Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tneħħielha l-benefiċċju tal-mard? Tista' tagħti r-raġunijiet għalfejn din il-persuna ma baqgħetx tikkwalifika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex it-talba għal bdil tas-saqaf tal-fond indikat separatament, ma ntlaqgħetx min-naħa tad-dipartiment għall-manutenzjoni tad-djar meta din il-familja kienet fost ta' l-ewwel li applikat għal dan ix-xogħol meħtieġ? Tista' tgħid jekk dan is-saqaf jistax jinbidel, bħalma sar fil-fond ukoll indikat separatamant minħabba li f'dawn il-jiem reġgħet feġġgħet ħsara fih, minkejja li sar tikħil temporanju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn investigazzjoni li saret mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ma rriżultax li l-persuna li toqgħod fil-fond indikata mill-Onor. Interpellant għamlet xi talba lid-Dipartiment biex jinbidel is-saqaf, wisq anqas ma tali talba ġiet rifjutata.
Ninsab infurmata wkoll li d-Dipartiment għamel spezzjoni fil-fond indikat u ġie stabbilit li s-saqaf fih ħsarat u t-tiswijiet meħtieġa ġew approvati u mistennija li jsiru fil-futur immedjat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm Assistant/support care workers mal-gvern, i.e. dipartimenti, aġenziji tal-gvern, eċċ?
Kif inhuma mqassmin skond l-entita'?
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi tagħhom huma l-istess, jaħdmu fejn jaħdmu?
Tista' il-Ministru tqiegħed kopja tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-iskala tas-salarji?
Dawn huma mpjegati fuq bażi ta' kuntratt indefinit jew mod ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nifhem li l-Onor. Interpellanti qed tirreferi għall-gradi ta' assistant care worker, care worker u support worker. Ninsab infurmata li t-taħrif mitlub dwar id-Dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tinformana kif każ H12263, għal bdil ta' akkomodazzjoni minn sular fuq għal post terran minħabba raġunijiet gravi ta' saħħa, jista' jiġi mħaffef ġaladarba l-każ huwa urġenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma oħrajn simili.
Tista’ il-Ministru tgħid liema huma dawk it-tipi ta’ mard li għalihom tingħata għajnuna? Kemm-il persuna qed tirċievi għajnuna taħt kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ mard u xi ħlas sar f’kull każ fl-2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru ġentilment tgħid jekk koppja anzjana li għandhom il-post tagħhom kbir mhux ħażin, jistgħux ibiddluh ma' post ieħor tal-gvern li jkun aktar aċċessibbli għalihom u ovvjament il-gvern jieħu l-post tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-koppja li għamel referenza għaliha biex tressaq it-talba tagħha lill-Customer Care Section tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm applikanti quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li jixtiequ jgħixu Santa Luċija? Mil-liema kategorija? Kemm ilhom li applikaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13508, tista' il-Ministru tgħid il-fond li ġie mogħti lill-impjegat tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali f'liema sular jinsab? B'liema kera se jkun? Fil-preżent kemm qed iħallas kera fil-post il-qadim?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-fond jinsab fil-pjan terran. Il-kera tiegħu issa hi ta’ Lm189 fis-sena filwaqt li fejn kien joqgħod qabel kienet b’rata fissa ta’ Lm75.
Awtorita' tad-djar — Applikazzjonijiet quddiem il-MEPA
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm saru applikazzjonijiet quddiem il-MEPA minn dawk li applikaw quddiem l-awtorita' tad-djar u ġew mitluba biex l-applikazzjoni tagħhom titmexxa, iridu l-permess tal-MEPA? Liema kienu l-iskemi? Kemm hemm f'kull skema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid kemm xtrat units l-awtorita' tad-djar u mingħand min mis-suq privat fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? F'liema stadju inxtraw u kemm kien il-prezz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-snin 2000 u 2001 nirreferih għat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Numru 2753 f'Seduta 58. Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma xtrat ebda units mill-privat bejn is-snin 2002 u 2005 s'issa.
Awtorita' tad-djar — Amalgamazzjoni ta' dipartimenti
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li l-awtorita' tad-djar u dipartimenti oħra tal-housing jiġu amalgamati? X'se jiġri mill-ħaddiema tad-dipartimenti tal-gvern? Tista' tgħid jekk il-kabinett hux diġa' approva din l-amalgamazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kabinett approva fil-prinċipju l-amalgamazzjoni tal-funzjonijiet fis-settur tal-housingli preżentement jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' l-Awtorita' tad-Djar u Dipartimenti oħra.
Peress li l-mod u d-dettalji ta' kif din l-amalgamazzjoni ser tiġi implimentata hi preżentement is-suġġett ta' studju f'dan ir-rigward, ikun prematur li nikkumenta dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija.
Tista' il-Ministru tgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda ma' l-awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? Min huma? Kif daħlu? F'liema kariga? Kemm hu s-salarju tagħhom? Fuq liema bażi daħlu part-time jew full-time? Saret sejħa għad-dħul ta' dawn l-impjegati? Kemm applikaw b'kollox?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul is-sena 2000 ma' kien hemm ebda ingaġġ ġdid ma' l-Awtorita' tad-Djar.
Ninsab infurmata wkoll li mpjegati ġodda ma' l-Awtorita' ddaħħlu wara talba lill-ETC u lill-MIMCOL. Fil-każ li dawn jgħarrfu lill-Awtorita' li ma jkollhom ebda persuna għal post li jkun meħtieġ li jiġi mimli, l-Awtorita' toħroġ sejħa pubblika kif ġara fil-każ tal-gradi ta' Perit u Research Officer li għalihom kien hemm 6 u 7 applikazzjonijiet rispettivament.
Ninsab infurmata wkoll li l-kumplament ta' informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Familja u Solidarjeta Soċjali — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Tista' il-Ministru tagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tara għaliex anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhijiex tirċievi l-benefiċċju tal-mard? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid x'kienet l-għajnuna tal-gvern matul dawn l-aħħar ħames snin lid-Dar tal-Providenza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull sena l-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali jilqa' talbiet minn Għaqdiet mhux Governattivi biex jiġu mgħejjuna finanzjarjament fuq proġetti fil-qasam soċjali. Dawn it-talbiet jiġu evalwati minn kumitat maħtur apposta li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar kif għandhom jitqassmu l-flus ivvutati għal dan l-iskop.
Ninsab infurmata li d-Dar tal-Providenza qatt ma sottomettiet talba għall-għajuna taħt din l-iskema. Dan ma jfissirx li d-Dar tal-Providenza ma rċevietx jew mhux tirċievi għajnuna minn Ministeri oħra.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex tneħħiet l-ordni ta' rekwiżizzjoni fuq il-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, meta l-persuna oġġezzjonat bil-miktub mad-dipartiment u tat ir-raġunijiet tagħha għalfejn ma taqbilx li titneħħa din l-ordni ta' rekwiżizzjoni? Tista' tgħid jekk dan kienx xi żball min-naħa tad-dipartiment jew inkella sarx b'intenzjoni oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi r-rekwiżizzjoni tneħħiet kif tneħħew l-oħrajn fis-Siġġiewi f’eżercizzju li qed jagħmel id-Dipartiment matul l-aħħar 11 il-sena. Il-persuna ndikata ġiet avvżata illi hi għandha l-protezzjoni tal-liġijiet tal-kera.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li dawk li jgħixu fit-tieni dar għall-persuni b'diżabilita' li nfetħet xi żmien ilu wara Dar Nazareth fiż-Żejtun mhux qed jibbenefikaw mill-għoti ta' ħalib bħalma qed jiġri fir-residenza l-oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ebda Dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi ma qed jipprovdu lil Dar Nazareth bl-għotja li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.
Għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.