Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li taw id-demm din is-sena? Kemm minnhom użaw is-servizz tal-mobile unit?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li ġew jagħtu d-demm mill-1 ta` Jannar 2000 sal-31 ta` Mejju 2000 huwa kif ġej:
Iċ-Ċentru Nazzjonali 4,541
Mobile Unit 974
SMOM 913
Sptar ta` Għawdex 780
------------------------------------
Total 7,208
------------------------------------
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' meningite sena b'sena f'dawn l-aħħar 10 snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sena b'sena il-każi ta` meningite f'dawn l-aħħar għaxar snin u fl-ewwel erba` xhur ta` din is-sena kienu kif indikati fit-tabella hawn taħt, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sena
1990 - 4
1991 - 5
1992 - 6
1993 - 6
1994 - 14
1995 - 8
1996 - 19
1997 - 20
1998 - 46
1999 - 37
1/1/2000-30/4/2000 - 19
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm makni tal-ħasil tal-kuriduri fl-Isptar San Luqa?
Kemm minn dawn il-makni li kienu bil-ħsara llum 16 ta' Ġunju, 2000?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fis-16 ta` Ġunju, tlett (3) magni minn erbgħa (4) magni li jintużaw biex inaddfu l-kurituri kienu bil-ħsara.
Qed tiġi stabbilita l-kawża ta` din il-ħsara.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-ispiżerija tal-gvern is-Spasinasine tal-40grs ilu nieqes għal ħafna xhur? Meta hemm il-ħsieb li persuni li jenħtieġu dan il-prodott se jsibuh fl-ispiżerija? Jista' l-Ministru jsemmi kemm mediċini hemm nieqsa bħalissa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-isem eżatt tal-mediċina li dwarha qegħda tistaqsi l-Onor. Rita Law huwa meħtieġ sabiex tkun tista tingħata tweġiba.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għal-mistoqsija parlamentari numru 16684.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-Ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għal offerti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħek?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-mediċini approvati mid-Drug and Therapeutic Committee biex jintużaw fl-isptarijiet tal-gvern, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li din hija lista ta' mediċini approvati biex jintużaw fl-isptarijiet tal-gvern, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin. Il-mediċini indikati * kienu nxtraw għall-pazjenti fuq bażi ndividwali.
Il-lista qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema ditti farmaċewtiċi u ta' catering jipproduċu prodotti gluten free?
Jista' l-Health Promotion Unit jieħu ħsieb jiġbor din l-informazzjoni u jinforma biha lit-tobba, lill-ispiżjara kif ukoll lill-pazjenti/familjarji bil-kondizzjoni coeliac disease?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ikollhom offerti għall-prodotti `Gluten-Free' mingħand l-Aġenti msemmija hawn taħt:-
ĦOBŻ - A.Gera & Sons Ltd (Nutricia - UK)
Technoline Ltd. (Ultrapharm UK)
Pharmachemie Ltd. (Dr. Schar - Italy)
Pharma Cos Ltd. (Juvela - Scientific Hospital
Supplies (SHS - UK))
CRACKER BREAD - Vivian Commercial Co. Ltd. (V.C.C.) (Plasmon
- Italy)
GALLETTINI - V.C.C. Ltd. (Plada - Plasmon - Italy)
(plain & flavoured) Pharmachemie Ltd. (Sanavi Spain)
Pharma-Cos Ltd. (Juvela - SIIS - UK)
(fibre) - A. Gera & Sons Ltd. (Nutricia UK)
DQIQ - A. Gera & Sons Ltd. (Nutricia - UK)
Pharmachemie Ltd. (Dr. Schar - Italy)
Pharma-Cos Ltd. (Juvela - SIIS - UK)
GHAĠIN - V.C.C. Ltd. (Plasmon - Italy)
Pharmachemie Ltd. (Sanavi - Spain)
BAKING POWDER - V.C.C. Ltd. (Plasmon UK)
A. Gera & Sons Ltd. (Nutricia - UK)
Pharma-Cos Ltd. (Juvela - SIIS - UK bħala
flour mix)
Għar-rigward tat-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta tiegħu ser tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'reklamar għall-okkażjoni ta' l-open day fl-isptar il-ġdid Tal-Qroqq, li saret bejn it-3 u l-4 ta' Ġunju, 2000? Jista' jgħid separatament kemm kienu jammontaw ir-reklami li ngħataw il-mezzi tal-media u f'kull każ kemm laħqet l-ispiża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li t-total ta` Lm1,754,65 intefqu f`reklamar għall-Open Weekend fl-Isptar il-Ġdid f`Tal-Qroqq. Huma kienu mqassma kif ġej:
Medium Amount-Advert Cost
-------------------------------------------- -
1 Radio 101 84 spots 345.00
2 Super 1 66 spots 300.00
3 RTK 65 spots 296.00
4 Times 2 (15x3) 200.68
2 (10x2)
5 In-Nazzjon 2 (15x3) 200.68
2 (10x2)
6 Independent 2 (15x3) 174.81
2 (10x2)
7 L-Orizzont 2 (15x3) 200.68
2 (10x2)
8 Kullħadd 1 (10x2) 36.80
----------------------------------------- -----
Total 1754.65
Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa urġenti dwar il-ġrieden kbar li hemm partikolarment fl-area tal-blokki ta' l-appartamenti tal-gvern f'Ta' Farsina, Qormi, minħabba l-ambjent u s-saħħa tan-nies tal-post in ġenerali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema tas-sezzjoni tal-'Pest Control', tad-Dipartiment tas-Saħħa ħadu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi kkontrollata l-problema, partikolarment fl-area ndikata tal-blokki ta` appartamenti tal-gvern f'Ta` Farsina, Qormi. Din is-sena, fit-23 ta` Marzu, kien sar trattament ta` tqegħid ta` velenu, kif sar illum 14 ta` Ġunju, fl-istess lok kif indikat. Il-problema ser tibqa żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid meta n-nursing aides li jaħdmu f'St. Vincent de Paule se jieħdu l-arretrati li għandhom pendenti mill-1993?
X'inhi r-raġuni li ddawmu daqshek ma jeħduhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lil Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid xi studji u riċerki għamel id-dipartiment tas-saħħa dwar l-effett fuq saħħet il-bniedem b'riżultat ta' installazzjoni tal-mobile masts antennas f'pajjiżna? Jista' jgħid x'inhi l-opinjoni u l-pożizzjoni tad-dipartiment tas-saħħa f'dan ir-rigward?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bl-inizjattiva tad-Dipartiment tas-Saħħa twaqqaf Bord li ltaqa' l-ewwel darba fit-3 ta' Mejju 2000 biex jifformula kodiċi ta' prattika bbażat fuq studji xjentifiċi u rakkomandazzjonijiet minn istituzzjonijiet internazzjonali. Għalhekk għadu prematur biex id-Dipartiment tas-Saħħa jieħu xi pożizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li qed jistennew li jiġu eżaminati għall-ewwel darba mis-CDAU?
Kemm ilu jistenna l-aktar wieħed minnhom?
Kemm hemm persuni jaħdmu fis-CDAU u x'inhu x-xogħol differenti tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-referrals kollha li daħlu fis-CDAU huma kollha appuntati. Mill-ewwel tas-sena sa issa ġew appuntati 228 kas. L-aħħar referral kien fit-8 ta` Ġunju u l-każ ser jibda jiġi segwit mis-6 ta` Lulju 2000.
It-team multidixxiplinarju li jaħdem fis-CDAU huwa kompost minn:-
Konsultent fil-Paedjatrija u Senior Registrar.
Psikoloġista kliniku, trainee psychologist u psychiatric nurse.
4 full-time occupational therapists u waħda part-time.
3 speech and language pathologist.
2 full-time physiotherapists u 2 li jattendu `on alternative days`.
2 nurses u 4 health assistants.
5 early intervention teachers mid-dipartiment tal-Edukazzjoni.
Othoptist li jattendi darba fil-gimgħa.
Jista' l-Ministru jintervjeni biex id-dipartiment tas-sanita' jieħu l-passi kollha meħtieġa għal problema ta' ġrieden li qed ikun hemm fil-viċinanzi ta' block A, qasam tad-djar, Ta' Ġiorni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sanita` ma kien rċieva l-ebda ilment dwar problema ta` ġrieden fil-viċinanzi ta` 'Block A' qasam tad-djar, Ta` Ġiorni matul din is-sena. Għaldaqstant trattament kontra il-ġrieden sar il-lum disgħa ta` Ġunju mill-ħaddiema tar-'Rodent Control' ta` l-istess dipartiment. Spezzjonijiet fil-viċinanzi indikati sa jbqgħu jsiru regolarment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il żjara (spezzjoni) saret minn uffiċjali tad-dipartiment tas-saħħa f'tuck shops/canteens ta' l-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u tal-privat u dan matul din is-sena skolastika?
F'liema skejjel saru? Instab xi ikel u xorb li mhux adattat għat-tfal, speċjalment li hemm rapporti li jgħidu li hemm numru kbir tat-tfal huma overweight?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul din is-sena skolastika saru mitejn u seba' (207) spezzjoni minn Uffiċjali ta' dan id-Dipartiment f'`tuckshops/canteens' ta' l-iskejjel, kif jidher hawn taħt.
Mija w ħamsin (150), spezzjoni fi skejjel tal-Gvern;
Tletin (30), fi skejjel tal-Knisja;
Sebgħa w għoxrin (27), fi skejjel privati.
L-ispezzjonijiet saru ġo skejjel kif indikati fil-lista annessa - (Dok. A) u li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tali mistoqsija għandha tiġi rreferuta lill-Ministru tal-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni mietu bil-marda ta' l-AIDS mill-1980 sal-lum? Jista' jgħid kemm bħalissa hawn persuni infettati bil-virus ta' l-AIDS? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn meta bdew jiġi rappurtati l-każijiet tal-AIDS f'Malta sa llum, kien hawn 44 mwiet kaġunati minn din il-marda.
Każijiet ta' nies infettati bil-virus tal-AIDS (HIV) mhumiex notifikabbli bil-liġi. Għalhekk tali statistika ma tistax tingħata.