Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5900 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Xatt ir-Risq — Kumpannija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpannija li qed tagħmel użu minn imħażen kbar f'Xatt ir-Risq hijiex ikollha l-kirja f'periklu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jiggarantixxi post alternattiv sabiex din il-kumpannija, li toffri mpjiegi lil numru ta' ħaddiema, tibqa' topera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-kumpannija li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għandha t-titolu ta' lokazzjoni tagħha jiskadi aktar tard din is-sena. Jekk il-kumpannija tħoss iżda li għandha tavviċina lill-Gvern fuq il-bżonnijiet tagħha, dan tista' tagħmlu.
Leg 9 PQ #3661 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Kampanja dwar l-indafa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-kampanja dwar l-indafa li nieda l-istess ministeru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Saru diversi kampanji dwar l-indafa. Fost dawn il-kampanja "Clean Up the World" u "Clean Up the Sea" kif ukoll qed isir tindif fuq bażi regolari. Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant, kampanji bħall-ewwel tnejn li semmejna jkunu sponsorjati minn kumpanniji privati li għalhekk ikopru parti mill-ispejjeż li jsiru. Spejjeż oħra li jsiru speċjalment fuq it-tindif regolari ikunu koperti mid-dipartiment speċifikament minn dak li huwa l-vot tal-Personal Emoluments ta' l-impjegati li jkunu qegħdin jaħdmu fuqu u għalhekk ma jkunx possibli li tingħata ċifra speċifika fuq kull waħda minn dawn il-kampanji.
Leg 9 PQ #5156 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm ħaddiema u ta' liema grad jaħdmu ġewwa s-sezzjoni ta' l-Ambjent tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu ġewwa d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fis-snin imsemmija hu kif jidher hawn taħt: 1995 1996 1997 1998 --------------------------- Director/Acting Director 1 1 1 1 Officer in Grade V 1 1 1 1 Principals 4 5 5 5 Asst. Principals 2 1 1 1 Executive Officers 6 8 9 8 Clerks 16 21 14 15 Messengers 1 2 2 2 Chief Scientific Officer / 1 1 1 Sen. Scientific Officer / 1 1 1 Engineer 3 1 1 1 Senior Tradesman / 1 / 7 Tradesman 14 13 9 3 Principal Env. Officer / 5 5 5 Environment Officer / / 6 4 Env. Inspector Trainee / / / 1 Sen. Health Inspector 1 1 1 1 Mail Inspector 1 1 1 1 Env. Inspector 10 10 10 10 Sen. Postperson / 3 4 5 Postperson 3 6 5 3 General Hand 152 152 81 78 Health Attendant 'B' 46 46 29 27 Coxswain 1 1 1 1 Sen. Operative / 1 1 1 Instructor 1 1 1 1 Casual Typist 4 4 3 3 Impressed Driver 23 22 15 14 Art & Graphic Technician 1 1 1 1 On Loan/Seconded 4 4 5 4 Watchman / / / 2 Operative 3 5 3 3 M.T.D. 2 2 1 2 Gardener 2 2 2 2 Time Keeper 2 2 2 2 Asst. Technical Officers 11 10 9 8 Supervisor 3 2 2 1 Health Assistant 1 1 1 1 Security Guard / / 1 1 Graduate Trainee 1 / 1 / Senior Principal / 1 1 / Chief Env. Officer / 1 / / Senior Technical Officer / 1 / / Technical Officer 1 1 / / Labourer 6 3 / / Environmental Manager 3 / / / Data Entry Operator 6 / / / Plasterer & Painter 1 / / / Welder Burner 1 / / / Advisor 1 / / / Environment Officer II 1 / / / Prof. Officer III 1 / / / Prof. Officer I 1 / / / Oil Pollution Executive 1 / / / -------------------------- TOTAL 343 345 237 228 --------------------------
Leg 9 PQ #5396 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wardija — Tħaffir għall-ilma

Question

Peress li fl-inħawi tal-Wardija ntlemħu nġenji ta' Kalaxlokk, liema nġenji jintużaw sabiex isir it-tħaffir ta' l-ilma fl-inħawi, jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment għall-Ambjent ġiex ikkonsultat? Jekk iva, meta u għaliex qed issir din it-talba għat-tħaffir ta' l-ilma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li qiegħed jagħti l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi numru 5395 ta' din is-seduta.
Leg 9 PQ #5625 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett tal-Kottonera — Dokumenti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti li ġew iffirmati maż-żewġ konsorzja għall-iżvilupp tal-proġett tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-kuntratt propost kif ukoll għal 'Land Drawings' relattivi li kienu inizjalati mill-konsorzja, u li minn mindu saret il-Mistoqsija Parlamentari ta' l-Onorevoli Interpellant ġew ippreżentati lill-Iskrivan tal-Kamra flimkien ma riżoluzzjoni għall-approvazzjoni ta' l-istess kuntratt.
Leg 9 PQ #5627 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Servizzi ta' konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-aġġudikazzjoni għas-sejħa ta' servizzi ta' konsulenza għall-upgrading tas-sistema infrastrutturali tad-drenaġġ għan-naħa t'Isfel ta' Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ diġa' ħejja rapport fejn għadda r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lid-Dipartiment tal-Kuntratti. B'hekk l-għoti tal-kuntratt li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant mistenni jitħabbar fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #5686 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jippubblika l-letter of commitment dwar il-proġett ta' Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5625 f'din is-seduta.
Leg 9 PQ #5735 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Art

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratti, konvenju jew pjanti relattivi fuq il-Mejda tal-Kamra, li qed jiġu mħejjija bejn il-konsorzju u l-Gvern fuq l-art li tinsab fil-Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt illum għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5625.
Leg 9 PQ #5790 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza St. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ġiet aċċettata il-pjanta proposta dwar l-iżvilupp ta' Pjazza Sta. Margerta, Bormla meta din se tagħlaq l-aċċess ta' parking area u xi toroq li jiżbukkaw fiha, minn kantuniera ma' Triq San Ġorġ bil-konsegwenza li: (a) flok se tiftaħ triq tmiss eżatt mal-post ta' rikreazzjoni ta' l-iskola primarja, kif ukoll ta'dħul u ħruġ ta' l-istess skola; (b) li t-triq proposta se tkun triq li taqsam minn post ta' rikreazzjoni u ġnien pubbliku, b'periklu għal min ikun fl-inħawi msemmija; u (ċ) se jitnaqqas l-ispazju tal-parkeġġ b'aktar minn nofs,meta l-ftuħ tad-dar għall-anzjani se żżid il-ħtieġa ta' parking?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-triq li sejra tinfetaħ ma' ġenb l-iskola hija ntenzjonata: a) biss għall-aċċess tal-parking tar-residenti tal-viċin. Aċċess minn quddiem id-dar ta' l-anzjani mhux possibli minħabba diżlivelli konsiderevoli. b) Mit-triq proposta mhux ser ikun hemm 'through traffic' iżda l-vetturi li sejrin jużawha huma biss biex jagħtu servizz lil dak il-bini li jagħti fuq dan il-parkeġġ. ċ) Quddiem il-kunsill lokali nħoloq parkeġġ ġdid għal aktar minn għoxrin karozza, li għandu jakkomoda fost l-oħrajn, il-bżonnijiet tad-dar ta' l-anzjani. Ta' min josserva illi l-pjanti saru wkoll bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Lokali ta' Bormla filwaqt illi l-Gvern jibqa' dispost jikkonsidra suġġerimenti kostruttivi.
Leg 9 PQ #5791 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiet studjata il-possibbilta' li fil-proġett ta' Sta. Margerita, Bormla, flok it-triq proposta isir passaġġ biss għal pubbliku flok għat-traffiku, peress li minn hemm jgħaddu ħafna ġenituri bit-tfal għall-iskola, kif ukoll nies oħra lejn il-knejjes u l-venda tal-karozzi tal-linja? Jaħseb l-Ministru li jekk isir passaġġ flok triq jiġu ffrankati bosta spejjeż: (a) fuq il-kostruzzjoni ta' triq ġdida; u (b) fuq it-tkissir ta' l-istands tal-ground?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-aċċess għat-traffiku minn quddiem id-dar ta' l-anzjani jkun ta' nkonvenjenza u ta' periklu għall-istess anzjani. Ukoll, il-ftuħ ta' dan l-aċċess ġdid sejjer jippermetti li l-livelli ta' dawn l-inħawi jitbaxxew konsiderevolment u jnaqqsu l-problemi ta' l-ilma tax-xita fl-inħawi.
Leg 9 PQ #5792 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pjanta għall-proġett ta' Sta. Margerita, Bormla li qanqlet bosta kontroversja meta kienet ippreżentata lill-pubbliku xi snin ilu, ma sarulhiex it-tibdiliet mitluba mil-laqgħa pubblika biex fosthom ikun evitat il-periklu tat-triq il-ġdida proposta u tat-tnaqqis tal-parking? Jista' l-Ministru jgħid fejn u kif tissarraf il-konsultazzjoni u d-djalogu mal-pubbliku tal-lokal konċernat? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk hux se jkun hemm l-istess tip ta' konsultazzjoni u trattament man-nies tal-Kottonera fil-każ tal-proġett tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Rigward il-pjanta tal-Pjazza Santa Margerita, hemm il-qbil totali tal-Kunsill Lokali ta' Bormla, filwaqt illi l-Gvern jibqa' propens jikkonsidra suġġerimenti kostruttivi. Il-proġett tax-Xatt tal-Kottonera se jkun suġġett għal proċess ta' konsultazzjoni pubblika li se jkun ikkordinat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #5793 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-bandli li llum jinsabu fi Pjazza St. Margerita, Bormla u li fil-pjanti proposti għall-iżvilupp ma jidhru imkien?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ser jitpoġġa 'play equipment' ġdid fil-lok fejn jinsabu l-bandli llum.
Leg 9 PQ #5794 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Taraġ storiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha ċ-ċanġatura ta' l-aħrax li kienet tifforma parti mit-taraġ storiku (ċirca 1680) li kien jeżisti sa ftit żmien ilu bejn il-kantuniera tad-Dar ta' l-Anzjani u jiġbed lejn in-naħa tal-kunsill? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlitx xi ħaġa sabiex dan il-wirt storiku jkun salvat? Min se jħallas ta'dan it-telfin? Hemm xi possibbilta' li jerġa' jsir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ċ-ċangatura tal-qawwi ta' parti mit-taraġ imsemmi ġiet merfugħa fl-'store yard' tal-Cottonera Rehabilitation Project. Għad mhux magħruf jekk hux possibli li dan jerġa' jitqiegħed peress li dan ġie affetwat bil-proġett tad-Dar ta' l-Anzjani.
Leg 9 PQ #5795 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-ministeru kkonċernat, sabiex meta jibda l-proġett ta' Pjazza Sta. Margerita, Bormla jkunu mħarsa ċ-ċanġatura taż-żonqor u l-wirt arkeoloġiku li jeżisti fl-inħawi tal-proġett? X'pieni qed jiġu mposti fuq min jagħmel xi ħsarat lil dan il-wirt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi assigurat li ċ-ċangatura taż-żonqor li hemm fuq is-sit tiġi priservata.
Leg 9 PQ #5804 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Triq il-Proża

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5408 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista', jekk jogħġbok, tgħid meta hemm il-ħsieb li jingħataw in-numri lil bibien fid-diversi toroq ta' Ħal Qormi, partikolarment Triq il-Proża?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għal din is-sena l-programm ta' ħidma fid-diversi lokalitajiet huwa diġa' ppjanat u jinsab miexi b'ritmu sodisfaċenti ħafna. Għalhekk hemm il-possibilita li Ħal-Qormi, li huwa wieħed mill-akbar lokalitajiet li għandna fil-pajjiż ikun inkluż fil-programm ta' xogħol għas-sena 2000.
Leg 9 PQ #5809 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Ambjent

Perit Mintoff — Proprjeta' "Ta' l-Għarix"

Question

Billi li skond risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5600 għad irid isir ftehim finali dwar din il-kwestjoni mal-Perit Mintoff (kumpens għal "Ta' l-Għarix"), kif jispjega l-Ministru l-fatt li qabel isir dan il-ftehim finali l-Gvern Nazzjonalista ħallas Lm128,000 lil Perit Mintoff?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5808 fis-seduta ta' llum.
Leg 9 PQ #5833 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Żbroff ta' drenaġġ

Question

Jaf il-Ministru li hemm il-katusi ħdejn ir-residenza tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bil-ħsara u li minħabba f'dan qed ifur id-drenaġġ għal ġewwa l-kantina ta' din il-persuna? Peress li l-persuna kkonċernata ilha tikkorrispondi mad-dipartiment konċernat 22 sena u għalkemm kienet ħarġet anke tender xorta ma sar xejn, jistgħu jittieħdu passi biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dan il-każ qiegħed jiġi investigat.
Leg 9 PQ #5624 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Konsorzju MIDI — Letter of intent

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-letter of intent li kienet ġiet iffirmata mal-konsorzju MIDI għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Point?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra erba' ittri fuq is-suġġett in kwestjoni. L-ittri huma 'self explanotary'. (Appendix 'A','B','C','D').
Leg 9 PQ #3545 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Fgura — Triq Wied Blandun

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju dwar Wied Blandun fil-Fgura wara l-mistoqsija parlamentari numru 1302?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

In-'National Country Parks Steering Committee' irrikonoxxa l-importanza nazzjonali tal-propost Cottonera Heritage Park. Il-pjani ta' dan il-park ma jinkludux biss is-swar iżda l-faxxa ta' taħt is-swar li baqgħet tul iż-żmien mhix mibnija. Din il-faxxa, f'estremita' minnhom, tinkludi wkoll Wied Blandun. Għalhekk il-Gvern hu favur it-tindif u t-tisbieħ ta' Wied Blandun iżda għadu ma tfassalx pjan ta' azzjoni fid-dettal.
Leg 9 PQ #4909 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Xgħajra — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru, in vista tar-risposti mogħtija għad-domandi parlamentari numri 962, 1997 u 3534 rigward il-problema tad-drenaġġ fix-Xgħajra, jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba ġietx installata sistema fil-manholes li permezz tagħha dawn jinfetħu minn uffiċjali tad-dipartiment iżda ma jkunux jistgħu jinfetħu minn terzi persuni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma teżisti ebda sistema li permezz tagħha l-manholes installati fil-preżent jinfetħu biss mill-ħaddiema tad-Dipartiment u ma jkunux jistgħu jinfetħu minn terzi persuni. Għandu jiġi nnotat ukoll illi l-operaturi privati tal-bowsers għandhom 'discharge points' indikati lilhom biex ibattlu fihom id-drenaġġ. Jekk dawn ibattlu fejn mhux indikat, dawn għandhom jiġu mħarka minn tas-sanita'.