Legislature:
Category:
Reset
Active:

Baħrija – Triq Gwiedi — xogħlijiet

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28199 , jista' l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fi Triq Gwiedi fil-Baħrija għaliex tinsab fi stat ferm ħażin għad-detriment tar-residenti ta' din it-triq u kull min jagħmel użu minnha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li Triq il-Gwiedi ma fijiex servizzi ta' drenaġġ u għaldaqstant il-Kunsill ma jistax jagħmel resurfacing tagħha f'dan l-istadju.

Ċittadinanza Maltija — każ ta' individwu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29240, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li f'isimha qed issir il-mistoqsija għamlet ħilitha kemm-il darba biex titlob l-informazzjoni li qatt ma ġiet mogħtija? Jista' l-Ministru jara li jieħu l-passi sabiex din il-persuna tingħata r-risposta mitluba għal diversi drabi?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tingabar u se tinghata f’seduta ohra.

applikazzjonijiet pendenti għall-ċittadinanza

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29951, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ċittadinanza: a. min ġa huwa miżżewweġ u għandu l-punti kollha neċessarji; u b. mill-bejgħ ta' passaporti?

Response (BONNICI, OWEN)

A) Ninforma lill-Onor. interpellant illi sabiex ikun stabbilit jekk applikazzjoni partikolari għaċ-ċittadinanza Maltija għandhiex “l-punti kollha neċessarji”, l-applikazzjonijiet jgħaddu minn proċess rigoruż. Fi tmiem il-proċess imsemmi, jekk ikun stabbilit illi je¿istu, f’termini sempliċi, “l-punti kollha neċessarji”, jinħareġ iċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza. Għaldaqstant, jekk applikazzjoni tkun għadha pendenti, ma jistax jingħad illi jkollha ‘l hekk imsejħa “punti kollha neċessarji”. B) Pajjiżna ma jbiegħ ebda passaport.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29918 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Heritage Malta — Chief Curator

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29554, jista’ l-Ministru jispjega xi jrid ifisser b’żmien opportun u jista’ jispjega kif jista’ jkun li pożizzjoni hekk importanti f’Heritage Malta tibqa’ battala?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-sejħa għal din il-kariga tinħareġ skont l-esiġenzi u fl-aħjar interess tal-aġenzija.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Heritage Malta – siti u mużewijiet – faċilitajiet ta’ bicycle rack

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sit u mużew ta' Heritage Malta għandu l-faċilitajiet ta' bicycle rack?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ebda sit ta’ Heritage Malta ma għandu bicycle rack.

Heritage Malta – sejħa għal Keeper of Models

Question

B'referenza għal sejħa Jobsplus permit:216/2016, jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta ħarġet sejħa għal Keeper of Models fil-grad ta' Technician u mhux fil-grad ta' Executive? Jista' jassigura li l-eligibility criterias ma ġewx imnaqqsa sabiex jiġi mpjegat xi ħadd partikolari li ma jkunx eleġibbli fi grad ta' Executive?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li wara li saret sejħa għal Keeper of Models fi grad ta’ Executive, ma nstab ħadd li jista’ jimla din il-kariga daqstant speċjalizzata f’dak il-livell. Għalhekk saret sejħa oħra fi grad ta’ Technician sabiex tiżdied il-possibilità li jinstab xi ħadd tajjeb f’dak il-grad u sabiex ikollu wkoll il-possibilità li jitħarreġ u jikber f’din il-pożizzjoni. Il-pożizzjoni għadha vakanti.

Heritage Malta – xiri tas-self portrait ta’ Preti

Question

B'referenza għax-xiri tas-self portrait ta' Preti li ser titqiegħed ġewwa l-MUŻA, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-istakeholders interni ġewwa Heritage Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid minn kienu dawn l-istakeholders interni u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta' dawn il-konsultazzjonijiet? Jista' wkoll jgħid kemm minn dawn l-istakeholders interni kienu conservators - paintings?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab informat li informazzjoni estensiva fuq kif seħħew l-affarijiet ġew ippreżentati pubblikament lill-ġurnalisti kollha li attendew għal press briefing apposta li sar minn Heritage Malta fit-22 ta’ Ottubru 2016, inkluż dawk ta’ Media.link. Infakkrek li jien personalment u privatament għaddejtlek dossier estensiv li jirrispekkja dak kollu li ġie pprezentat lill-Mezzi tax-Xandir.

Heritage Malta – tempji megalitiċi – tined temporanji

Question

Jista' l-Ministru jiggarantixxi li Heritage Malta ma tagħti l-ebda permess li jittellgħu tined temporanji fil-madwar tat-Tempji Megalitici għal skopijiet ta' avvenimenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28995. Kull talba għal xi attività fil-mużewijiet u s-siti kollha ta’ Heritage Malta, inkluż it-tempji Neolitiċi, tiġi evalwata fuq il-merti tagħha, u b’mod li dejjem jiġu salvagwardjati l-ewwel u qabel kollox is-siti nfushom.

Heritage Malta – ħaddiema ingaġġati

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26025, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni partikolari għaliex il-ħaddiema ġodda li ġew impjegati ma’ Heritage Malta minn Marzu tal-2014 sa issa, kważi ftit inqas min-nofs huma mit-3 u 4 Distrett Elettorali u allura d-distretti fejn jikkontesta l-Ministru?

Response (BONNICI, OWEN)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li f’kull kaz ta’ reklutaġġ ġew segwiti l-proċeduri kollha meħtieġa. Nikkoregi lill-Onor. Interpellant li waqt li hu veru li fl-aħħar elezzjoni jiena kkontestajt it-3 u r-4 Distrett Elettorali, fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss se nikkontesta it-3 u l-5 Distrett Elettorali. Dan hu diġà magħruf ma’ kulħadd.

Heritage Malta – siti u mużewijiet — bejgħ ta’ ikel mhux meqjus tajjeb għas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta qed tinkoraġixxi bejgħ ta' ikel li mhux meqjus tajjeb għas-saħħa minn ġewwa s-siti u l-mużewijiet tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-museum shops ta’ Heritage Malta wiehed jista’ jsib għall-bejgħ prodotti simili għal dawk li wieħed isib fi museum shops oħra madwar id-dinja.

Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment – fondi lill-għaqdiet filantropiċi/NGOs

Question

Jista' l-Ministru jsemmi l-għaqdiet kollha filantropiċi/NGOs jew organizzazzjonijiet simili li tqassmu lilhom fondi ġejjin mill-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment? Jista' jgħid ukoll x'ammont ingħata sa issa lil kull għaqda filantropika/NGO jew organizzazzjoni simili?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Identity Malta ma tqassamx fondi lil għaqdiet filantropiċi/NGOs jew organizzazzjonijiet simili. Huma l-applikanti tal-Programm ta’ Cittadinanza b’Investimentl li jagħżlu li jagħtu donazzjonijiet lil dawn l-għaqdiet. Sal-aħħar tas-sena 2016, kien hemm 215-il donazzjoni t’total globali ta’ €1,703,700

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — persuni f'position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 ma ġewx maħtura persuni f’position of trust mal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.

Qrati – Sentenza ta’ Probation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi ta’ probation mill-Qrati tagħna fis-sena 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Fis-sena 2016 ingħataw total ta mitejn, wieħed u erbgħin (241) sentenzi ta’ probation. Mitejn, ħamsa u tletin (235) fil-Qorti ta’ Malta u sitta (6) fil-Qorti ta’ Għawdex.

Qrati – Multi Penali inflitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw multi penali komplessivament mill-Qrati tagħna fis-sena 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Matul is-sena 2016 kien hemm total ta’ mija u dsatax (119) multi penali, mija u ħamsa (105) ingħataw mill-Qorti ta’ Malta u erbatax (14) mill-Qorti ta’ Għawdex.

Qrati – Sentenzi Sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi sospiżi mill-Qrati tagħna fis-sena 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Fis-sena 2016 ingħataw total ta’ erba’ mija, u tmenin (480) sentenzi sospiżi. Erba’ mija u erbgħa u sebgħin (474) mill-Qorti ta’ Malta. u sitta (6) mill- Qorti ta’ Għawdex.

Heritage Malta – Ġurija — ismijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27800, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-ġurija li għażlet Heritage Malta? Jista' jgħid kemm minnhom huma kwalifikati fil-marketing, product development u f'business development?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-membri kollha tal-gurija kellhom l-esperjenza u l-kwalifiċi kollha meħtieġa sabiex jevalwaw il-proposti minn kull aspett fi proġett bħal dan.

Heritage Malta – Sistema ta’ POS fir-ristoranti

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 27797 u 27802, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-immaniġġar tal-ispazji kummerċjali fil-Forti Sant’Iermu hux se tobliga lil Heritage Malta tipprovdi sistema tal-POS tagħha għal raġunijiet ta’ awditjar u kontabbiltà?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li peress li l-mudell li se jitħaddem Sant’Iermu huwa differenti, mhux se jkun hemm bżonn li Heritage Malta tipprovdi sistema ta’ Point of Sale.

Heritage Malta – Stabbiliment — ħinijiet

Question

B'referenza għas-sejħa HM 28/6/2016 - MUŻA ta’ Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid sa x’ħin l-istabbiliment ħa jitħalla jopera?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-istabbiliment jitħalla jopera skont il-permessi u liġijiet applikabbli.