Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6423 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime mill-istaff tad-Dipartiment tal-VAT, grad grad, mill-1 ta' Ottubru 1998 sal-lum? X'kien ix-xogħol assenjat lill-istaff tad-dipartiment fl-overtime imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` overtime li sar mill-istaff tad-Dipartiment tal-VAT, grad grad, mill-1 t`Ottubru 1998 sa` l-aħħar ta` Marzu 1998 kien kif ġej: Overtime bejn Ottubru 1998 u Marzu 1999 Grad Numru ta` Numru ta` Ammont ta` Impjegati fid- Siegħat Ħlas Dipartiment (Lm) Prinċipali Anzjani 9 2,994 12,367 Prinċipali 12 3,117 10,845 Assistenti Prinċipali 10 2,650 9,418 Uffiċjali Eżekuttivi 36 10,450 34,176 Skrivani 38 6,720 16,601 Oħrajn (Tekniċi u Dipartimentali 7 1,432 4,678 Messaġġiera 4 1,109 2,871 Oħrajn (Industrijali) 3 849 1,976 Total 119 29,323 92,932 Ix-xogħol assenjat lill-istaff tad-Dipartiment fl-overtime imsemmi kien marbut ma`: 1. Id-dħul mill-ġdid tas-sistema tal-VAT taħt l-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud; a. tħejjija tal-Liġi prinċipali u numru ta` Avviżi Legali li jaqgħu taħtha, inkluż it-tradizzjoni għall-Malti; b. tibdil sostanzjali fis-sistema prinċipali tal-computer u bini mill-ġdid ta` sistema oħra marbuta ma` skemi ġodda individwali; c. tħejjija tal-formolarju kollu amministrattiv u twaqqif ta` strutturi u proċeduri amministrattivi ġodda skond il-liġi l-ġdida; d. reġistrazzjoni mill-ġdid tal-persuni reġistrati skond in-natura tax-xogħol tagħhom, il-livell ta` bejgħ li jagħmlu (thresholds) u jekk humiex part-timers jew le; e. organiżżazzjoni mill-ġdid tal-files tal-persuni reġistrati taħt il-liġi l-ġdida tal-VAT; f. printing u tqassim ta` ċirkularijiet lill-persuni reġistrati dwar il-liġi l-ġdida u l-iskemi li jaqgħu taħtha, kif ukoll ta` denunzji, kontijiet, u kotba ta` rċevuti; ġ. tħejjija tal-materjal kollu marbut mal-Kampanja ta` Pubbliċita dwar id-dħul mill-ġdid tal-VAT; h. laqgħat mal-pubbliku u sehem attiv fi programmi ta` tagħrif u diskussjoni fuq il-mezzi tax-xandir; i. żjajjar edukattivi u sorveljanza mill-Ispetturi tal-VAT fl-ewwel ġimgħat tal-liġi l-ġdida. 2. Xogħol marbut mal-għeluq tas-sistema tas-CET. Minn meta daħlet is-sistema l-ġdida tal-VAT f`Jannar 1999, id-Dipartiment baqa` jirċievi regolarment kull xahar id-denunzji tas-CET u għandu jibqa` jirċivihom mill-inqas sa` l-aħħar tas-sena. Għaldaqstant id-Dipartiment qed jipproċessa numru ta` denunzji u xogħol konness magħhom (ġbir ta` taxxa, stimi, kontijiet eċċ) id-dopju. 3. Xogħol ieħor li baqa` jsir (backlog) marbut mas-sistema tat-taxxa ta` qabel: (Expenditure Levy, VAT 1994, Refund of Duty on Stocks, Refund of CET on Stocks, CET 1997). a. Ġbir ta` arretrati ta` taxxa. b. Verifikazzjoni ta` talbiet għal refużjoni ta` taxxa. c. Proċessar ta` ittri ta` oġġezzjoni. d. Proċessar ta` applikazzjonijiet għal deregistration. Ta` min jgħid lin-numru ta` impjegati fid-Dipartiment tal-VAT huwa relattivament wieħed żgħir (b`kollox 122) u huwa 86 inqas mill-full complement mitlub.
Leg 9 PQ #6425 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Taħrikiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il taħrika saret mill-VAT Inspectors mill-1 ta' Ottubru, 1998 sal-lum lill-operaturi tan-negozju u dak professjonali? Liema qasam tan-negozju ġew mħarrka u f'liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex l-imsemmija operaturi joperaw?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta` Ottubru 1998 u s-27 t`April 1999, in-numru ta` każijiet li ġew referuti mill-Inspectors tal-VAT biex jittieħdu passi bil-Qorti kontra l-operaturi tan-negozju konċernati kien erba` mija u tmenin (480). Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-oqsma tan-negozju involuti u l-lokalitajiet fejn jinsabu.
Leg 9 PQ #6426 Sitting 88 1999-05-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Returns

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa qed isiru assessments fuq returns tal-VAT mill-istaff tad-Dipartiment tal-VAT? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il assessment sar mill-1 ta' Ottubru 1998 sal-lum? Kemm minn dawn l-assessments ġew aċċettati mill-operaturi tan-negozju u kemm minnhom ma ġewx aċċettati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf u nassumi li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-VAT tat-1996 li n-numru ta` assessments li saru mid-Dipartiment tal-VAT wara li tkun intbagħtet denunzja taħt l-Att tal-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud bejn l-1 t`Ottubru 1998 u t-28 t`April 1999 kien 1,230. Minn dawn kien hemm 904 assessments li ġew aċċettati mill-operaturi tan-negozju u 326 li ma ġewx.
Leg 9 PQ #6593 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

IMF — Executive board

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġie konkluż Article IV Consultation ta' l-Executive Board ta' l-IMF ma' l-awtoritajiet Maltin?

Response (DALLI, JOHN)

L-Article IV Consultation tal-Board Eżekuttiv tal-I.M.F. mal-Awtoritajiet Maltin ġie konkluż nhar il-Ġimgħa 26 ta` Marzu 1999. Hu mistenni li r-rapport finali jasal għand il-Gvern sal-aħħar ta` Ġunju li ġej.
Leg 9 PQ #5516 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — VAT fuq ħwejjeġ għall-istudenti

Question

Minkejja li suppost li t-taxxa tal-VAT ma tolqotx lill-edukazzjoni, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed tiġi imposta fuq ħwejjeġ li jinxtraw għall-istudenti, kif tindika ċ-ċirkolari li qed ngħaddilek ma' din il-mistoqsija?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-liġi dwar it-Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, l-istess bħall-liġi ta` qabilha dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa, tipprovdi li l-provvista ta` edukazzjoni, riċera edukattiva u tagħlim privat kif indikat taħt Partita 11 tat-Taqsima Wieħed tar-Raba` Skeda ta` l-istess liġi huma eżenti. Ħwejjeġ li jistgħu jintużaw bħala uniformijiet għall-istudenti m`humiex meqjusa bħala provvista ta` edukazzjoni u għaldaqstant m`humiex eżenti.
Leg 9 PQ #6289 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Mid-Med Bank

Question

Peress illi l-gvern waqqaf kumitat ad hoc biex jagħti pariri lill-gvern dwar il-proċess ta' privatisation, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkomandazzjonijiet ta' dan il-kumitat dwar il-bejgħ tal-Mid-Med plc lill-HSBC?

Response (DALLI, JOHN)

Dan il-kumitat twaqqaf wara li kienu bdew in-negozjati mal-HSBC u għalhekk ma sata` kellu l-ebda rakkomandazzjoni.
Leg 9 PQ #6325 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas flus fis-sena l-ministeru biex jinkera l-VAT Department ġewwa Ta' Paris, B'kara? Jekk il-bini nxtara, kemm kien il-prezz? Jekk saret sejħa pubblika għall-kiri jew xiri, jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` kera li qed iħallas il-Gvern għall-propjeta` fejn hemm id-Dipartiment tal-VAT f`Ta` Paris, B`Kara, huwa Lm116,401 fis-sena. Din il-propjeta` ma nxtratx mill-Gvern. Il-kuntratt tal-kera kien sar fl-1994 wara sejħa għall-offerti mit-Teżor u war li l-offerti mitfugħa ġew eżaminati mid-Dipartiment tal-VAT u mill-Contracts Committee tad-Dipartiment tal-Kuntratti skond il-proċeduri stabbiliti.
Leg 9 PQ #5513 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

UE — Raba' Protokoll Finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'użu se jsir mill-fondi li fadal għar-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea? Kif qed jipproponi li jużahom il-gvern preżenti? Fuq liema proġetti u f'kull każ x'inhuma l-fondi li qed jipproponi li jonfoq fuq kull proġett?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #5290 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Sidien ta' ħwienet — Riċevuti fiskali

Question

Matul Jannar u Frar separatament, jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm inqabdu każi ta' nuqqas ta ħruġ ta' riċevuta fiskali, 2) nuqqas ta' ħruġ ta' riċevuta fiskali minkejja li nżammet il-VAT, 3) nuqqas li jinżamm il-VAT? Liema kienu l-lokalitajiet fejn saru xi nuqqasijiet? X'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` każi li nqabdu ta` nuqqas ta` ħruġ ta` rċevuti fiskali kien: Jannar 12 u Frar 61. Minn dawn, 21 kienu jinvolvu stabbilimenti li normalment ibiegħu prodotti jew servizzi taxxabbli, 9 li normalment jbiegħu prodotti jew servizzi eżenti u 43 li normalment ibiegħu prodotti jew servizzi kemm taxxabbli u kemm eżenti. Il-lokalitajiet involuti kienu: Ħ`Attard, B`Bugia, B`Kara, Bormla, Buġibba, Furjana, G`Mangia, Gudja, Gżira, Ħamrun, M`Scala, M`Xlokk, Mosta, Mqabba, Naxxar, Paola, Qormi, Rabat, San Gwann, Sliema, San Pawl il-Baħar, Sta. Venera, Ta` Qali, Tarxien, Valletta, Żabbar, Żebbuġ u Żurrieq. Il-każijiet kollha ġew referuti biex jittieħdu passi bil-Qorti kontra l-persuni nvoluti.
Leg 9 PQ #6225 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

St Andrews — Bini ta' skola - tenders

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex tenders għall-bini ta' skola f'St Andrews infetħu fil-pubbliku, pero' l-ammont ta' kull tender ma ġiex iddikjarat pubblikament fil-mument tal-ftuh tagħhom imma ġie ppubblikat aktar tard? Jista' l-Ministru jgħid jekk din hijiex il-prassi ta' kif jinfetħu t-tenders fil-pubbliku jew quddiem min ikun interessat?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta` l-Onorevoli Interpellant li minħabba li ma tax indikazzjoni ċara għal-liema tender qed jirreferi (e.g.) in-numru ta` l-avviż tat-tender) ma nistax inwieġbu fuq il-każ partikolari. Għar-rigward tal-prassi segwita fil-ftuħ ta` l-offerti mill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti ninfurmah li din ilha tiġi segwita s-snin u qatt ma kien hemm tgergir. Il-proċedura fil-qosor hija hekk: L-offerti jinħarġu mill-kaxxa minn membri tal-Kumitat tal-Kuntratti fil-presenza tal-pubbliku u, wara li l-istess kaxxa titwarrab, jinfetħu l-offerti nfushom. Hawnhekk tiġi maħduma l-iskeda ta` l-offerti mitfugħa u meta din titlesta tiġi eżaminata miċ-Chairman tal-Kumitat biex jiżgura li l-prezzijiet murija fuq l-iskeda huma korretti, cioe li l-iċċekkjar l-iskda titwaħħal fin-Notice Board tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Nenfasizza li dan il-proċess kollu jsir fil-presenza tal-pubbliku jekk dan huwa li ried ifisser l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #6133 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Djar — Persuni singles

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni singles li jakkwistaw jew jibnu darhom bħala dar ta' residenza unika, m'humiex intitolati li jieħdu lura l-VAT li jkunu ħallsu fuq materjal u mano d'opera?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta` l-istess skema, l-iskema li tipprovdi għall-ħlas lura tal-VAT fuq l-akkwist ta` l-ewwel dar ta` abitazzjoni taħt l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud hija maħsuba għall-koppji miżżewġa u koppji għarajjes, u ġenituri waħedhom li għandhom it-tfal jgħixu magħhom, inklużi dawk legalment separati jew romol. Għalkemm il-liġi tal-VAT ma teskludiex li din l-iskema tiġi estiża jew li jitwaqqfu skemi oħrajn simili, il-prijorita f`dan l-istadju ingħatat lit-twaqqif ta` żewġ skemi oħra li jipprovdu għall-ħlas lura tal-VAT fuq spejjeż imħallsa għall-tiġijiet u fuq spejjeż imħallsa għall-funerali.
Leg 9 PQ #6222 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Mid-Med - Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għamilx xi rapport dwar il-privatizzazzjoni tal-Mid-Med Bank plc? Jekk iva, jista' l-Ministru jqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq l-Onorevoli Interpellant jispjega x`tip ta` rapport qiegħed jifhem.
Leg 9 PQ #6223 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Mid-Med Bank plc

Question

Fid-dawl tal-bejgħ tal-Mid-Med Bank plc, jista' l-Ministru jgħid: a) kif dan il-bejgħ se jgħin il-qagħda finanzjarja tal-gvern fl-immedjat u fit-tul? Ir-rikavat mill-bejgħ se jmur għall-ispiża kurrenti u jittiekel f'sena jew se jmur għall-proġetti li jirrendu? b) Dan il-bejgħ kif se jaffettwa lill-konsumaturi, id-debituri tal-bank u lill-ħaddiema u x'se jkun l-impatt soċjali? c) X'se jkun l-effett ekonomiku in ġenerali fuq il-pajjiż bħala riżultat tal-bejgħ tal-Mid-Med Bank?

Response (DALLI, JOHN)

a. Il-bejgħ ta` assi pubbliċi jikkostitwixxi biss element ta` finanzjament għall-parti mill-iżbilanċ bejn id-dħul ul-ħruġ tal-Gvern. Jgħin lil dan l-iżbilanċ billi innaqqas il-ħtieġa ta` self fit-tul akbar u allurajtaffi parti mill-piż annwali tal-isservizzjar tad-dejn pubbliku billi dan jifforma parti mill-ispiża rikurrenti tal-Gvern. Id-dħul mill-bejgħ ta` assi pubbliċi jiġi kreditat lill-Public Account u allura jgħin il-cash flow tal-Gvern u jinaqqas il-ħtieġa ta` self li fuqu, s`inendi, jkun irid jitħallas l-imgħax. b. Għas-sena finanzjarja li qegħdin fiha id-deficit rikurrenti, jiġifieri l-iżbilanċ bejn id-dħul u l-ħruġ rikurrenti, hu misteni jilħaq l-Lm43.2 miljuni. Ma` dan l-iżbilanċ rikurrenti hemm żieda ta` Lm91.4 miljun f`nefqa kapitali B`hekk id-deficit fl-Estimi globali hu stmat li se jilħaq Lm134.6 miljun. Ir-rikavat mill-bejgħ tal-isħma tal-Mid-Med Bank hu mistenni jiffinanzja parti minn dan id-deficit. c. L-effett ta` dan il-ftehim se jkunu: i. sigurta lid-depożituri; ii. servizz aħjar lill-klijenti; iii. opportunitajiet għall-ħaddiema. B`avvanz ġenerali fl-ekonomija l-impatt soċjali m`għandex ikun għajn wieħed pożittiv. d. L-effett ekonomiku fit-tul tal-bejgħ tal-assi tal-Gvern fil-Mid-Med Bank lill-HSBC se joħroġ mill-preżenza f`pajjiżna ta` din l-istituzzjoni bankjarja b`reputazzjoni mondjali f`dan il-qasam li tkun l-ewwel pass tant meħtieġ biex jattira lejn l-ekonomija tagħna investiment barrani sew permezz tal-istess bank kif ukoll ta` investituri oħra f`oqsma oħra.
Leg 9 PQ #6229 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Crans Montana Conference — Ġbir ta' spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad baqalu x'jiġbor fi spejjeż il-gvern dwar il-Crans Montana Conference li kienet inżammet f'pajjiżna żewġ leġislaturi ilu?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Gvern ma baqagħlux x`jiġbor aktar fi spejjez mill-Konferenza Crans Montana li nżammet f`Malta żewġ leġislaturi ilu.
Leg 9 PQ #6230 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

PR MAS Communications — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid taħt liema arranġamenti l-Ministeru tal-Finanzi jagħmel użu mis-servizzi tad-ditta tal-PR MAS Communications? Din il-kumpannija għandha xi retainer mill-Ministeru? Kif intgħażlet?

Response (DALLI, JOHN)

Din il-kumpanija m`għandha ebda arranġamenti mill-Ministeru.
Leg 9 PQ #6233 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Teżor — Private Finance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern Malti għandux xi ħsieb li jwaqqaf private finance unit, simili għall-PFI tat-Teżor Ingliż, bil-għan li jiġu nkoraġġuti public/private partnerships?

Response (DALLI, JOHN)

Is-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant jiġi kkonsidrat.
Leg 9 PQ #5764 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5873 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Korporazzjonijiet/kumpanniji — Chairpersons

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma fil-preżent iċ-Chairpersons tal-korporazzjonijiet, kumpanniji, entitajiet, banek u tad-diversi bordijiet, eċċ li jiġu maħtura mill-gvern? Meta ġew maħtura u għal kemm żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Iċ-Chairpersons tad-diversi bordijiet fid-dekasteru tiegħi huma kif ġej: Bord Chairperson Perjodu ta` Ħatra Bord ta` Diretturi Is-Sur Emanuel Ellul BA 1.10.97 - tal-Bank Ċentrali (Hons) Econ Dip Econ (Oxon) 30.09.99 Bord tal-Gvernaturi Prof Edward Scicluna MA BA 20.09.97 - taċ-Ċentru għas- (Hons) Ph D (Econ) DSS (Oxon) 19.09.99 Servizzi Finanzjarji Il-Kunsill tal-Borża Is-Sur Alfred Mallia ACIB FCIS 01.02.99 - FIMgt 31.01.2001 Bord ta` l-Accountancy Is-Sur Alfred Lupi FCCA, MIA, 01.01.99 - CPAA, BSc (Econ) 31.12.99 Kumitat tal-Kuntratti Id-Diretturi tal-Kuntratti - Permanenti Is-Sur Joseph V Spiteri Bordijiet tal-Lottu Id-Direttur tal-Lottu Pubbliku Permanenti u Lotteriji Is-Sur Alfred Muscat Bord ta` l-Appelli (VAT) Is-Sur Edgar Wadge 15.11.98 - 14.11.2001 It-Tieni Bord ta` Is-Sur Ray Vella CPAA FIA ACIB 01.01.97 - l-Appelli (VAT) 31.12.99 Tribunal Dwar it-Taxxa Dott John Vassallo LLD 09.04.98 - tas-Sisa 05.08.2000 Bord ta` Kummissarji Il-Maġistrat Dott Silvio 05.02.99 - Speċjali (Taxxa fuq Meli LLD 04.02.2000 Dokumenti u Trasferimenti) (Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni) Bord Dwar il-Logħob Dott Joseph M Ciappara BA LLD 30.04.98 - 29.04.2001 Tribunal għal Servizzi Dott Pierre Lofaro 09.02.99 - Finanjzarji 08.02.2002 Xi bordijiet li għalqilhom il-perjodu tal-ħatra u għadhom ma ġewx imġedda mhumiex inklużi hawn fuq.
Leg 9 PQ #5957 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Prodotti — Ħlas ta' dazji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi trattament speċjali fuq ħlas ta' dazji, VAT, u courier service fuq oġġetti essenzjali (bħal spare parts ta' xi makkinarju użatt għall-industrija) li ma jinstabux lokalment, allura tkun trid timportahom bilfors?

Response (DALLI, JOHN)

L-Malta Development Corporation toffri sistema ta` exemptions mid-dazju fil-każi msemmija, għalhekk wieħed jista` jirreferi għall-Corporation għal aktar tagħrif. L-Att ta` l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud ma jipprovdi għall-ebda trattament speċjali fuq ħlas ta` VAT fuq oġġetti bħal spare parts ta` makkinarju wżat għall-industrija. Kull ammont ta` VAT li titħallas fuq l-importazzjoni ta` dawn l-oġġetti tista` tintalab lura lid-Dipartiment fid-denunzja għall-perjodu tat-taxxa relattiv. Ma` dan kollu, intrapriżi li jesportaw il-prodotti tagħhom jistgħu jagħmlu talba lill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp biex il-ħlas tal-VAT dovut fuq l-oġġetti importati minnhom ikun jista` jiġi diferit. Għal dan il-għan il-Korporazzjoni toħroġ ċertifikati apposta fil-każ li t-talba tiġi milqugħa.
Leg 9 PQ #6005 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Task Force tal-Gvern — Terms of reference

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5389 dwar it-Task Force tal-Gvern fuq il-privatizzazzjoni, dan ifisser li l-membri appuntati u li aċċettaw li jservu fuq din it-Task Force, m'humiex imħajrin li jixtru ishma f'entitajiet li l-gvern għoġbu jipprivatizza?

Response (DALLI, JOHN)

F`pajjiżna jeżistu liġijiet dwar `Insider Trading` u `Professional Secrecy` li japplikaw ukoll għall-membri tat-Task Force li għaliha qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant.