Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Ħlas ta' sahra jew extra duty

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus il-pulizija f'overtime jew extra duty din is-sena? Kemm għad baqgħalhom x'jieħdu u meta se jeħduhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005, tħallsu Lm263,198 u Lm698,673 għal overtime u extra duty on payment rispettivament maħduma minn membri tal-Korp tal-Pulizija. Kif diġa' kelli l-okkażżjoni nispjega, il-ħlas ta' l-overtime isir b'xahrejn b'lura, għaldaqstant l-overtime li nħadem bejn Novembru u Diċembru għadu ma ġiex komputat. Infurmat ukoll illi fil-paga ta' Jannar ser jitħallsu wkoll Lm81,624 bħala extra duty on payment.

Qrati — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni ta' nazzjonalita' barranija l-qorti din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005, il-Pulizija ressqet 481 persuna ta' nazzjonalita' barranija quddiem il-Qorti. L-akkużi kienu jinkludu serq, offiża fuq il-persuna, omiċidju, frodi u falsifikazzjoni, pussess/traffikar ta' droga, theddid u inġurji, reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi, ħsara volontarja, offiżi sesswali, kontravenzzjonijiet tar-Regolamenti tat-Tipjip u ksur tal-liġi ta' l-Immigrazzjoni.

Ġustizzja u Intern — Konsulenza

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Pulizija — Breathalyser tests

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-breathalyser, xahar b’xahar, fl-2005? Kemm kien hemm sewwieqa li nqabdu li kienu ‘il fuq mil-limitu permess mil-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ sewwieqa li l-Pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv f’kull xahar tas-sena 2005, flimkien mar-riżultat miksub, huwa kif ġej: 2005Test pożittivTest negattivIrrifjutaw jew test mhux komplut Jannar7-4 Frar4-3 Marzu1-12 April4-4 Mejju1-3 Ġunju2-3 Lulju3-5 Awissu1-2 Settembru--2 Ottubru--- Novembru--- Diċembru7-1 30-39

Pulizija — Parties organizzati minn studenti tal-form 5

Question

Peress li kif jaf il-Viċi Prim Ministru fi tmiem ta’kull sena skolastika jsiru parties minn studenti tal-Form 5 bħala ċelebrazzjoni li jkunu spiċċaw l-istudji sekondarji tagħhom, u peress li ħafna drabi dawn ma jkunux organizzati mill-iskejjel iżda minn xi studenti stess, dawn għandhom bżonn permess tal-pulizija minħabba li bosta minnhom jiġu organizzati barra mill-iskola f’postijiet tad-divetiment? Jaf li anke f’dawn il-parties l-istudenti jħallsu bejn Lm15 u Lm20 biex jattendu u dan b’open bar? Se jittieħdu xi passi, f’każ li taħseb li hemm bżonn, qabel ma jibdew dawn il-parties, b’mod partikolari matul Ġunju/Lulju, kemm minhabba xorb alkoħoliku eċċessiv kif ukoll minħabba li jkun hemm ġuvintur u tfajliet taħt is-16-il sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kull disco, ballu, żfin jew xi attivita' oħra bħal dik li jsiru f'postijiet mhux liċenzjati bħala post ta' divertiment, jinħtieġu il-permess mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija. Bħal ma jaf l-Onorevoli Membru, il-Gvern waqqaf Kummissjoni li ser ikollha l-kompitu li teżamina u tirrevedi l-liġijiet kollha relatati mal-postijiet ta' divertiment. Din il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari teżamina dawk il-partijiet tal-Liġi li jistgħu jipprevjenu iktar l-abbuż mill-alkoħoliżmu, id-droga u vizzji oħra u teżamina kull kwistjoni oħra relatata.

Pulizija — Postijiet fejn isiru striptease

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx postijiet liċenzjati biex ikollhom l-istriptease? Il-pulizija kellhom xi rapporti li hemm xi postijiet pubbliċi fejn dawn qed isiru? Jekk fl-affermattiv, b’liema riżultati?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' kelli l-okkażżjoni ninforma lill-Kamra, talbiet għall-permessi ta' striptease ma jiġux milqugħa. Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija kellha xi rapporti li f'xi postijiet kien qed ikun hemm striptease. Il-Pulizija investigat u f'każ minnhom anke' nbdew proċeduri quddiem il-Qorti, filwaqt li aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Pulizija — Parking illegali

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' taħrikiet maħruġa mill-pulizija fuq parking illegali din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ingħataw 25,791 ċitazzjoni mill-Pulizija fuq parking fejn mhux permess, filwaqt li matul is-sena 2005 ingħataw 22,454.

Pulizija — Sewqan eċċessiv

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' taħrikiet maħruġa mill-pulizija fuq sewqan eċċessiv din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ġew mogħtija 1,085 taħrika mill-Pulizija dwar sewqan eċċessiv, filwaqt li bejn Jannar u Ottubru tas-sena 2005 ġew mogħtija 569 taħrika.

Kunsilli Lokali — Ħlas ta' multi

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inġabar ħlas ta' multi mill-kunsilli lokali din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni miġbura s'issa tkopri sal-15 ta' Novembru 2005. Il-ħlas ta' multi miġbura mill-Kunsilli Lokali sa din id-data kien ta' Lm2,882,142. Nixtieq inżid li dawn il-multi huma maqsumin kif ġej: Lm Edukazzjoni 6,920 ADT 44,570 Pulizija 616,750 Gwardjani Lokali 2,213,902

Pulizija — Sewqan mingħajr polza ta' l-assikurazzjoni

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' taħrikiet maħruġa mill-pulizija fuq sewqan mingħajr polza ta' assikurazzjoni, din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm 216 persuna li ġew akkużati quddiem il-Qorti talli saqu vettura mingħajr ma kienu koperti b'polza ta' assigurazzjoni, filwaqt li matul is-sena 2005 kien hemm 155.

Pulizija — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-wardens jew pulizija s-sena l-oħra u din is-sena li għadhom ma tħallsux? Kemm hu l-ammont ta' flus li għandu jinġabar? X'qed isir fuq dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tiġbor biss ħlas ta' kontravenzzjonijiet tat-traffiku li jitħallsu barra mill-Qorti, fil-lokalitajiet fejn ma hemmx is-servizzi tal-Gwardjani Lokali. Matul is-sena 2004 dan kien jammonta għal Lm31,575, filwaqt li matul is-sena l-oħra inġabru Lm3,970. Għal dak li jirrigwardja l-Kunsilli Lokali ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Numru ta' Ċitazzjonijiet li ma tħallsux 2004 2005 Gwardjani Lokali 27,959 41,653 Pulizija 6,401 8,687 Total 34,360 50,340 Flus li ma nġabrux Gwardjani Lokali Lm609,656 Lm735,671 Pulizija Lm161,000 Lm181,968 Total Lm770,656 Lm917,639 Il-ħlas kollu dovut għall-kontravvenzjonijiet devoluti lill-Kummissarji għall-Ġustizzja hu meqjus bħala dejn ċivili.

CCF — Priġunieri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies il-ħabs illum, għaliex u x'eta' għandu l-iżgħar u l-akbar wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fit-18 ta’ Novembru 2005 il-popolazzjoni tal-ħabs kienet ta’ tlett mija u tmienja. Dawn bejnithom instabu ħatja jew qegħdin arrestati fuq dawn l-akkużi. Reati Sentenzjati Arrestati Serq/serq aggravat 106 29 Drogi 71 36 Relatati ma’ multi 118 Stupru - indiċenza 6 1 Attentat omiċidju - omiċidju 37 15 Frodi - Falsifikazzjoni 6 3 Theddid 1 6 Ġrieħi ta’ natura gravi 1 4 Ħrib minn post ta’ kustodja 5 3 Ħruq volontarju 3 0 Ksur ta’ probation 6 1 Ħsara Volontarja 1 4 Riċetazzjoni jew pussess ta’ oġġetti projbiti 3 0 Reati dwar traffiku 3 0 Oħrajn 18 14 TOTAL 385 116 L-eta’ ta’ l-iżgħar priġunier hija (16) sittax-il sena u l-akbar fl-eta’ huwa ta’ (75) ħamsa u sebgħin sena.

CCF — Teħid ta' droga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħabsin li nstabu li ħadu d-droga fil-ħabs? Kemm minnhom irriżultaw pożittiv aktar minn darba u kemm-il darba fil-passat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn Settembru 1998, minn kemm ilhom jinżammu r-rekords dwar tehid ta' kampjuni ta' l-urina biex tiġi ttestjata għal finijiet ta' tehid ta' droga sat-23 ta' Ottubru 2005, saru 2,718 random tests li minnhom instabu 360 posittivi.

CCF — Priġunieri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni taħt it-18-il sena li weħlu l-ħabs jew sentenza sospiża ta' ħabs kull sena, għal dawn l-aħħar ħames snin u x'eta' kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni taħt it-18-il sena li ġew ikkundannati sentenza ta’ ħabs sospiża f’dawn l-aħħar ħames snin hu kif jidher fit-tabella hawn taħt:- - Eta' - Sena 12 13 14 15 16 17 2001 1 1 1 2002 1 1 2 7 2003 2 11 2004 1 1 4 3 2005* 1 3 *sat-30 ta’ Ottubru. Infurmat ukoll li n-numru ta’ persuni li ntbagħtu l-ħabs u kellhom anqas minn tmintax-il sena huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:- Sena Ammont Eta’ 2001 2 Wieħed sittax u l-ieħor sbatax. 2002 4 Wieħed sbatax-il sena u kellu żewġ sentenzi, u tlieta oħra li kellhom sentenza kull wieħed. 2003 0 2004 3 Wieħed ta’ ħmistax-il sena kellu tlett sentenzi, ieħor ħmistax u ieħor ta’ 17-il sena. 2005* 4 Wieħed ta’ 15-il sena li kellu tlett sentenzi u tlieta oħra li kellhom sbatax-il sena. *sal-5 ta’ Diċembru.

Lands — Każ dwar kera ta' post

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li toqgħod San Ġwann, kellha l-kera tal-post tagħha l-ewwel imniżżla minn Lm17.65 kull tliet xhur għal Lm11.75 biex issa din ġiet mgħollija għal Lm58.75 mingħajr ma kien hemm bdil fid-dħul tal-familja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-iffissar tal-kera ta' fondi residenzjali jinħadem mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali. Id-Dipartiment tal-Artijiet jiġbor il-kera skond kif jiġi deċiż minn dan id-Dipartiment. Għaldaqstant l-Onor. Membru huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Pulizija — Sejba ta' droga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru qabdiet ta' droga tul ix-xahar ta' Diċembru, 2005, l-ammonti u t-tip?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont u t-tip ta’ droga li nqabdet mill-Pulizija matul ix-xahar ta’ Diċembru tas-sena 2005 huwa kif muri hawn taħt: TipAmmont Cocaine3.5grms Heroin5.5grms Cannabis grass2grms Cannabis resin14kg 410.1g Ecstacy1,964 tablets Dalmine10 tablets Amphetamine*1kg *Din is-sustanza kienet inqabdet f’Ottubru, pero’ ma kienx magħruf in-natura tagħha. Ir-riżultat kien ġie komunikat lill-Pulizija f’Diċembru.

Ħaż-Żabbar — Droga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il każ ta' qbid ta' nies bid-droga sar f'Ħaż-Żabbar mill-1 ta' Jannar 2005 sal-lum? X'kienu l-etajiet ta' dawn in-nies?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 kien hemm 13-il persuna, li l-eta' tagħhom kienet tvarja bejn is-sittax u s-sitta u tletin sena li nqabdu mill-Pulizija ġewwa Ħaż Żabbar b'reati konnessi ma' droga. Filwaqt li matul l-istess sena, b'kollox, kien hemm 47 persuna li huma residenti f'Ħaż Żabbar li ġew investigati mill-Pulizija dwar reati konnessi ma' droga.

Pulizija — Persuni li ttieħdet azzjoni kontrihom

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ttieħdet azzjoni kontra tagħha talli: - 1) użaw vjolenza, 2) għal kull raġuni oħra fl-istadji varji tal- football f’Malta u Ghawdex? Jista’ jindika f’liema stadji ġraw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 116 persuna fuq akkużi li kienu jinkludu vjolenza fil-grounds tal-football, u 52 persuna fuq reati oħra fil-grounds tal-football.