Legislature:
Category:
Reset
Active:

Casual substitute executive officer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li applikazzjoni għal casual substitutes executive officer li kellha tagħlaq sal-Ġimgħa 11 ta' Novembru 2005 ġew impjegati seba' persuni sat-8 ta' Novembru 2005, jiġifieri tlett ijiem qabel ma skada ż-żmien sabiex persuna tapplika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proċess ta' l-għażla skond is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post ta' Casual Substitute Executive Officer li ġiet ippubblikata fil-25 t'Ottubru 2005 u li għalqet fil-11 ta' Novembru 2005 għandu għaddej. Ħadd mill-applikanti taħt din is-sejħa għadu ma ġie msejjaħ jew offrut impjieg. Informat ukoll li id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha żewġ Casual Substitute Officers fuq il-kotba tagħha. Dawn ġew impjegati taħt sejħa għall-applikazzjonijiet preċedentili kienet ġiet ippubblikata fis-17 ta' Frar 2004 u li kellha d-data ta' l-egħluq tagħha l-5 ta' Marzu 2004.

Għarb — Skola primarja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex problema li qed jiltaqgħu magħha l-istudenti fit-tieni sena primarja fl-iskola ta’ l-Għarb, Għawdex tiġi solvuta b’mod permanenti u dan minħabba li l-għalliema tagħhom qed tkun assenti għal ħafna ġranet b’detriment għall-istudenti li qed jattendu f’din il-klassi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull meta l-għalliema tat-tieni sena fl-iskola Primarja ta' l-Għarb irrapurtat bis-sick, dejjem intbagħad għalliem/a biex jissostitwiha. It-tfal qatt ma kienu mingħajr għalliema.

Pixxina nazzjonali

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-pixxina nazzjonali se tkun magħluqa sa Frar minħabba xi xogħlijiet li se jsiru fuqha? X'inhuma dawn ix-xogħlijiet u kif ser jaffettwaw dan kollu lill-clubs tal-waterpolo?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Pixxina Nazzjonali mhux ser tkun magħluqa fix-xahar ta' Jannar 2006. Matul dan ix-xahar għandu jitkompla parti oħra mill-pjan tax-xogħol ta' manutenuzjoni u refurbishment kif kien ġie mħabbar aktar qabel. Informat ukoll li l-KMS wasal fi ftehim ma' l-Amateur Swimming Association fuq il-perjodu meta l-Pixxina Nazzjonali ma tkunx tista' tintuża.

National commission for UNESCO

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li beħsiebu jneħħi liċ-chairman preżenti li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tan-National Commission for UNESCO u minfloku jaħtar lill-persuna li dettalji dwarha wkoll qed jintbagħtu separatament, li diġa' kien jokkupa din il-kariga xi għaxar snin ilu?

Response (GALEA, LOUIS)

Le. Il-ħsieb qatt ma għaddieli minn moħħi.

Universita' — Fakulta' ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-pass mark għall-eżamijiet ta' l-ewwel sena fil-fakulta' ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili ta' l-Universita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-pass mark għall-eżamijiet tal-ewwel sena tal-istudenti tal-Fakulta' ta' l-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili hi ta' 45, kif inhi f'kull Fakulta' oħra fl-Universita'

Ħal-Lija — Residenza ta' l-Universita

Question

Jista’ il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15649 u jgħid kemm tħallas l-universita` biex tikri r-residenza ta' l-universita’ f’Hal-Lija? Meta sar l-ewwel kuntratt u meta ġie ffirmat l-aħħar wieħed u meta jintemm? L-istudenti, lecturers u forsi persuni oħra li joqogħdu hemm, kemm iħallsu fil-ġimgħa? L-universita` għandha xi bini ieħor fejn jinżammu l-istudenti li jkunu qed jattendu xi kors fl-universita` jew xi kors ta' l-Ingliż fl-International School? Kemm tħallas għal dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-University Catering Services kriet il-University Residence f'Ħal Lija fl-1994 pero' ma tistax skond il-liġi tippublika d-dettalji tal-kuntratt li hi għandha ma' terzi. Sa llum din il-kumpanija m'għandha l-ebda post ieħor fejn takkomoda studenti. Ir-rata għall-istudent u għall-għalliema li toffri huma is-sussegwenti:- 'Sena Akkademika': 26 ta' Settembru 2005 sat-23 ta' Ġunju 2006 L-ewwel semestru: 26 ta' Settembru 2005 - 6 ta' Frar 2006 It-tieni semestru: 1 ta' Frar 2005 - 23 ta' Ġunju 2006 Sena Akademika Rati Standard Speċjali bi Skont Frankati Sole minn LM1080.00 LM1012.50 LM 67.50 Sharing X2 minn LM 810.00 LM 675.00 LM135.00 1st Semester Sole minn LM 532.00 LM 498.75 LM 33.25 Sharing X2 minn LM 399.00 LM 332.50 LM 66.50 2nd Semester Sole minn LM 568.00 LM 532.50 LM 35.50 Sharing X2 minn LM 426.00 LM 355.00 LM 71.00 Nota: Repeat students huma intitolati għal skont ieħor ta' 5%. Dwar l-International School of English, il-maġġoranza ta' l-istudenti joqogħdu fir-residenza hawn fuq imsemmija. L-International School of English toffri wkoll akkomodazzjoni għal dawk l-istudenti li jippreferu joqogħdu ma' familji. Meta il-University Residence tkun mimlija, isiru arranġamenti alternattivi ma' postijiet liċenzjati.

Universita' — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi li huma proprjeta’ ta’ l-universita`? Kemm hemm karozzi mikrija? Kemm intnefaq fuq kirjiet fl-ewwel għaxar xhur tas-sena? Jista' jgħid min għandu d-dritt ta’ l-użu tagħhom u jekk dawn jistgħux jintużaw ukoll matul il-weekend u fi ġranet ta’ btala? Kemm intuża (fi flus) diesel/petrol fl-ewwel għaxar xhur tas-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita' ta' Malta propretarja ta' 18 il-karozza. L-Universita' ta' Malta tikri 2 karozzi għax-xhur ta' April, Mejju u Settembru kull sena għal waqt l-eżamijiet tal-MATSEC biex tkun tista tlaħħaq mal-ħtiġijiet taċ-ċentri ta' l-eżamijiet madwar Malta. Dawn il-kirjiet swew l-Universita' s-somma ta' Lm330.60. Informat ukoll li ix-xufiera ta' l-Universita' jagħmlu użu mill-vetturi kollha, inklużi dawk mikrija. Il-vetturi kollha apparti dik tar-Rettur, jiġu pparkjati fuq il-Campus, matul il-lejl, fil-weekends kif ukoll fi ġranet ta' btala, sakemm ma jkunux xogħol f'dawk il-ħinijiet. L-ammont totali ta' fuel fl-ewwel 10 xhur tas-sena 2005, inluż il-fuel għall-karozzi mikrija, kien jammonta għall-Lm3,662.06.

Junior college — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm vetturi li huma proprjeta’ u/jew li huma mikrija mill-junior college? Kemm tħallas għall-kiri fl-ewwel għaxar xhur tas-sena? Min għandu dritt juża dawn il-vetturi u jekk jistgħux jintużaw fi tmiem il-ġimgħa ? Kemm fi flus intuża petrol/diesel fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Junior College għandu vettura waħda biss li hi propjeta' tagħha u ma għandiex vetturi mikrija. Informat ukoll li l-House Services Manager, Theatre Manager u il-Beadles għandhom id-dritt li jużaw din il-vettura għal-kull bżonn tal-Junior College. Il-vettura ma tistgħax tiġi użata fi tmiem il-ġimgħa u tkun ipparkjata fil-Junior College stess. Minn Jannar sa Ottubru 2005 intużaw Lm103.11 f'diesel.

Kindergarten centres

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' kindergarten centres li hawn f'Malta u Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' kindergarten centres ta' Malta u Għawdex huwa hekk: Malta Skejjel ta' l-Istat 55 Skejjel tal-Knisja 27 Skejjel Indipendenti 29 Għawdex Skejjel ta' l-Istat 11 Skejjel tal-Knisja 7

Kindergarten assistants

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' kindergarten assistants li hawn f'Malta u Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' kindergarten assistants li hawn f'Malta u Għawdex huwa hekk: Skejjel ta' l-Istat - 1320 Skejjel tal-Knisja - 69 Skejjel Indipendenti - 103 Total - 1492

Kindergarten centres

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' tfal li jattendu l-kindergarten centres li hawn Malta u Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru tat-tfal li jattendu l-kindergarten centres li hawn f'Malta u f'Għawdex huwa hekk: Skejjel Statali - 4294 Skejjel tal-Knisja - 1364 Skejjel Indipendenti - 1639 Total - 7297

Mellieħa — Santa Maria Estate

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul dan l-aħħar xahar l-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ tatx permessi biex ħaddiema tal-kostruzzjoni pubblika jibnu bini f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa? Fil-każ li iva, kemm inħarġu permessi? Fil-każ li le, xi spezzjonijiet saru fl-inħawi biex jitwaqqaf l-abbuż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ toħroġ il-permess tax-xogħol f'isem il-kuntrattur li jkun applika għall-istess permess u għaldaqstant ma tkunx taf f'liema sit ta' kostruzzjoni dawn ser jaħdmu. Għaldaqstant il-Korporazzjoni m'għandiex informazzjoni jekk ingħatawx permessi għax-xogħol sabiex jibnu bini f'Santa Marija Estate fil-Mellieħa. Informat ukoll li rapporti fuq barranin li qed jaħdmu llegalement jiġu mgħoddija lill-Kummissarju tal-Puluzija għall-iktar investigazzjonijiet.

Labour supply

Question

Jista' il-Ministru, jekk jogħġbu, iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari preċedenti li għamilt dwar l-istatistika fuq labour supply, gainfully employed, unemployed u part-time employed fis-sens li tiġi kjarifikata kif jinfilzaw irwieħhom f'din id-data l-istatistika dwar il-part-time?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat illi l-figuri tan-nies jaħdmu part-time ma jiffurmawx parti mill-labour supply, hekk kif indikat tajjeb fit-tabella ta' l-Economic Survey li ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-figuri qegħdin murija f'kategorija separata għalihom. Fir-rigward tan-nies li jaħdmu part-time, informat ukoll li dawn qegħdin diġa jaħdmu u għaldaqstant ma jistgħux ikunu konsidrati parti min-nies qiegħda (unemployed).

Impjegati ta' fabbrika li mhux qed jitħallsu

Question

Possibbli l-awtoritajiet konċernati jinvestigaw kif sid ta' fabbrika li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed iħallas il-paga lill-impjegati tiegħu b'erba' xhur lura tant li l-impjegati ilhom ma jitħallsu minn qabel Awissu. qed iħaddimhom sigħat żejda nhar ta' Sibt mingħajr ma jħallashom overtime u meta l-impjegati jilmentaw l-istess sid jgħidilhom li "jekk iridhom jafu fejn hu l-bieb ta' barra"?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment irċieva allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformita ma xi provvedimenti tal-liġi industrijali fil-Fabbrika imsemmija u qed jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji biex ikun aċċertat li d-drittijiet li għandhom il-ħaddiema skond il-liġi jiġu onorati.

Universita' — Kors tat-TEFL

Question

Jista’ il-Ministru jikkonferma l-ilment li wasalli li l-kors tat-TEFL li kien se jiġi organizzat mill-MUS fl-universita` tħassar ftit sigħat biss qabel ma kellu jibda? Għaliex sar dan? Meta hemm il-ħsieb li jsir kors ieħor?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li aħħar kors tal-TEFL tħassar meta numru sostanzjali ta' studenti ddeċidew li ma jattendux għall-kors. Informat ukoll li l-lecturer prinċipal tal-kors kien indispost minħabba li kien ma jiflaħx.

Kors tat-TEFL

Question

Jista’ il-Ministru jgħid matul din is-sena kemm–il kors tat-TEFL ġie organizzat bl-approvazzjoni tal-monitoring board? Liema skejjel organizzawhom? Kemm applikaw u kemm għaddew?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena l-EFL Monitoring Board approva 35 kors tat-TEFL. L-iskejjel li organizzaw huma Brittania College, Burilibton English Language School, Chamber College, Club Class Residential Language School, EC Malta, EF International School of English, European School of English, EASY School of English, GEOS Language (Malta), Global Village English Centre, Inlingua School of Languages, Magister Academy, Skylark Mediteranean School of English, Sprachcaffe Languages Plus, Think English Language School u Worldwide Languages Academy. Informat li applikaw 453 u għaddew 412.

Universita' — Impjanti sportivi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm intnefaq mill-universita` fuq impjanti sportivi mis-sena 2000 sa Novembru ta’ din is-sena? Jista’ jagħti l-figuri sena b’sena u jgħid ukoll liema kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita' ta' Malta nefqet l-ammonti li ġejjin mill-vot Kapitali allokat lilha, fuq l-Impjant Sportiv, tal-Multi Purpose Sports Hall, bejn Jannar 2000 u Novembru 2005 :- Sena Ammont Lm 2000 2,518 2001 44,241 2002 287,208 2003 18,535 2004 8,582 2005(sa Novembru) 0 Total 361,084

Universita' — Attivitajiet sportivi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-universita` għandhiex direttur ta’ l-isports jew uffiċjal ieħor li għandu kariga li tieħu ħsieb l-isports? Jekk fl-affermattiv, min hija din il-persuna? Dan l-uffiċjal jieħu ħsieb biss l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet sportivi, jew għandu xi sehem sabiex jieħu ħsieb l-impjanti sportivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita' għandha l-Istitut ta' l-Edukazzjoni Fiżika u Sport bl-iskop li jsawwar korsijiet fuq is-suġġett. Id-Direttur huwa Michael Aquilina. L-Istitut ma jorganizzax attivitajiet sportivi, dawk jaqgħu direttament taħt il-Malta University Sports Club li hu mmexxi mill-istudenti stess. Fuq l-impjanti sportivi l-Universita' għandha żewġ Managers, li wieħed minnhom jaħdem part-time.