiema waqt li kienu morda jew fuq sick leave u li m’għandhomx grad ta’ għalliem, LSAs u KGAs matul il-perjodu ta’ Settembru 2013 u Lulju 2014? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma impjegati fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi u kemm f’dak għall-Kwalità u l-Istandard fl-Edukazzjoni? Jista’ jpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra b’statistika maqsuma skont il-gradi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ viżti/żjarat li saru minn tobba mqabbda mid-Direttorat tal-Edukazzjoni lill-ħaddiema waqt li kienu morda jew fuq sick leave u li m’għandhomx grad ta’ għalliem, LSA u KGA fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien ta’ 150. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bi statistika maqsuma skont il-gradi tal-impjegati li ntbagħtilhom tabib id-dar.

Għawdex – Sport – nefqa

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12303, jista’ l-Ministru jagħti breakdown u jgħid fiex intefqu l-€140,000 li qed jingħad li kienu spejjeż fuq faċilitajiet sportivi f’Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-€140,000 intefqu kif ġej: Eur 60,000 lil Kerċem Ajax– Stand u Dressing Rooms Eur 20,000 lil Sannat Lions – Xogħol relatat ma’ l-art tal-pitch Eur 20,000 lil Xaghra United - Dwal Eur 15,000 lil Nadur Youngsters– Dressing Room u Fence Eur 5,000 lil Munxar Falcons - Dwal Eur 15,000 lil Oratory Youths– Dressing Room u Fence Eur 5,000 lil Victoria Hotspurs - Dwal

Alternative Learning Programme

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid kemm hu n-numru ta’ għalliema u edukaturi li ġew impjegati fl-aħħar ġimgħat biex jagħtu servizz fl-Alternative Learning Programme? Jista’ jgħid x’kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom dawn l-għalliema u ma’ liema entità huma impjegati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li disa’ trainers ġew imqabbda permezz ta’ contract for service biex jagħtu servizz fl-ALP ta’ Raħal Ġdid. Dawn ġew imqabbda permezz ta’ contract for service li jibda mir-raba’ ġimgħa ta’ Settembru 2014 u jibqa’ sejjer sat-tieni ġimgħa ta’ Ġunju 2015. Il-kuntratt inħareġ mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Dawn it-trainers qegħdin jikkumplimentaw ix-xogħol li qed jagħmlu 20 ghalliema oħrajn mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li qed jagħtu sehemhom f’dan il-programm u li jinkludu għalliema u LSAs. Huma qed jirċievu ħlas bis-siegħa bl-istess rata li jitħallsu l-Adult Educators ingaġġati mad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u Dawk li Jħallu l-Iskola Kmieni.

Alternative Learning Programme – sejħa pubblika għal għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sejħa pubblika ħarġet biex ġew impjegati l-għalliema u l-edukatturi li qed jaħdmu fi ħdan l-Alternative Learning Programme?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej: · 8 għalliema qed jaħdmu fl-ALP Paola wara li wieġbu b’mod volontarju għal sejħa għal espressjoni ta’ interess minn fost l-għalliema li jaħdmu fl-iskejjel tal-gvern. · 2 għalliema huma shared mal-iskola sekondarja tas-subien li hija ospitata fl-istess bini. Dawn ukoll talbu huma sabiex jagħtu sehemhom f’dan il-programm. · 3 għalliema huma shared mal-iskola sekondarja tas-subien li hija ospitata fl-istess bini. Dawn ġew mitluba jagħtu dan is-servizz minħabba l-esiġenzi tal-programm. · 4 għalliema ġew minn skejjel oħra biex jagħtu servizz fl-ALP Paola minħabba li kienu ġew redundant fl-iskola fejn kienu qed jagħtu servizz sas-sena skolastika li għaddiet. · 3 Supply Teachers ġew ingaġġati apposta biex jagħtu servizz fl-ALP Paola. · 9 trainers ingħataw contract for service biex jagħtu taħriġ lill-istudenti fl-ALP f’diversi oqsma vokazzjonali u li għalihom ma nstabux għalliema. Dawn intalbu jagħtu s-servizz tagħhom fl-ALP jew għax kienu diġa’ involuti fl-ALP li sar is-sena l-oħra fl-ETC, jew għax kienu applikaw biex jgħallmu korsijiet tal-Lifelong Learning jew inkella intalbu jagħmlu dan fuq bażi ta’ fiduċja.
Leg 12 PQ #12543 Sitting 204 2014-11-25 Oral · Interim From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Alternative Learning Programme – kwalifiki ta’ għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandhom l-għalliema fi ħdan l-Alternative Learning Programme u kemm minnhom attwalment għandhom warrant temporanju jew permanenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Dħul mill-Miżati tal-MATSEC

Question

B'referenza ghat-twegiba li ta l-Ministru ghall-mistoqsija parlamentari 12080, jista l-Ministru jaghti stima ta' kemm ser ikun id-dhul fi tnax il-xahar wara li gholew il-mizati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li d-dħul mill-eżamijiet tal-MATSEC fl-2014 kien ta’ €1.2m. B’riżultat taż-żidiet u abbażi n-numru tar-reġistrazzjonijiet li kien hemm fl-2014 (peress li l-figuri ta’ registrazzjonijiet għall-2015 għadhom mhux magħrufa) id-dħul mir-reġistrazzjonijiet tal-eżamijiet hu mistenni li jkun madwar €1.5m. Din iż-żieda fid-dħul ser tkun qed tagħmel tajjeb għaż-żidiet fl-ispejjeż biex jiġu organizzati dawn l-eżamijiet.
Leg 12 PQ #12513 Sitting 203 2014-11-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Psychologist – lista ta’ stennija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12194 u ċjoè fejn qal li hemm 260 student fil-lista ta' stennija għall-psikoloġi fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi minħabba socio-emotional u/jew behavioural difficulites, jista' l-Ministru jispjega kif l-Gvern ma impjegax persuni ggradwati fil-masters in Clinical Psychology (pre-warrant) li qed jistennew li jinfetħu vakanzi ta' mpjieg, wara li t-taħriġ tagħhom sewa lill-Gvern 'il fuq minn €9,000 kull persuna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li kif kien isir qabel, minħabba l-ftehim settorjali li kien hemm mal-Unjon tal-Psikoloġi (Malta Union of Professional Psychologists), il-Ministeru tal-Edukazzjoni kien jimpjega Educational Psychologists. Issa li bil-ftehim il-ġdid jistgħu jiġu impjegati psikologi oħra li mhux neċessarjament huma Education Psychologists mad-Direttorat tal-Edukazzjoni, id-Direttorat studja din il-possibbiltà. F’Marzu 2011 kienet ħarġet applikazzjoni għall-Clinical Psychologist imma d-Direttorat ma rċieva l-ebda applikazzjoni. F’Diċembru 2013 ħarġet sejħa għal Tender għas-servizzi ta’ Clinical Psychologist u fil-fatt minn Marzu 2014, persuna bdiet toffri s-servizzi tagħha permezz ta’ dan it-tender. Il-Clinical Psychologist hija kkwalifikata u warranted. F’Ġunju 2014 ġie wkoll trasferit Clinical Psychologist mid-Diviżjoni tas-Saħħa, li qiegħed fi grad maniġerjali. Dan qed jimmaniġġja l-iSchool Psychological Services iżda qiegħed ukoll jidħol f’każijiet individwali. Ma ġewx impjegati persuni oħra ggradwati fil-Clinical Psychology minħabba l-Capacity Building Exercise. Is-sejħa għall-applikazzjoni għall-psikoloġi, inkluż Clinical Psychologists, tkun tista’ toħroġ fil-qrib wara li tingħata l-approvazzjoni tal-Capacity Building.

Kunsill Malti għall-Isport – Proċess tal-procurement

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'involviment għandu ċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport fil-proċess tal-procurement tal-Kunsill Malti għall-Isport sew jekk dan ikun qed isir permezz ta' tender jew b'talba għal kwotazzjonijiet? Jista' jgħid jekk il-prassi adottata miċ-Chairman attwali f'dawn il-proċessi hix l-istess bħal dik adottata miċ-Chairman li kien hemm immedjatament qablu u f'każ li le jgħid x'kien l-involviment taċ-Chairman preċedenti fl-istess proċessi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li ċ-chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport m’huwiex involut fil-procurement ta' l-istess kunsill għax dan isir mill-procurement department, u m'huwiex anqas involut fl-aġġudikazzjoni għax m’huwiex involut fit-tender adjudicating committee. Il-prassi ta’ dan iċ-chairman hi li jara t-tender document sabiex jivverifika li jkun korrett u konformi mal-liġijiet ta' Malta u kull regolament viġenti dwar il- procurement, u wara jkun involut il-konsulent legali tal-kunsill. Dan sabiex ikun aċċertat li l-proċess kollu isegwi l-proċeduri finanzjarji u jkun kollox skont il-liġi qabel ma t-tender imur il-ministeru biex ikun vetted qabel il-pubblikazzjoni. Dan iċ-chairman esiga li talba għal kwotazzjonijiet issir b’sejħa pubblika skont il-proċeduri finanzjarji. Infurmat ukoll li fil-perjodu li ċ-Chairman preċedenti għamel fil-kariga, ma kienx jinvolvi ruħu bl-ebda mod fil-proċess tal- procuremen t ħlief meta kien jiġi mistoqsi jagħti l-għajnuna tiegħu minħabba l-esperjenza tiegħu bħala Procurement Manager fid-Dipartiment tal-Kuntratti.